This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0034
Council Decision 2013/34/CFSP of 17 January 2013 on a European Union military mission to contribute to the training of the Malian Armed Forces (EUTM Mali)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas- 17 ta’ Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas- 17 ta’ Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)
ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164, 29.6.2018, p. 63–66
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 18/05/2024: This act has been changed. Current consolidated version: 17/10/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32013D0729 | Żieda | artikolu 3 BI | 09/12/2013 | |
Validity extended by | 32014D0220 | 18/05/2016 | |||
Modified by | 32014D0220 | Sostituzzjoni | artikolu 12.2 | 15/04/2014 | |
Modified by | 32014D0220 | Sostituzzjoni | artikolu 10.2 | 15/04/2014 | |
Modified by | 32016D0446 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 | 23/03/2016 | |
Modified by | 32016D0446 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 2 | 23/03/2016 | |
Modified by | 32016D0446 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 | 23/03/2016 | |
Modified by | 32016D0446 | Sostituzzjoni | artikolu 12 paragrafu 2 | 23/03/2016 | |
Validity extended by | 32016D0446 | 23/03/2016 | 18/05/2018 | ||
Modified by | 32017D0971 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 3 FR 2 Test | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Żieda | artikolu 8 paragrafu 2 Test | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Żieda | artikolu 6 paragrafu 2 FR 2 Test | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Sostituzzjoni | artikolu 7 paragrafu 2 | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 2 | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 3 | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Żieda | artikolu 11 paragrafu 5 Test | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 1 | 08/06/2017 | |
Modified by | 32017D0971 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 1 FR 4 Test | 08/06/2017 | |
Modified by | 32018D0716 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 1 sentenza | 14/05/2018 | |
Modified by | 32018D0716 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 2 | 14/05/2018 | |
Modified by | 32018D0716 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 | 14/05/2018 | |
Modified by | 32018D0716 | Sostituzzjoni | artikolu 12 paragrafu 2 | 14/05/2018 | |
Validity extended by | 32018D0716 | 14/05/2018 | 18/05/2020 | ||
Modified by | 32020D0434 | Sostituzzjoni | artikolu 12 paragrafu 2 | 23/03/2020 | |
Modified by | 32020D0434 | Żieda | artikolu 10 paragrafu 3 | 23/03/2020 | |
Modified by | 32020D0434 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 23/03/2020 | |
Validity extended by | 32020D0434 | 23/03/2020 | 18/05/2024 | ||
Modified by | 32022D1966 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 7 | 17/10/2022 | |
Modified by | 32022D1966 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 3 | 17/10/2022 | |
Modified by | 32022D1966 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 8 | 17/10/2022 |
18.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 14/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/34/PESK
tas-17 ta’ Jannar 2013
dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill irrikonoxxa li l-bidliet drammatiċi f’Mali ħtieġu analiżi tal-azzjonijiet li l-Unjoni għandha tieħu sabiex tappoġġa t-twaqqif mill-ġdid ta’ gvern demokratiku u l-istat tad-dritt fit-territorju kollu ta’ Mali. Huwa talab lir-Rappreżentat Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) u l-Kummissjoni biex jagħmlu proposti konkreti għal azzjoni tal-Unjoni f’numru ta’ oqsma biex ikun hemm rispons għas-sitwazzjoni li qed tinbidel. |
(2) |
Permezz ta’ ittra datata 18 ta’ Settembru 2012 il-President tar-Repubblika ta’ Mali talab għal appoġġ tal-Unjoni bil-għan li titwaqqaf mill-ġdid l-integrità territorjali ta’ Mali. |
(3) |
Fir-Riżoluzzjoni 2071 (2012) tiegħu dwar is-sitwazzjoni f’Mali, adottata fit-12 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li esprima t-tħassib serju tiegħu dwar il-konsegwenzi ta’ instabbiltà fit-Tramuntana ta’ Mali fir-reġjun u lil hinn u filwaqt li saħaq dwar il-bżonn ta’ rispons rapidu sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà fir-reġjun tas-Saħel, stieden lill-imsieħba internazzjonali, inkluża l-Unjoni, biex jipprovdu assistenza, konsulenza, taħriġ u sostenn għall-bini tal-kapaċità lill-armata u l-forzi tas-sigurtà ta’ Mali. |
