EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0030

2013/30/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Novembru 2012 li tadotta l-ewwel lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8234)

ĠU L 24, 26.1.2013, p. 740–743 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/11/2013; Imħassar b' 32013D0737

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/30/oj

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/740


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Novembru 2012

li tadotta l-ewwel lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8234)

(2013/30/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed imsemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet mit-territorji tal-Unjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat dwar il-Ħabitats”.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċess li nbeda fl-1995, jeħtieġ li jsir aktar progress fit-twaqqif reali tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali tal-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni.

(3)

Il-lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġiet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/92/KE (2). Abbażi tal-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnomina s-siti inklużi fil-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed bħala żoni speċjali ta' konservazzjoni, malajr kemm jista' jkun u f'perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin, waqt li jistabbilixxi prijoritajiet ta' konservazzjoni u l-miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa.

(4)

Il-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja qed jiġu riveduti fil-kuntest tal-adattament dinamiku tan-netwerk Natura 2000. Għalhekk huwa meħtieġ aġġornament tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed.

(5)

Min-naħa l-waħda, l-aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed huwa meħtieġ sabiex jiġu inklużi s-siti addizzjonali li ġew proposti mill-Istati Membri mill-2010 sal-lum bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għal dawn is-siti addizzjonali, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom japplikaw malajr kemm jista’ jkun u f'perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Min-naħa l-oħra, l-aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed huwa meħtieġ sabiex jirrifletti kwalunkwe bidla fit-tagħrif li għandu x’jaqsam mas-siti mressqa mill-Istati Membri wara l-adozzjoni tal-lista inizjali tal-Unjoni. F'dak is-sens, il-lista aġġornata tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed tikkostitwixxi verżjoni kkonsolidata tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed. Madankollu, wieħed għandu jenfasizza li għal kwalunkwe sit inkluż fid-Deċiżjoni, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom japplikaw kemm jista’ jkun malajr u f'perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja li fiha s-sit ikun iddaħħal għall-ewwel darba.

(7)

Għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, il-listi tas-siti proposti bħala siti ta’ importanza Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ntbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati bejn Marzu 2007 u Ottubru 2011, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

(8)

Il-listi tas-siti proposti kienu akkumpanjati b’informazzjoni dwar kull sit, forniti fil-format stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE tat-18 ta' Diċembru 1996 rigward format ta' informazzjoni dwar is-sit, għas-siti proposti f’Natura 2000 (3).

(9)

Dak it-tagħrif jinkludi l-mappa tas-sit li ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati, l-isem, il-post u l-firxa tas-sit, u d-dejta li nġabret bl-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva 92/43/KEE.

(10)

Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi qbil ma' kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta' ħabitats naturali ta' prijorità jew speċijiet ta' prijorità, għandha tiġi adottata lista aġġornata tas-siti magħżulin bħala siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed.

(11)

L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa tagħrif disponibbli bħalissa.

(12)

Uħud mill-Istati Membri ma pproponewwx biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta' ħabitats u speċijiet. Għalhekk, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet, ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut. Meta wieħed iqis id-dewmien biex jasal it-tagħrif u jintlaħaq qbil mal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi adottata lista aġġornata tas-siti, li se jkun meħtieġ li tiġi riveduta skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(13)

Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta' xi wħud mit-tipi ta' ħabitats naturali tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut, la għandu jiġi konkluż li n-netwerk huwa komplut u anqas li mhuwiex. Il-lista għandha tiġi riveduta, jekk ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(14)

Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-Deċiżjoni 2009/92/UE għandha tiġi rrevokata.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel lista aġġornata tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed skond it-tielet sub-paragrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE hija stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2009/92/KE hija b’dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  ĠU L 43, 13.2.2009, p. 59.

(3)  ĠU L 107, 24.4.1997, p. 1.


ANNESS

L-ewwel lista aġġornata tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed

Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat mit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluża l-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

A

:

kodiċi tas-SIK b’disa’ karattri, fejn l-ewwel tnejn jindikaw il-kodiċi ISO tal-Istat Membru;

B

:

isem is-SIK;

C

:

*= il-preżenza tas-SIK ta’ mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali wieħed u/jew speċi waħda ta’ prijorità skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

D

:

is-superfiċje tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km;

E

:

il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali.

It-tagħrif kollu mogħti fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt huwa bbażat fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata mill-Bulgarija u r-Rumanija.

