EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1083

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2012 tad- 19 ta’ Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 321, 20.11.2012, p. 33–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1083/oj

20.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1083/2012

tad-19 ta’ Novembru 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, hemm bżonn ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni biex tiġi ddeterminata d-dejta li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija tal-istatistika msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħhom.

(3)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dejta li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għorxin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.


ANNESS I

MODULU 1:   L-INTRAPRIŻI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

1.   Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom

(a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2013, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma:

is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi,

l-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi,

l-użu tal-ICT minn intrapriżi sabiex jiskambjaw informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet pubbliċi u governattivi (e-government),

il-proċessi tal-e-business u aspetti organizzattivi,

kummerċ elettroniku.

(b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta mal-intrapriżi:

Sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

l-użu tal-kompjuter

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

(fakultattiva) persuni impjegati jew perċentwali tal-għadd totali ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuter għall-inqas darba fil-ġimgħa,

(fakultattiva) l-użu tal-applikazzjonijiet tal-IT biex jipprovdu lill-persuni impjegati aċċess mill-bogħod għas-sistema tal-posta elettronika, id-dokumenti jew l-applikazzjonijiet tal-intrapriża (permezz ta’ konnessjoni fissa, ċellulari jew bla fili mal-Internet).

Użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

aċċess għall-Internet.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

konnessjoni mal-Internet: DSL,

konnessjoni mal-Internet: konnessjoni fissa broadband oħra mal-Internet,

konnessjoni mal-Internet: aċċess għall-Internet bil-linja normali tat-telefown billi jċempel jew permezz ta’ ISDN,

konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta’ apparat li jista’ jinġarr bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (l-hekk imsejħa 3G jew 4G),

(fakultattiva) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta’ kompjuter li jista’ jinġarr bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (l-hekk imsejħa 3G jew 4G),

(fakultattiva) konnessjoni mal-Internet: konnessjoni broadband ċellulari permezz ta’ apparati oħra li jistgħu jinġarru bħal telefowns intelliġenti jew Personal Digital Assistants (PDAs) bl-użu tan-netwerks tat-telefown ċellulari (l-hekk imsejħa 3G jew 4G),

konnessjoni mal-Internet: konnessjoni ċellulari oħra,

konnessjoni mal-Internet: veloċità massima għat-tniżżil ikkuntrattata tal-iktar konnessjoni tal-Internet veloċi f’Mbit/s; ([0;< 2], [2;< 10], [10;< 30], [30;< 100], [≥100]),

persuni impjegati jew perċentwali tal-għadd totali ta’ persuni impjegati li użaw il-kompjuter b’aċċess għall-World Wide Web għall-inqas darba fil-ġimgħa,

użu ta’ mezzi soċjali, li jirreferu speċifikament għal netwerks soċjali, blogg jew mikrobloggijiet tal-intrapriża, websajts li jqassmu kontenut multimedjali, għodod ta’ tqassim tal-għarfien fuq il-bażi ta’ wiki għal finijiet li mhumiex it-tqegħid ta’ reklami mħallsa,

użu ta’ netwerks soċjali,

użu ta’ bloggijiet jew ta’ mikrobloggijiet tal-intrapriża,

użu ta’ websajts li jqassmu kontenut multimedjali,

użu ta’ għodod ta’ tqassim tal-għarfien fuq il-bażi ta’ wiki,

l-użu ta’ websajt jew home page.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom websajt jew home page:

provvista tal-faċilità li ġejja: il-faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn,

provvista tal-faċilità li ġejja: stqarrija dwar il-politika ta’ privatezza, siġill ta’ privatezza jew ċertifikat tas-sikurezza tal-websajt,

provvista tal-faċilità li ġejja: katalgi tal-prodotti jew listi tal-prezzijiet,

provvista tal-faċilità li ġejja: faċilità li tittraċċa l-ordnijiet onlajn,

provvista tal-faċilità li ġejja: possibbiltà għall-viżitaturi biex jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti,

provvista tal-faċilità li ġejja: kontenut personalizzat għal viżitaturi regolari/repetittivi,

