This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0213
2013/213/EU: Commission Implementing Decision of 29 April 2013 amending Decision 2010/221/EU as regards the approval of national measures for preventing the introduction of ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) into certain areas of Ireland and the United Kingdom (notified under document C(2013) 2381) Text with EEA relevance
2013/213/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f’ċerti żoni tal-Irlanda u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2013) 2381) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/213/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ April 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f’ċerti żoni tal-Irlanda u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2013) 2381) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 120, 1.5.2013, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0260
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010D0221 | Emenda | artikolu 3 BI.2 | 01/05/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021D0260 | 21/04/2021 |
1.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/16 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ April 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f’ċerti żoni tal-Irlanda u r-Renju Unit
(notifikata bid-dokument C(2013) 2381)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/213/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2) tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq konsenji tal-annimali akkwatiċi li jitqiegħdu fis-suq jew jiġu importati, sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta’ ċertu mard fit-territorju tagħhom. |
(2) |
L-Istati Membri jistgħu japplikaw dawn ir-restrizzjonijiet jekk ikunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati tat-territorju tagħhom, huma liberi minn dan il-mard jew li dawn stabilixxew programm ta’ qerda biex jiksbu din il-libertà. |
(3) |
Ir-restrizzjonijiet relatati mal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) previsti fid-Deċiżjoni 2010/221/UE huma maħsuba biex japplikaw biss sat-30 ta’ April 2013. L-OsHV-1 μνar hija marda emerġenti b’ħafna inċertezzi u l-programmi ta’ sorveljanza approvati b’din id-Deċiżjoni għadhom ma ġewx evalwati bis-sħiħ. Għalhekk, il-perjodu ta’ żmien li fih l-Istati Membri jistgħu japplikaw restrizzjonijiet relatati ma’ din il-marda għandu jiġi estiż b’sena. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3a(2), tad-Deċiżjoni 2010/221/UE, id-data “30 ta’ April 2013” għandha tiġi sostitwita bid-data “30 ta’ April 2014”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.