A

B

C

D

E

Kodiċi tas-SIK

Isem is-SIK

*

Superfiċje tas-SIK (ha)

Tul is-SIK (km)

Koordinati ġeografiċi tas-SIK

 

 

 

 

 

Lonġitudni

Latitudni

BG0000100

Plazh Shkorpilovtsi

*

5 125,6526

 

27,8653

42,9453

BG0000102

Dolinata na reka Batova

*

18 459,2388

 

27,9261

43,3764

BG0000103

Galata

*

1 623,7186

 

27,9411

43,1378

BG0000110

Ostrovi Sv. Ivan i Sv. Petar

 

30,04

 

27,6919

42,4383

BG0000116

Kamchia

*

12 919,9374

 

27,7536

43,0217

BG0000118

Zlatni pyasatsi

*

1 374,44

 

28,0364

43,3044

BG0000119

Trite bratya

*

1 021,99

 

27,2883

42,7117

BG0000130

Kraymorska Dobrudzha

*

6 520,74

 

28,3333

43,6200

BG0000132

Pobitite kamani

*

231,35

 

27,6925

43,2322

BG0000133

Kamchiyska i Emenska planina

*

63 678,468

 

27,5081

42,9231

BG0000141

Reka Kamchia

*

158,84

 

27,4783

43,0381

BG0000143

Karaagach

*

64,16

 

27,7725

42,2233

BG0000146

Plazh Gradina — Zlatna ribka

*

1 153,12

 

27,6672

42,4233

BG0000151

Aytoska planina

*

29 379,4

 

27,4414

42,6892

BG0000154

Ezero Durankulak

*

5 050,7948

 

28,5775

43,6828

BG0000198

Sredetska reka

*

707,78

 

27,0475

42,3153

BG0000208

Bosna

*

16 225,8881

 

27,6447

42,1869

BG0000219

Derventski vazvishenia 2

*

55 036,13

 

27,0536

42,1297

BG0000230

Fakiyska reka

*

4 104,72

 

27,2911

42,2942

BG0000242

Zaliv Chengene skele

*

190,0154

 

27,5119

42,4292

BG0000270

Atanasovsko ezero

*

7 210,0163

 

27,4547

42,5836

BG0000271

Mandra - Poda

*

6 139,1738

 

27,4042

42,4150

BG0000273

Burgasko ezero

 

3 066,8992

 

27,3922

42,4975

BG0000573

Kompleks Kaliakra

*

44 128,2643

 

28,3217

43,3469

BG0000574

Aheloy - Ravda - Nesebar

*

3 928,38

 

27,6986

42,6586

BG0000620

Pomorie

*

2 085,15

 

27,6364

42,5989

BG0000621

Ezero Shabla - Ezerets

*

2 623,53

 

28,5875

43,5753

BG0001001

Ropotamo

*

12 815,82

 

27,7000

42,3033

BG0001004

Emine - Irakli

*

11 282,7954

 

27,8397

42,7383

BG0001007

Strandzha

*

118 225,03

 

27,6283

42,0678

ROSCI0065

Delta Dunării

*

454 037,3

 

28,9203

44,9003

ROSCI0066

Delta Dunării - zona marină

 

123 373,7

 

29,2489

44,7789

ROSCI0073

Dunele marine de la Agigea

*

11,4

 

28,6433

44,0883

ROSCI0094

Izvoarele sulfuroase submarine de la Mangalia

 

382

 

28,5986

43,8136

ROSCI0114

Mlaștina Hergheliei - Obanul Mare și Peștera Movilei

*

232,2

 

28,5717

43,8344

ROSCI0157

Pădurea Hagieni - Cotul Văii

*

3 617,7

 

28,4500

43,7889

ROSCI0197

Plaja submersă Eforie Nord - Eforie Sud

 

140,4

 

28,6517

44,0503

ROSCI0237

Structuri submarine metanogene - Sf. Gheorghe

 

6 121,5

 

29,7600

44,8700

ROSCI0269

Vama Veche - 2 Mai

 

6 255

 

28,6511

43,7564

ROSCI0273

Zona marină de la Capul Tuzla

 

1 737,9

 

28,6872

43,9889

ROSCI0281

Cap Aurora

 

13 071

 

28,7031

43,8497

ROSCI0293

Costinesti - 23 August

 

4 877,8

 

28,7208

43,9256


Top