Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0019

    2013/19/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/006 FI/Nokia Salo mill-Finlandja)

    ĠU L 8, 12.1.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/19(1)/oj

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 8/18


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-12 ta’ Diċembru 2012

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/006 FI/Nokia Salo mill-Finlandja)

    (2013/19/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija b’riżultat tal-globalizzazzjoni u biex dawn jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

    (2)

    Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-ammont annwali massimu ta’ EUR 500 miljun.

    (3)

    Il-Finlandja ressqet applikazzjoni fl-4 ta’ Lulju 2012 għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji fl-impriża Nokia plc (Salo), u ssupplimentaha b’informazzjoni addizzjonali sal-21 ta’ Awwissu 2012. Din l-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk, tipproponi li jiġi mmobilizzat l-ammont ta’ EUR 5 346 000.

    (4)

    Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Finlandja,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, għandha tiġi mobilizzata somma ta’ EUR 5 346 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament taħt l-intestatura tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


    Top