(fakultattiva) provvista tal-faċilità li ġejja: reklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala jew applikazzjoni għal xogħol onlajn.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw mezzi soċjali, li jirreferu speċifikament għal netwerks soċjali, blogg jew mikrobloggijiet tal-intrapriża, websajts li jqassmu kontenut multimedjali, għodod ta’ tqassim tal-għarfien fuq il-bażi ta’ wiki għal finijiet li mhumiex it-tqegħid ta’ reklami mħallsa:

l-użu ta’ mezzi soċjali għall-iżvilupp tal-prodotti kummerċjalizzati jew tal-immaġni tal-intrapriża,

l-użu ta’ mezzi soċjali għall-ksib jew għat-tweġib għall-opinjonijiet, reviżjonijiet jew mistoqsijiet tal-klijenti,

l-użu ta’ mezzi soċjali biex jiġu involuti l-klijenti fl-iżvilupp jew l-innovazzjoni tal-prodotti jew servizzi,

l-użu ta’ mezzi soċjali għall-kollaborazzjoni mas-soċji fin-negozju jew għaqdiet oħra,

l-użu ta’ mezzi soċjali għar-reklutaġġ tal-impjegati,

l-użu ta’ mezzi soċjali għall-iskambju tal-fehmiet, l-opinjonijiet jew l-għarfien fi ħdan l-intrapriża,

l-użu ta’ mezzi soċjali skont id-dispożizzjonijiet ta’ politika formali tal-intrapriża.

L-użu tal-ICT minn intrapriżi sabiex jiskambjaw informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

l-użu tal-Internet għal ksib ta’ informazzjoni minn websajts jew home pages tal-awtoritajiet pubbliċi, tul is-sena kalendarja preċedenti,

l-użu tal-Internet għal ksib ta’ formoli minn websajts jew home pages tal-awtoritajiet pubbliċi, tul is-sena kalendarja preċedenti,

l-użu tal-Internet biex jintbagħtu formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi, tul is-sena kalendarja preċedenti,

l-użu tal-Internet biex ikunu ttrattati d-dikjarazzjonijiet tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (il-VAT) kompletament permezz tal-Internet mingħajr il-bżonn ta’ karti (inkluż ħlas elettroniku, jekk ikun hemm bżonn), tul is-sena kalendarja preċedenti,

l-użu tal-Internet biex ikunu ttrattati d-dikjarazzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet soċjali kompletament permezz tal-Internet mingħajr il-bżonn ta’ karti (inkluż ħlas elettroniku, jekk ikun hemm bżonn), tul is-sena kalendarja preċedenti,

l-użu tal-Internet għal aċċess ta’ dokumenti u speċifikazzjonijiet dwar offerti f’sistema elettronika ta’ awtorità pubblika għall-akkwist pubbliku, matul is-sena kalendarja preċedenti,

l-użu tal-Internet biex jiġu offruti prodotti jew servizzi f’sistemi elettroniċi ta’ awtorità pubblika nazzjonali għall-akkwist pubbliku (eTendering), tul is-sena kalendarja preċedenti,

l-użu tal-Internet biex jiġu offruti prodotti jew servizzi f’sistemi elettroniċi ta’ awtorità pubblika għall-akkwist pubbliku (eTendering) fi Stati Membri oħra tal-UE, tul is-sena kalendarja preċedenti.

L-aċċess għal teknoloġiji li jiffaċilitaw il-konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien u f’kull ħin u l-użu tagħhom (konnettività ubikwa).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

l-użu ta’ apparati li jistgħu jinġarru pprovduti mill-intrapriża lil persuni impjegati li jippermettu konnessjoni ċellulari mal-Internet għall-użu tan-negozju,

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jipprovdu apparat li jista’ jinġarr lil persuni impjegati li jippermetti konnessjoni ċellulari mal-Internet għall-użu tan-negozju:

persuni impjegati jew perċentwali mill-għadd totali tal-persuni impjegati li għandhom apparat li jista’ jinġarr li ngħatalhom mill-intrapriża, li jippermetti konnessjoni ċellulari mal-Internet għall-użu tan-negozju.

