This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0037
2013/37/EU: Council Decision of 14 January 2013 amending the Council’s Rules of Procedure
2013/37/UE: Deċizjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2013 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
2013/37/UE: Deċizjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2013 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
ĠU L 16, 19.1.2013, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009D0937 | Sostituzzjoni | anness III artikolu 1 | 01/01/2013 |
19.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/16 |
DEĊIZJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Jannar 2013
li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
(2013/37/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(3), l-ewwel u r-raba’ subparagrafu, tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattati jipprevedu li, sal-31 ta’ Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni |
(2) |
Dak il-persentaġġ jiġi kkalkolat konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem “ir-Regoli ta’ Proċedura”). |
(3) |
L-Artikolu 2(2) tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill, konformement mad-data li jkunu disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, għandu jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati għas-sena 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:
“Artikolu 1
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(5) tat-TUE u tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness għat-Trattati, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu kompriż bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013, għandha tkun kif ġej:
Stat Membru |
Popolazzjoni (× 1 000 ) |
Ġermanja |
81 843,7 |
Franza |
65 397,9 |
Renju Unit |
62 989,6 |
Italja |
60 820,8 |
Spanja |
46 196,3 |
Polonja |
38 538,4 |
Rumanija |
21 355,8 |
Pajjiżi l-Baxxi |
16 730,3 |
Greċja |
11 290,9 |
Belġju |
11 041,3 |
Portugall |
10 541,8 |
Repubblika Ċeka |
10 505,4 |
Ungerija |
9 957,7 |
Svezja |
9 482,9 |
Awstrija |
8 443,0 |
Bulgarija |
7 327,2 |
Danimarka |
5 580,5 |
Slovakkja |
5 404,3 |
Finlandja |
5 401,3 |
Irlanda |
4 582,8 |
Litwanja |
3 007,8 |
Slovenja |
2 055,5 |
Latvja |
2 041,8 |
Estonja |
1 339,7 |
Ċipru |
862,0 |
Lussemburgu |
524,9 |
Malta |
416,1 |
Total |
503 679,7 |
Livell minimu (62 %) |
312 281,4 ” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).