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill talab li l-ħidma dwar l-ippjanar ta’ missjoni militari possibbli fil-qafas tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tkun segwita u estiża b’mod urġenti, filwaqt li jiġi żviluppat, b’mod partikolari, kunċett ta’ maniġġar ta’ kriżi dwar ir-riorganizzazzjoni u t-taħriġ tal-forzi tad-difiża ta’ Mali, filwaqt li jittieħed kont tal-kundizzjonijiet meħtieġa għas-suċċess ta’ kwalunkwe missjoni bħal din, inkluż l-appoġġ sħiħ tal-awtoritajiet ta’ Mali u d-definizzjoni ta’ strateġija ta’ ħruġ. |
(5) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2012, il-Kunsill laqa’ l-preżentazzjoni tal-Kunċetti ta’ Maniġġar ta’ Kriżi mir-RGħ u talab lill-gruppi rilevanti biex jeżaminawhom b’mod urġenti sabiex ikunu jistgħu jiġu approvati mill-Kunsill f’Diċembru 2012. |
(6) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2012, il-Kunsill approva Kunċett ta’ Maniġġar ta’ Kriżi dwar missjoni militari possibbli ta’ taħriġ fil-qafas tal-FSDK f’Mali. Il-Kunsill enfasizza li missjoni fil-Mali tkun element essenzjali fl-approċċ komprensiv tal-Unjoni kif elaborat fl-Istrateġija għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Sahel. |
(7) |
Permezz ta’ ittra datata 24 ta’ Diċembru 2012, il-President tar-Repubblika tal-Mali indirizza ittra ta’ invit lir-RGħ li biha laqa’ l-iksjerament ta’ missjoni ta’ taħriġ militari tal-UE fil-Mali |
(8) |
Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, kontroll politiku fuq il-missjoni militari tal-Unjoni, jagħtiha direzzjoni starteġika u jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). |
(9) |
Huwa meħtieġ li jiġu negozjati u konklużi ftehimiet internazzjonali relatati mal-istatus ta’ unitajiet u persunal tal-Unjoni u mal-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’missjonijiet tal-Unjoni. |
(10) |
In-nefqa operattiva li tirriżulta minn din id-Deċiżjoni, li jkollha implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, għandha titħallas mill-Istati Membri skont l-Artikolu 41(2) TUE u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) (1). |
(11) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk ma jipparteċipax fil-finanzjament ta’ din il-missjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Missjoni
1. L-Unjoni għandha twettaq missjoni ta’ taħriġ militari, (EUTM Mali), biex tipprovdi, fin-Nofsinhar tal-Mali, parir militari u ta’ taħriġ lill-Forzi Armati ta’ Mali (FAM) li joperaw taħt il-kontroll tal-awtoritajiet ċivili leġittimi, sabiex isir kontribut lejn ir-restawr tal-kapaċità militari tagħhom bil-għan li jkunu kapaċi jinvolvu jmexxu operazzjonijiet militari bil-għan li jirrestawraw l-integrità territorjali tal-Mali u jnaqqsu t-theddija ppreżentata minn gruppi terroristiċi. EUTM Mali m’għandiex tkun involuta f’operazzjonijiet ta’ kumbattiment.
2. L-objettiv ta’ EUTM Mali għandu jkun ir-rispons għall-bżonnijiet operattivi tal-FAM billi jingħata:
(a) |
appoġġ fit-taħriġ għall-benefiċċju tal-kapaċitajiet tal-FAM; |
(b) |
taħriġ u parir fil-kmand u l-kontroll, il-katina loġistika u r-riżorsi umani, kif ukoll taħriġ fuq id-Dritt Umanitarju Internazzjonali, il-protezzjoni taċ-ċivili u d-drittijiet tal-bniedem. |
3. EUTM Mali għandha timmira lejn it-tisħiħ tal-kundizzjonijiet għal kontroll politiku kif suppost minn awtoritajiet ċivili leġittimi tal-FAM.
4. L-attivitajiet tal-EUTM Mali għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ atturi oħra involuti fl-appoġġ għall-FAM, b’mod partikolari man-Nazzjonijiet Uniti u l-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani tal-Punent (ECOWAS).
Artikolu 2
Ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE
1. Il-Brigadier Ġeneral François LECOINTRE huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE.
2. Il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE.
Artikolu 3
Għażla tal-Kwartieri Ġenerali talMissjoni
1. Il-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni EUTM Mali għandhom ikunu fil-Mali. Huwa għandu jwettaq il-funzjonijiet kemm tal-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni kif ukoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forza.
2. Il-Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni għandhom jinkludu ċellola ta’ sostenn fi Brussell.
Artikolu 4
Ippjanar u tnedija tal-EUTM Mali
Id-Deċiżjoni dwar it-tnedija tal-EUTM Mali għandha tiġi adottata mill-Kunsill wara l-approvazzjoni tal-Pjan tal-Missjoni u tar-Regoli tal-Kumbattiment.