Proċessi tan-negozju elettroniku (e-business)

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

jintbagħtux fatturi elettroniċi adatti għall-ipproċessar awtomatiku,

jintbagħtux fatturi elettroniċi mhux adatti għall-ipproċessar awtomatiku,

jaslux fatturi elettroniċi adatti għall-ipproċessar awtomatiku,

l-użu ta’ pakkett ta’ softwer tal-ERP (l-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi) biex tinqasam l-informazzjoni bejn oqsma funzjonali differenti,

(fakultattiva) l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti – is-softwer tas-CRM) li jippermettilu li jaqbad, jaħżen u jagħmel għad-dispożizzjoni ta’ funzjonijiet oħrajn tan-negozju l-informazzjoni dwar il-klijenti tal-intrapriża,

(fakultattiva) l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti – is-softwer tas-CRM) li jippermetti l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-klijenti għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Kummerċ elettroniku (e-commerce)

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:

il-wasla ta’ ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ websajts (bejgħ bl-Internet), fis-sena kalendarja preċedenti,

il-wasla ta’ ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI (bejgħ tat-tip EDI), fis-sena kalendarja preċedenti,

l-ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ websajts jew messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti,

ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ minn fuq websajt (bejgħ bl-Internet) minħabba prodotti jew servizzi mhux adatti għall-bejgħ bl-Internet,

ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ bl-Internet minħabba problemi relatati mal-loġistika,

ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ bl-Internet minħabba problemi relatati mal-ħlasijiet,

ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu l-bejgħ bl-Internet minħabba problemi relatati mas-sigurtà tal-ICT jew mal-protezzjoni tad-dejta,

ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu bejgħ minn fuq websajts minħabba problemi relatati mal-qafas ġuridiku,

ostakli li jillimitaw jew jipprevjenu bejgħ minn fuq websajts minħabba spejjeż eċċessivament għoljin għall-introduzzjoni tal-bejgħ bl-Internet meta mqabbel mal-benefiċċji tiegħu.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ websajts:

il-valur jew il-perċentwali tal-fatturat totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li saru bil-websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

perċentwali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku lil konsumaturi privati (B2C) li jirriżulta minn ordnijiet li saru permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

il-perċentwali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku lil intrapriżi oħra (B2B) u bejgħ kummerċjali elettroniku lil awtoritajiet pubbliċi (B2G) li jirriżulta minn ordnijiet li saru permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiż l-intrapriża stess, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: mill-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti,

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal intrapriżi li rċevew ordnijiet ta’ prodotti jew servizzi permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI:

il-valur jew perċentwali tal-fatturat totali tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li waslu permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti.

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiż l-intrapriża stess, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti,

bejgħ elettroniku skont l-oriġini: mill-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ websajts jew messaġġi tat-tip EDI:

(fakultattiva) l-ordnijiet għal prodotti jew servizzi mibgħuta permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiva) l-ordnijiet għal prodotti jew servizzi mibgħuta permezz ta’ messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiva) ix-xiri bil-kummerċ elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet mibgħuta b’mod elettroniku fis-sena kalendarja preċedenti, jew fi klassijiet ta’ perċentwali ([0;< 1], [1;< 5], [5;< 10], [10;< 25], [25;< 50], [50;< 75], [75;100]), tax-xiri permezz tal-kummerċ elettroniku f’xiri totali, jew f’termini tal-valur tax-xiri permezz tal-kummerċ elettroniku jew f’termini tal-perċentwali tax-xiri bil-kummerċ elettroniku f’xiri totali,

(fakultattiva) xiri elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiż l-intrapriża stess, fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiva) xiri elettroniku skont l-oriġini: minn pajjiżi oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiva) xiri elettroniku skont l-oriġini: mill-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti.

(c)   Il-karatteristiċi li ġejjin dwar l-isfond tal-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

l-attività ekonomika prinċipali tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti,

l-għadd medju ta’ persuni impjegati, fis-sena kalendarja preċedenti,

il-fatturat totali (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti,

(fakultattiva) ix-xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti.

