This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1229
Commission Regulation (EU) No 1229/2012 of 10 December 2012 amending Annexes IV and XII to Directive 2007/46/EC of the European Parliament and of the Council establishing a framework for the approval of motor vehicles and their trailers, and of systems, components and separate technical units intended for such vehicles (Framework Directive) Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2012 tal- 10 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2012 tal- 10 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 353, 21.12.2012, p. 1–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32018R0858
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Replacement | 32007L0046 | TXT | anness IV P.1.1 | 01/11/2012 | |
Replacement | 32007L0046 | TXT | anness IV P.1.1.54.A | 01/11/2014 | |
Replacement | 32007L0046 | TXT | anness IV P.1 | 10/01/2013 | |
Replacement | 32007L0046 | TXT | anness XII P.A.1 | 10/01/2013 | |
Replacement | 32007L0046 | TXT | anness XII P.A.2 | 10/01/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32018R0858 | 01/09/2020 |
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 353/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1229/2012
tal-10 ta’ Diċembru 2012
li jemenda l-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) u (3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li jinkludi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi ġodda kollha. B’mod partikolari, hija tinkludi l-atti regolatorji li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi li l-vetturi jridu jkunu konformi magħhom sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-KE. |
(2) |
Il-Parti 1 tal-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE tinkludi lista ta’ atti regolatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi prodotti f’serje mhux limitati. Id-Direttiva 2007/46/KE ġiet emendata diversi drabi u dik il-lista ġiet aġġornata skont dan. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-magna, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (2), jipprovdi għar-revoka ta’ diversi Direttivi. Id-Direttivi rrevokati ġew sostitwiti minn Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u minn Regolamenti tal-Kummissjoni korrispondenti. Dawk il-bidliet għandhom ikunu riflessi fl-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE. |
(4) |
Huwa essenzjali li r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ serje żgħar jiġu adattati sabiex ikun żgurat li l-manifatturi li jipproduċu serje żgħar ta’ vetturi jista’ jkompli jkollhom aċċess għas-suq intern. Għal dawn il-finijiet, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri simplifikati sabiex jitnaqqas il-kost meħtieġ mill-proċess tal-approvazzjoni tat-tip filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza fit-toroq u ta’ protezzjoni tal-ambjent. |
(5) |
Peress li l-vetturi N1 juru karatteristiċi tal-kostruzzjoni simili għal dawk tal-vetturi M1, huwa wkoll xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi armonizzati għall-vetturi tal-kategorija N1 sabiex tali vetturi li jiġu prodotti f’serje żgħar ikun jista’ jkollhom aċċess għas-suq intern. |
(6) |
Huwa essenzjali li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 1 għall-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE japplikaw għall-vetturi ġodda kollha. Madankollu, għandu jingħata biżżejjed żmien lill-manifatturi sabiex ikunu jistgħu jadattaw il-vetturi tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda. |
(7) |
It-Taqsimiet 1 u 2 tal-Parti A tal-Anness XII għad-Direttiva 2007/46/KE jinkludu limiti kwantitattivi għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ serje żgħar. Huwa xieraq, meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ serje żgħar tiġi estiża għall-vetturi tal-kategorija N1, li jiġi introdott limitu kwantitattiv għall-vetturi ta’ dik il-kategorija. Bl-istess mod, meta jitqies il-fini tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE, jiġifieri li jitrawwem aċċess għas-suq intern, in-numru ta’ vetturi tal-kategorija N1 li jistgħu jibbenefikaw mill-approvazzjoni tat-tip nazzjonali skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu ristretti għall-minimu meħtieġ. Għalhekk, il-kwantità ta’ dawk il-vetturi għandha tiġi stabbilita wkoll. |
(8) |
L-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Magna, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ serje żgħar mogħtija qabel l-1 ta’ Novembru 2012 għandha tieqaf tkun valida fil-31 ta’ Ottubru 2016. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità għall-vetturi bħala li ma għadhomx iktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46/KE, sakemm l-approvazzjonijiet tat-tip ikkonċernati ma jkunux ġew aġġornati skont ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 1 tal-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punt (1)(b) tal-Anness għandu japplika skont id-dati stabbiliti fih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(2) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
ANNESS
Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti A tal-Anness XII hija emendata kif ġej:
|
(1) Għal vetturi b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg. Fuq talba tal-manifattur tista’ tapplika għal vetturi b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 840 kg.
