EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0087

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/87/PESK tat- 18 ta' Frar 2013 dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)

ĠU L 46, 19.2.2013, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/87(1)/oj

19.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/87/PESK

tat-18 ta' Frar 2013

dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra datata l-24 ta' Diċembru 2012, il-President tar-Repubblika tal-Mali indirizza ittra ta' stedina lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li biha laqa' l-iskjerament ta' missjoni ta' taħriġ militari tal-UE f'Mali;

(2)

Fis-17 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/34/PESK.

(3)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tipparteċipax fil-finanzjament ta’ din il-missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pjan tal-Missjoni u r-Regoli tal-Parteċipazzjoni li jikkonċernaw il-missjoni militari tal-UE biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (“EUTM Mali”) huma approvati.

Artikolu 2

EUTM Mali ser tibda fit-18 ta' Frar 2013.

Artikolu 3

Il-Kmandant tal-Missjoni EUTM Mali huwa b'dan awtorizzat b'effett immedjat biex jibda l-eżekuzzjoni ta' EUTM Mali.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.


Top