2.   Kopertura

Il-karatteristiċi speċifikati fl-intestaturi 1(b) sa (c) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati taħt l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, għad-daqsijiet ta’ intrapriżi li ġejjin u bl-ambitu ġeografiku li ġej.

(a)

Attività ekonomika: intrapriżi kklassifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2:

Kategorija NACE

Deskrizzjoni

Taqsima C

“Manifattura”

Taqsima D, E

“Elettriku, gass u fwar, provvista tal-ilma, immaniġġjar ta’ dranaġġ u ta’ skart”

Taqsima F

“Kostruzzjoni”

Taqsima G

“Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi”

Taqsima H

“Trasport u ħażna”

Taqsima I

“Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel”

Taqsima J

“Informazzjoni u komunikazzjoni”

Taqsima L

“Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli”

Diviżjonijiet 69-74

“Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi”

Taqsima N

“Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn”

Grupp 95.1

“Tiswija ta’ kompjuters u tagħmir għall-komunikazzjoni”

(fakultattiva)

Klassijiet 64.19, 64.92, 66.12 u 66.19

Gruppi 65.1 u 65.2

“Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni”

(b)

Daqs tal-intrapriża: intrapriżi b’10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b’inqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod fakultattiv.

(c)

Ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

3.   Perjodi ta’ referenza

Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2012 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2013 għall-karatteristiċi l-oħra.

4.   Tqassim

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness, għandhom jingħataw il-karatteristiċi ġenerali li ġejjin.

(a)

Tqassim tal-attività ekonomika: skont l-aggregati NACE Rev. 2 li ġejjin:

Aggregazzjoni NACE Rev. 2

għal kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali

10-18

19-23

24-25

26-33

35-39

41-43

45-47

49-53

55

58-63

(fakultattiva) 64.19 + 64.92 + 65.1 + 65.2 + 66.12 + 66.19

68

69-74

77-82

26.1-26.4, 26.8, 46.5, 58.2, 61, 62, 63.1, 95.1

Aggregazzjoni NACE Rev. 2

għal kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej

10-12

13-15

16-18

26

27-28

29-30

31-33

45

46

47

55-56

58-60

61

62-63

(fakultattiva) 64.19 + 64.92

(fakultattiva) 65.1 + 65.2

(fakultattiva) 66.12 + 66.19

77-78 + 80-82

79

95.1

(b)

Tqassim tad-daqs tal-klassi: id-dejta għandha tkun dettaljata skont il-klassifikazzjonijiet tad-daqs li ġejjin skont l-għadd ta’ persuni impjegati:

Klassifikazzjoni tad-daqs

10 persuni impjegati jew aktar

minn 10 sa 49 persuna impjegata

minn 50 sa 249 persuna impjegata

250 persuna impjegata jew aktar

Fejn kopert, it-tqassim li ġej għandu jiġi applikat għal intrapriżi li għandhom inqas minn 10 persuni impjegati. (Filwaqt li jiġu pprovduti l-karatteristiċi għal klassifikazzjonijiet tad-daqs “B’inqas minn 5 persuni impjegati” u “b’minn 5 għal 9 persuni impjegati” b’mod fakultattiv.)

Klassifikazzjoni tad-daqs

Inqas minn 10 persuni impjegati

Inqas minn 5 persuni impjegati (fakultattiva)

minn 5 sa 9 persuni impjegati (fakultattiva)

5.   Perjodiċità

Id-dejta għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2013.

6.   Skadenzi

(a)

Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, trid tingħadda lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2013. Sa dakinhar, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

(b)

Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tingħadda lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2013 filwaqt li jintuża l-mudell tar-rapport ipprovdut mill-Eurostat.

(c)

Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 irid jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2013.