(2) Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’installazzjoni LPG jew CNG, hija meħtieġa approvazzjoni tat-tip tal-vettura skont ir-Regolament UNECE Nru 67 jew skont ir-Regolament UNECE Nru 110.
(3) L-immuntar ta’ sistema ta’ kontroll tal-istabbiltà elettronika (‘ESC’) huwa meħtieġ skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. Għaldaqstant, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi kif ukoll għar-reġistrazzjoni, għall-bejgħ u għad-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 21 għar-Regolament UNECE Nru 13. Id-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandhom japplikaw minflok id-dati stabbiliti fir-Regolament UNECE Nru 13.
(4) L-immuntar ta’ sistema ESC huwa meħtieġ skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. Għaldaqstant, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi kif ukoll għar-reġistrazzjoni, għall-bejgħ u għad-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness 9 għar-Regolament UNECE Nru 13-H. Id-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandhom japplikaw minflok id-dati stabbiliti fir-Regolament UNECE Nru 13-H.
(4A) |
Jekk jiġi mmuntat, it-tagħmir protettiv għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament UNECE Nru 18. |
(4B) |
Dan ir-Regolament japplika għal sits li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament UNECE Nru 80. |
(5) Il-vetturi ta’ din il-kategorija għandhom jiġu mgħammra b’tagħmir xieraq li jneħħi l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin.
(6) Il-vetturi ta’ din il-kategorija għandhom jiġu mgħammra b’tagħmir xieraq li jaħsel u jimsaħ il-windskrin.
(7) Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’power train elettrika, hija meħtieġa approvazzjoni tat-tip tal-vettura skont ir-Regolament UNECE Nru 85.
(8) Għal vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 610 kg u li ma bbenefikawx mill-possibbiltà offruta fin-nota (1).
(9) Għal vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 610 kg li ma jkollhomx approvazzjoni tat-tip (fuq talba tal-manifattur u sakemm il-massa ta’ referenza tagħhom ma taqbiżx l-2 840 kg) skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Għal possibbiltajiet oħrajn, ara l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.
(9A) |
Tapplika biss f’każijiet meta t-tali vetturi jkunu mgħammra bl-apparat kopert mir-Regolament tal-UNECE Nru 64. Is-sistema tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għall-vetturi M1 tapplika fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. |
(10) Tapplika biss għal vetturi mgħammra bi gganċjar.
(11) Tapplika għall-vetturi b’massa mgħobbija massima teknikament permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati.
(12) Applikabbli biss għall-vetturi fejn il-“Punt ta’ Referenza ta’ Postijiet Bilqiegħda (punt ‘R’)” tal-iktar sit baxx ma jkunx iktar minn 700 mm ‘il fuq mil-livell tal-art.
(13) Tapplika biss meta l-manifattur japplika għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi maħsuba għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża.
(14) Tapplika biss għal vetturi tal-kategorija N1, Klassi I kif ġew deskritti fl-ewwel tabella fil-punt 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE.
(15) Fuq talba tal-manifattur, approvazzjoni tat-tip tista’ tingħata taħt dan il-punt, bħala alternattiva għall-kisba ta’ approvazzjonijiet tat-tip taħt il-punti 3 A, 3B, 4 A, 5 A, 6 A, 6B, 7 A, 8 A, 9 A, 9B, 10 A, 12 A, 13 A, 13B, 14 A, 15 A, 15B, 16 A, 17 A, 17B, 18 A, 19 A, 20 A, 21 A, 22 A, 22B, 22C, 23 A, 24 A, 25 A, 25B, 25C, 25D, 25E, 25F, 26 A, 27 A, 28 A, 29 A, 30 A, 31 A, 32 A, 33 A, 34 A, 35 A, 36 A, 37 A, 38 A, 42 A, 43 A, 44 A, 45 A, 46 A, 46B, 46C, 46D, 46E, 47 A, 48 A, 49 A, 50 A, 50B, 51 A, 52 A, 52B, 53 A, 54 A, 56 A, 57 A u 64 sa 70.”;
(16) In-noti ta’ spjegazzjoni marbuta mal-Parti I tal-Anness IV japplikaw ukoll għat-Tabella 1.
(17) In-noti ta’ spjegazzjoni marbuta mal-Parti I tal-Anness IV japplikaw ukoll għat-Tabella 2. L-ittri fit-Tabella 2 għandhom l-istess tifsira bħal fit-Tabella 1.