EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1243
Council Regulation (EU) No 1243/2012 of 19 December 2012 amending Regulation (EC) No 1342/2008 establishing a long-term plan for cod stocks and the fisheries exploiting those stocks
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1243/2012 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1243/2012 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
ĠU L 352, 21.12.2012, p. 10–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 04/08/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0973
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1342 | Żieda | artikolu 12.6 | 01/01/2013 | |
Modifies | 32008R1342 | Sostituzzjoni | artikolu 12.4 | 01/01/2013 | |
Modifies | 32008R1342 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 01/01/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32018R0973 | 05/08/2018 |
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/10 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1243/2012
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (1) jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat; il-Baħar tat-Tramuntana, is-Skagerrak u l-Kanal tal-Lvant; il-Punent tal-Iskozja; u l-baħar Irlandiż, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (“il-Pjan għall-Merluzz”). L-objettiv tal-Pjan għall-Merluzz huwa li jiżgura l-isfruttament sostenibbli ta’ dawk l-istokkijiet tal-merluzz abbażi ta’ rendiment sostenibbli massimu. Dan l-objettiv għandu jintlaħaq filwaqt li jinżamm livell speċifiku ta’ mortalità mis-sajd għall-merluzz fi gruppi adatti ta’ età. |
(2) |
L-Artikoli 7, 8 u 9 u l-Artikolu 12 tal-Pjan għall-Merluzz fihom, għall-fini li jilħqu l-objettiv tal-Pjan għall-Merluzz, regoli speċifiċi li jippreskrivu metodoloġija dettaljata għall-iffissar annwali ta’, min-naħa waħda, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) u, min-naħa l-oħra, il-limitazzjonijiet tal-isforzi tas-sajd. |
(3) |
L-evalwazzjoni xjentifika tal-prestazzjoni tal-Pjan għall-Merluzz imwettqa mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (is-STECF) żvelat li kien hemm għadd ta’ problemi marbutin mat-tfassil u l-funzjonament tal-Pjan għall-Merluzz. Mingħajr ma jitqajmu mistoqsijiet dwar l-objettivi tal-Pjan għall-Merluzz, l-STECF ikkonkluda li dawk l-objettivi x’aktarx ma jintlaħqux f’perijodu ta’ żmien li jkun konformi mal-konklużjonijiet tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg fl-2002 sakemm in-nuqqasijiet fit-tfassil tal-Pjan għall-Merluzz, li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, l-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 12 tiegħu, jiġu korretti. |
(4) |
L-Artikolu 9 fih regoli dettaljati għall-iffissar tat-TACs f’kondizzjonijiet ta’ data insuffiċjenti fejn ir-regoli għall-istabbiliment tat-TAC stipulati fl-Artikoli 7 u 8 ma jistgħux jiġu applikati minħabba nuqqas ta’ informazzjoni preċiża u rappreżentattiva biżżejjed. Minkejja li l-applikazzjoni tat-tnaqqis awtomatiku ta’ 25 % tat-TAC fis-sena kienet maħsuba biex tapplika f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, mill-2009 sal-2012, din saret ir-regola. Konsegwentement, sa mid-dħul fis-seħħ tal-Pjan għall-Merluzz, it-TACs għaż-żoni kkonċernati tnaqqsu b’mod sinifikanti u aktar tnaqqis awtomatiku jwassal għall-għeluq effettiv tas-sajd tal-merluzz fiż-żoni kkonċernati. L-evalwazzjoni xjentifika mwettqa mis-STECF tissuġġerixxi li, għall-fini li jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan għall-Merluzz, ikun aktar adatt f’xi każijiet li tingħata aktar flessibbiltà biex tirrifletti l-parir xjentifiku fuq il-bażi ta’ każ b’każ. Bħala parti minn dik il-flessibbiltà, għaldaqstant huwa adatt li jiġi permess is-sospensjoni, taħt ċerti kondizzjonijiet, tat-tnaqqis annwali fit-TAC jew l-istabbiliment ta' livell alternattiv tat-TAC, mingħajr ma jiġu pperikolati l-objettivi tal-Pjan għall-Merluzz. |
(5) |