ANNESS II

MODULU 2:   INDIVIDWI, FAMILJI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

1.   Suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom

(a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2013, magħżula mil-lista fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:

l-aċċess għal u l-użu tal-ICT minn individwi u/jew familji,

l-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra għal finijiet differenti minn individwi u/jew familji,

kompetenzi u ħiliet fl-ICT,

ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet,

l-użu tal-ICT minn individwi sabiex jiskambjaw informazzjoni u servizzi lill-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern),

l-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa).

(b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:

Aċċess u użu tal-ICT minn individwi u/jew minn familji

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-familji kollha:

aċċess għal kompjuter mid-dar,

aċċess għall-Internet mid-dar (permezz ta’ kwalunkwe apparat).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-familji li għandhom aċċess għall-Internet:

tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: DSL (eż. ADSL, SHDSL, VDSL),

tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: wajer fiss (eż. kejbil, fibra ottika, Ethernet, PLC),

tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: wireless fiss (eż. satellita, WiFi pubbliku),

tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: konnessjoni ma’ netwerk ta’ telefown ċellulari (tal-inqas 3G, eż. UMTS) permezz ta’ handset,

tip ta’ konnessjoni broadband użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: konnessjoni ma’ netwerk ta’ telefown ċellulari (tal-inqas 3G, eż. UMTS) permezz ta’ kard jew USB (eż. b’SIM card integrata),

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet bil-linja normali tat-telefown billi jċempel jew permezz ta’ ISDN,

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar: konnessjoni narrowband ċellulari (inqas minn 3G, eż. 2G+/GPRS, użat minn telefown ċellulari jew modem f’laptop).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

l-użu l-aktar reċenti tal-kompjuter fid-dar, fix-xogħol jew f’post ieħor (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża kompjuter).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur:

frekwenza medja ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); inqas minn darba fil-ġimgħa),

L-użu tal-Internet għal finijiet differenti minn individwi u/jew minn familji

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

l-aktar użu reċenti tal-Internet (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża l-Internet).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li diġà jkunu użaw l-Internet:

l-aktar attività ta’ kummerċ bl-Internet reċenti għal użu privat (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma sar xiri jew ordni)

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:

frekwenza medja ta’ użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); inqas minn darba fil-ġimgħa),

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar,

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar),

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim,

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor,

fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: x’imkien ieħor,

(fakultattiva) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: librerija pubblika,

(fakultattiva) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju tal-posta,

(fakultattiva) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju pubbliku, muniċipju jew aġenzija tal-gvern,

(fakultattiva) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: għaqda volontarja jew tal-komunità,

(fakultattiva) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: Internet kafè,

(fakultattiva) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: hotspot (f’lukandi, ajruporti, postijiet pubbliċi, eċċ.),

(fakultattiva) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: oħrajn,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat jew jirċievi posta elettronika,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-parteċipazzjoni f’netwerks soċjali (ħolqien ta’ profil tal-utent, impustar ta’ messaġġi jew xi kontribuzzjoni oħra eż. fuq Facebook, Twitter),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar is-saħħa (eż. dwar korriment, mard, nutriment, titjib tas-saħħa),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar offerti edukattivi, ta’ taħriġ jew ta’ korsijiet,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed isib tagħrif dwar oġġetti u servizzi,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel softwer (ħlief softwer tal-logħob),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta’ impustar ta’ opinjonijiet dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi permezz ta’ websajts (eż. bloggijiet, netwerks soċjali),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jieħu sehem f’konsultazzjonijiet jew votazzjonijiet onlajn biex jiġu definiti kwistjonijiet ċiviċi u politiċi (eż. l-ippjanar urban, l-iffirmar ta’ xi petizzjoni),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jagħmel kors onlajn (fi kwalunkwe suġġett),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jiġu kkonsultati wikis (għall-ksib ta’ għarfien dwar kwalunkwe suġġett (eż. il-Wikipedia, enċiklopedija onlajn),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex impjieg jew jibgħat applikazzjoni għal impjieg,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għall-parteċipazzjoni f’netwerks professjonali (ħolqien ta’ profil tal-utent, impustar ta’ messaġġi jew xi kontribuzzjonijiet oħra eż. fuq LinkedIn, Xing),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta mal-ivvjaġġar u akkomodazzjoni konnessa mal-ivvjaġġar,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi, eż. permezz ta’ rkantijiet (eż. eBay),

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal telefonati minn fuq l-Internet, vidjotelefonati (permezz ta’ webcam) minn fuq l-Internet,

Użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża servizzi bankarji fuq l-Internet.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jaqraw siti onlajn tal-aħbarijiet, tal-gazzetti u tar-rivisti tal-aħbarijiet:

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti jew rivisti tal-aħbarijiet onlajn li wieħed ikun abbonat għalihom biex jirċivihom regolarment (inklużi RSS).

