This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013B0539
2013/539/EU, Euratom: Decision of the European Parliament of 17 April 2013 on discharge in respect of the implementation of the budget of the Executive Agency for Competitiveness and Innovation for the financial year 2011
2013/539/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011
2013/539/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011
ĠU L 308, 16.11.2013, p. 106–107
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 308, 16.11.2013, p. 5–5
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/106 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011
(2013/539/UE, Euratom)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 – C7–0224/2012) (2), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2012) 585), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2012) 340 u SWD(2012) 330), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni lill-Awtorità tal-Kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2011 (COM(2012) 563), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2012) 283), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 (05754/2013 – C7-0039/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/20/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġa l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (9), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/372/KE tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE sabiex tittrasforma L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti f’Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (10), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0116/2013), |
A. |
billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabilità tagħha stess, waqt li tikkunsidra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 388, 15.12.2012, p. 40.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
(10) ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.