L-Artikolu 12 fih regoli dettaljati għall-iffissar tal-isforz tas-sajd permissibbli. Minħabba li japplikaw l-istess aġġustamenti perċentwali, f’konformità mal-Artikolu 12(4), għall-isforz tas-sajd permissibbli f’konformità mat-tnaqqis annwali awtomatiku fil-mortalità mis-sajd (taħt Artikoli 7 u 8) u t-tnaqqis annwali awtomatiku fit-TAC (taħt Artikolu 9), l-isforz tas-sajd permissibbli ġie mnaqqas b’25% kull sena mill-2009 sal-2012 fiż-żoni fejn applika l-Artikolu 9 u mnaqqas b’mod sinifikanti fiż-żoni fejn applika l-Artikolu 8. Konsegwentement, sa mid-dħul fis-seħħ tal-Pjan għall-Merluzz, l-allokazzjonijiet tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli tnaqqsu b’mod sinifikanti għall-irkaptu ewlieni tal-qbid tal-merluzz. Skont il-parir xjentifiċu, ma jistax jiġi muri li dan it-tnaqqis awtomatiku annwali fl-isforz tas-sajd permissibbli wassal għat-tnaqqis mistenni fil-mortalità mis-sajd. Fil-prattika, it-tnaqqis awtomatiku annwali fl-isforz neħħa jew naqqas l-inċentivi għas-sajjieda li jnaqqsu l-mortalità mis-sajd permezz tal-mezzi l-oħra previsti fl-Artikolu 13. It-tkomplija tal-applikazzjoni tat-tnaqqis awtomatiku annwali fl-isforz ma twassalx biex jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan għall-Merluzz, iżda jkollha impatt ekonomiku u soċjali sinifikanti fuq it-taqsimiet tal-flotta li jużaw l-istess tip ta’ rkaptu, iżda li jistadu prinċipalment għal speċijiet oħrajn u mhux għall-merluzz. Għalhekk, huwa adatt li jkun possibbli approċċ aktar flessibbli li jippermetti s-sospensjoni tat-tnaqqis annwali awtomatiku fl-isforz tas-sajd, mingħajr ma jiġu pperikolati l-objettivi tal-Pjan għall-Merluzz. |
(6) |
Minħabba dan ta’ hawn fuq, hu essenzjali li l-Artikoli 9 u 12 tal-Pjan għall-Merluzz jiġu emendati b’mod urġenti sabiex ir-regoli l-ġodda jkunu jistgħu japplikaw għall-fini tal-iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd għall-2013. |
(7) |
L-Artikolu 43(2) TFUE jipprevedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-sajd prevista fl-Artikolu 40(1) tiegħu kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd. L-Artikolu 43(3) TFUE jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. |
(8) |
L-emendi għall-Artikoli 9 u 12 jistabbilixxu regoli speċifiċ dettaljati għall-fini tal-iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd espress permezz tat-TAC u tal-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd. Huma jadattaw ir-regoli applikabbli attwali għall-iffissar ta’ opportunitajiet ta’ sajd mingħajr ma jemendaw l-objettiv tal-Pjan għall-Merluzz. Konsegwentement, huma miżuri għall-iffissar u l-allokazzjoni tat-TACs u l-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u ma jistgħux jiġu kkunsidrati la bħala dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-sajd, u lanqas bħala dispożizzjonijiet oħra meħtieġa għall-insegwiment tal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd. |
(9) |
Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Proċedura speċjali biex jiġu stabbiliti t-TACs 1. F’każijiet fejn ma jkunx hemm biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 7, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat, fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż għandhom jiġu stabbiliti fil-livell indikat mill-parir xjentifiċu. Madankollu, jekk il-livell indikat mill-parir xjentifiċu jkun ogħla mit-TACs tas-sena ta’ qabel b’iktar minn 20 %, dawn għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jkun 20 % ogħla mit-TACs tas-sena ta’ qabel, jew jekk il-livell indikat fil-parir xjentifiċu jkun inqas mit-TACs tas-sena ta’ qabel b’iktar minn 20 %, dawn għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jkun 20 % inqas mit-TACs tas-sena ta’ qabel. 2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn il-parir xjentifiku jindika li m’għandu jkun hemm ebda sajd dirett u li:
il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li ma japplikax aġġustament annwali għat-TAC fis-sena sussegwenti jew fis-snin sussegwenti, bil-kondizzjoni li t-TAC stabbilit ikun biss għall-qabda inċidentali. 3. F’każijiet fejn ma jkunx hemm biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 8, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak u fil-Kanal tal-Lvant għandhom jiġu stabbiliti billi jiġu applikati l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu mutatis mutandis, sakemm il-konsultazzjonijiet man-Norveġja ma jwasslux għal livell differenti tat-TAC. 4. Meta l-parir xjentifiku jindika li l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(1) sa (4) mhijiex adatta biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan, il-Kunsill jista', minkejja d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, jiddeċiedi fuq livell alternattiv tat-TAC”. |
(2) |
L-Artikolu 12 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. ALETRARIS
(1) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.