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet kummerċjali bl-Internet għal użu privat f’dawn l-aħħar 12-il xahar:

użu tal-Internet biex wieħed jordna ikel jew merċa fl-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet biex wieħed jordna prodotti għall-familja fl-aħħar 12-il xahar (eż. għamara, ġugarelli),

użu tal-Internet biex wieħed jordna mediċina fl-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet biex wieħed jordna films jew mużika fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rraportat separatament: jekk hux ikkunsinjati onlajn),

użu tal-Internet biex wieħed jordna kotba, rivisti jew gazzetti (inklużi kotba elettroniċi) fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrapportat separatament mal-materjal ta’ tagħlim elettroniku: jekk hux ikkunsinjati onlajn),

użu tal-Internet biex wieħed jordna materjal ta’ tagħlim elettroniku fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrapportat separatament mal-kotba, rivisti jew gazzetti: jekk hux ikkunsinjati onlajn),

użu tal-Internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew prodotti sportivi fl-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet biex wieħed jordna softwer tal-logħob tal-kompjuter u aġġornamenti f’dawn l-aħħar 12-il xahar (għandu jiġi rrapportat separatament ma’ softwer għal kompjuter u aġġornamenti oħrajn: jekk hux ikkunsinjati onlajn),

użu tal-Internet biex wieħed jordna softwer tal-kompjuter u aġġornamenti f’dawn l-aħħar 12-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament ma’ softwer tal-logħob tal-kompjuter u aġġornamenti: jekk hux ikkunsinjati onlajn),

użu tal-Internet biex wieħed jordna ħardwer tal-kompjuter fl-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) fl-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet biex jiġu ordnati servizzi ta’ telekomunikazzjoni (eż. TV, abbonamenti għall-broadband, għal telefown b’linja fissa jew ċellulari, tqegħid ta’ flus f’kards telefoniċi mħallsa minn qabel) f’dawn l-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet għax-xiri ta’ ishma, poloz tal-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji oħra fl-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet għar-reżervazzjoni għal akkomodazzjoni waqt btala (lukandi, eċċ.) fl-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet biex wieħed jagħmel arranġamenti oħra ta’ vvjaġġar (biljetti għat-trasport, kiri ta’ karozza, eċċ.),

użu tal-Internet biex wieħed jordna biljetti għal avvenimenti fl-aħħar 12-il xahar,

użu tal-Internet biex wieħed jordna prodotti jew servizzi oħrajn fl-aħħar 12-il xahar,

prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar minn bejjiegħa nazzjonali,

prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar minn bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn tal-UE,

prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar minn bejjiegħa mill-bqija tad-dinja,

prodotti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar 12-il xahar meta l-pajjiż tal-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf.

Kompetenzi u ħiliet fl-ICT

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter u li jkunu impjegati jew jaħdmu għal rashom (inklużi ħaddiema tal-familja) jew qiegħda:

awtovalutazzjoni ta’ kemm il-ħiliet attwali tal-użu tal-kompjuter minn individwu huma suffiċjenti jekk ikollu jibda impjieg ġdid fis-suq tax-xogħol jew jibdel l-impjieg fi żmien sena (iva; le; mhux applikabbli)

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw l-Internet:

ħiliet tal-Internet fl-użu ta’ magni ta’ tiftix biex jinstab it-tagħrif,

ħiliet fl-Internet biex wieħed jibgħat posta elettronika b’fajls mehmuża (eż. dokumenti, stampi),

