EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0166

2013/166/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ April 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE sabiex tiġi estiża d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni għal ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa, minn pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument C(2013) 1773) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 94, 4.4.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/166/oj

4.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/8


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ April 2013

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE sabiex tiġi estiża d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni għal ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa, minn pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument C(2013) 1773)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/166/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/72/KE, il-Kummissjoni hija meħtieġa li tiddeċiedi jekk il-ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa, prodotti f’pajjiż terz u li joffru l-istess garanziji rigward l-obbligi fuq il-fornitur, u dwar l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz tat-tkabbir, l-imballaġġ, l-arranġamenti għall-ispezzjoni, l-immarkar u s-siġill humiex ekwivalenti f’kull rispett għall-ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa, prodotti fl-Unjoni u jekk jikkonformawx mal-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(2)

Madankollu, l-informazzjoni preżentament disponibbli dwar il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-pajjiżi terzi mhijiex biżżejjed biex tippermetti lill-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni bħal din fir-rigward ta’ kull pajjiż terz.

(3)

Sabiex ix-xejriet tal-kummerċ ma jiġux imħarbta, l-Istati Membri li jimportaw il-ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjali taż-żrigħ barra ż-żerriegħa, minn pajjiżi terzi, għandhom jitħallew ikomplu japplikaw għal dawn il-prodotti kundizzjonijiet li minn tal-inqas huma ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-prodotti simili mill-Unjoni skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2008/72/KE. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fid-Direttiva 2008/72/KE għal importazzjonijiet bħal dawn għandu għalhekk jiġi estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2012. L-evidenza disponibbli tindika li ma seħħet l-ebda problema fir-rigward tal-konformità tal-materjal importat mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/72/KE. Huwa mistenni, b’mod raġonevoli, li l-materjal importat ikompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu ta’10 snin.

(4)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/72/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2008/72/KE, id-data “31 ta’ Diċembru 2012” tinbidel bil-“31 ta’ Diċembru 2022”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28.


Top