Artikolu 5
Kontroll politiku u direzzjoni strateġika
1. Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni militari tal-EUTM Mali. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-Pjan tal-Missjoni, u l-Linja tal-Kmand. Hija għandha tinkludi wkoll is-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-Missjoni tal-UE sussegwenti. Is-setgħat ta’ deċiżjoni rigward l-objettivi u t-tmiem tal-EUTM Mali għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.
2. Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
3. Il-KPS għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-President tal-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) rigward it-twettiq tal-EUTM Mali. Il-KPS jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.
Artikolu 6
Direzzjoni militari
1. L-EUMC għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tal-EUTM Malimwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.
2. L-EUMC għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE. Huwa jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għal-laqgħat tiegħu, kif adatt.
3. Il-President tal-EUMC għandu jaġixxi bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt mal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.
Artikolu 7
Konsistenza fir-rispons u l-koordinazzjoni tal-Unjoni
1. Ir-RGħ għandu jiżgura l-implimetazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jiżgura wkoll il-konsistenza tagħha mal-azzjoni esterna fl-intier tagħha tal-Unjoni, inkluż, il-programmi ta’ żvilupp tal-UE.
2. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f’Bamako f’kooperazzjoni mill-qrib mal-koordinatur tal-UE fis-Saħel.
3. L-EUTM Mali għandha tikkoordina mal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni fin-Niġer (EUCAP SAHEL Niger) bil-għan li jiġu esplorati s-sinerġiji possibbli.
4. L-EUTM Mali għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-attivitajiet bilaterali tal-Istati Membri f’Mali, ma’ atturi internazzjonali oħra fir-reġjun, b’mod partikolari n-NU u l-Unjoni Afrikana (UA), ECOWAS u l-atturi bilaterali inklużi l-Istati Uniti u l-Kanada, u ma’ atturi reġjonali ewlenin.
Artikolu 8
Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u għall-qafas istituzzjonali uniku tagħha, u skont il-linji gwida rilevanti tal-Kunsill Ewropew, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-EUTM Mali.
2. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jistieden lil Stati terzi sabiex jipproponu kontribut u biex jieħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u l-EUMC, id-deċiżjonijiet adatti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti.
3. Arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 37 TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE. Fejn l-Unjoni u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’missjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżi tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUTM Mali.
4. L-Istati terzi li jagħmlu kontributi militari sinifikanti għall-EUTM Mali għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tat-tmexxija ta’ kuljum tal-EUTM Mali bħall-Istati Membri li jieħdu sehem fl-EUTM Mali.
5. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet adatti rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri, fil-każ li xi Stati terzi jaħmlu kontributi militari sinifikanti.
Artikolu 9
Status tal-persunal immexxi mill-UE
L-istatus tal-unitajiet u l-persunal immexxija mill-UE, inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom jista jkun is-suġġett ta’ ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 TFUE.
Artikolu 10
Arranġamenti Finanzjarji
1. L-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni 2011/871/PESK.
2. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-EUTM Mali għandu jkun ta’ EUR 12,3 miljun. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni 2011/871/PESK għandu jkun ta’ 50 %, u l-persentaġġ għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 32(3) tad-Deċiżjoni 2011/871/PESK għandu jkun ta’ 70 %.
Artikolu 11
Rilaxx ta’ Informazzjoni
1. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil Stati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, kif adatt u f’konformità mal-bżonnijiet tal-EUTM Mali, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (2):
(a) |
sal-livell previst mill-ftehimiet applikabbli dwar is-sigurtà tal-informazzjoni konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat terz ikkonċernat; jew |
(b) |
sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” f’każijiet oħra. |
2. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU u lill-ECOWAS f’konformità mal-bżonnijiet operattivi tal-EUTM Mali, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU u l-ECOWAS.
3. Fil-każ ta’ bżonn operattiv speċifiku u immedjat, ir-RGħ għandu jkun awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUTM Mali, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan l-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti.
4. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-EUTM Mali u li jkun kopert mill-obbligu ta’ segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (3).
5. Ir-RGħ jista’ jiddelega tali setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll l-kapċità li jiġu konklużi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lill-persunal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u/jew lill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u terminazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
2. Il-mandat tal-EUTM Mali għandu jintemm 15-il xahar wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija tal-EUTM Mali.
3. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħassra mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-Missjonif’konformità mal-pjani approvati għat-tmiem tal-EUTM Mali, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jirrigwardaw il-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-EUTM Mali, stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/871/PESK.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35.
(2) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.
(3) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).