ħiliet fl-Internet fl-impustar ta’ messaġġi lil chatrooms, gruppi ta’ diskussjoni jew forums ta’ diskussjoni onlajn (eż. f’websajts għan-netwerking soċjali),

ħiliet fl-Internet biex wieħed juża l-Internet biex jagħmel telefonati,

ħiliet fl-Internet għall-użu ta’ tqassim ta’ fajls peer-to-peer għall-iskambju ta’ films, mużika, eċċ.,

ħiliet fl-Internet għall-ħolqien ta’ paġna fuq l-Internet,

ħiliet fl-Internet biex jittellgħu fuq websajts testi, logħob, immaġni, films jew mużika (eż. f’websajts għan-netwerking soċjali),

ħiliet fl-Internet għall-immodifikar tas-settings tas-sigurtà tal-brawżers tal-Internet.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal individwi li għandhom ħila jew ħiliet fl-Internet:

(fakultattiva) awtovalutazzjoni dwar jekk il-ħiliet attwali tal-individwu fl-użu tal-Internet humiex suffiċjenti biex jikkomunika ma’ qrabatu, ħbiebu jew il-kollegi tiegħu permezz tal-Internet (iva; le; mhux applikabbli),

(fakultattiva) awtovalutazzjoni dwar jekk il-ħiliet attwali tal-individwu fl-użu tal-Internet humiex suffiċjenti biex jipproteġi d-dejta personali (iva; le; mhux applikabbli),

(fakultattiva) awtovalutazzjoni dwar jekk il-ħiliet attwali tal-individwu fl-użu tal-Internet humiex suffiċjenti biex jipproteġi l-kompjuter privat minn virus jew infezzjonijiet elettroniċi oħrajn (iva; le; mhux applikabbli).

Ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet

Karatteristiċi li jridu jinġabru għal familji mingħajr aċċess għall-Internet mid-dar:

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet minn xi mkien ieħor,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: ma għandhomx bżonn l-Internet (minħabba li mhux utli, mhux interessanti, eċċ.),

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż tat-tagħmir huma għoljin wisq,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (telefown, abbonament tad-DSL, eċċ.),

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: nuqqas ta’ ħiliet,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: tħassib dwar sigurtà jew privatezza,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: ma hemmx disponibbli Internet bil-broadband fiż-żona tar-rispondent,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: oħrajn.

Użu tal-ICT minn individwi sabiex jiskambjaw informazzjoni u servizzi mal-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (e-gvern)

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar 12-il xahar:

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar 12-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar 12-il xahar għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi,

użu tal-Internet f’dawn l-aħħar 12-il xahar għal finijiet privati biex jintbagħtu formoli mimlija lil awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi,

sar kuntatt ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar: bit-telefown (ħlief b’SMS),

sar kuntatt ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar: b’posta elettronika,

sar kuntatt ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar: bi preżenza fiżika, bi żjarat,

sar kuntatt ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar: b’mezzi oħrajn (eż. posta, SMS, faks),

ma sar l-ebda kuntatt ma’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar għax ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiġu kkuntattjati.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li użaw l-Internet fl-aħħar 12-il xahar għal finijiet privati għall-ksib ta’ informazzjoni minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi, għat-tniżżil ta’ formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi, jew biex jintbagħtu formoli mimlija lil awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi:

użu ta’ websajts tal-awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar għad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul,

użu ta’ websajts tal-awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar biex jintalbu benefiċċji tas-sigurtà soċjali (eż. benefiċċji tal-qgħad, benefiċċji tal-irtirar, benefiċċji tat-tfal),

użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar biex jintalbu dokumenti personali (passaport, karta tal-identità jew liċenzja tas-sewqan) jew ċertifikati (twelid, żwieġ, mewt),

użu ta’ websajts tal-awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar għal-libreriji pubbliċi (disponibilità ta’ katalgi, għodod ta’ tiftix),

użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar biex wieħed jinkiteb f’istitut ta’ edukazzjoni għolja jew università,

