This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0002
2013/2/EU: Council Decision of 17 December 2012 on the signing, on behalf of the European Union, of the Agreement between the European Union and the Republic of Armenia on the facilitation of the issuance of visas
2013/2/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
2013/2/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
ĠU L 3, 8.1.2013, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/2(1)/oj
|
8.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Diċembru 2012
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
(2013/2/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit ta’ Praga tas-Sħubija tal-Lvant tas-7 ta’ Mejju 2009 ddikjarat l-appoġġ politiku lejn il-liberalizzazzjoni tal-viża u l-intenzjoni li jittieħdu passi gradwali lejn l-ivvjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom fiż-żmien dovut. |
|
(2) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Armenja dwar Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-18 ta’ Ottubru 2012. |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (1); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim. (3)
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna(i) bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS
(1) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(3) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.