użu ta’ websajts tal-awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12x-il xahar biex tiġi nnotifikata bidla ta’ indirizz,

problema esperjenzata fl-użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar: problema teknika ta’ websajt,

problema esperjenzata fl-użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar: tagħrif insuffiċjenti, mhux ċar jew skadut,

problema esperjenzata fl-użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar: kien hemm bżonn ta’ appoġġ imma ma nstabx (onlajn jew le),

problema esperjenzata fl-użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi għal finijiet privati fl-aħħar 12-il xahar: oħrajn,

sodisfazzjon jew nuqqas ta’ sodisfazzjon bl-aspett li ġej fl-użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar: faċilità li biha ssib l-informazzjoni (ġeneralment sodisfatt; ġeneralment mhux sodisfatt; mhux applikabbli),

sodisfazzjon jew nuqqas ta’ sodisfazzjon bl-aspett li ġej fl-użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar: utilità li biha ssib l-informazzjoni (ġeneralment sodisfatt; ġeneralment mhux sodisfatt; mhux applikabbli),

sodisfazzjon jew nuqqas ta’ sodisfazzjon bl-aspett li ġej fl-użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar: tagħrif ipprovdut dwar il-progress jew is-segwitu ta’ talba (ġeneralment sodisfatt; ġeneralment mhux sodisfatt; mhux applikabbli),

sodisfazzjon jew nuqqas ta’ sodisfazzjon bl-aspett li ġej fl-użu ta’ websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi jew servizzi pubbliċi fl-aħħar 12-il xahar: faċilità li biha tuża s-servizzi fuq il-websajt (ġeneralment sodisfatt; ġeneralment mhux sodisfatt; mhux applikabbli),

Karatteristiċi li għandhom jinġabru dwar individwi li ma bagħtux formoli mimlija lil websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati f’dawn l-aħħar 12-il xahar:

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin lil websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi: ma kellhomx għalfejn jibagħtu formola uffiċjali.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għal individwi li ma bagħtux formoli mimlija lil websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati f’dawn l-aħħar 12-il xhar u li ma tawx bħala raġuni għal dan li ma kellhomx jibagħtu formoli uffiċjali:

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: ma kien hemm l-ebda servizz ta’ websajt ta’ dan it-tip disponibbli,

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: Nuqqsa ta’ kuntatt personali, preferenza għal żjarat,

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: ma jkollokx tweġiba immedjata,

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: fiduċja ikbar f’li jintbagħtu bil-karti,

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: in-nuqqas ta’ ħiliet jew għarfien (eż. l-utent ma kienx jaf kif juża l-websajt jew l-użu tagħha kien ikkumplikat wisq),

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: it-tħassib dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali,

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: użu mis-servizzi rilevanti se jkun jeħtieġ żjarat personali jew li jintbagħtu karti xorta waħda,

(fakultattiva) raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: nuqqas ta’ firem elettroniċi jew ID/ċertifikati elettroniċi jew problemi bihom (meħtieġa għall-awtentifikazzjoni/użu tas-servizz),

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: ħadli ħsieb ħaddieħor (eż. konsulent, konsulent fiskali, qraba jew membri tal-familja),

raġuni għaliex ma ntbagħtux formoli mimlijin: oħrajn.

L-aċċess għal u l-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:

użu ta’ apparat ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol: telefown ċellulari (jew telefown intelliġenti),

użu ta’ apparat ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol: telefown ċellulari (jew telefown intelliġenti) permezz ta’ netwerk tat-telefown ċellulari,

użu ta’ apparat ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol: telefown ċellulari (jew telefown intelliġenti) permezz ta’ netwerk bla fili (eż. WiFi),

użu ta’ apparat ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol: kompjuter li jista’ jinġarr (eż. laptop, tablet),

użu ta’ apparat ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol: kompjuter li jista’ jinġarr (eż. laptop, tablet) permezz ta’ netwerk tat-telefown ċellulari, bl-użu ta’ USB jew (SIM) card jew telefown ċellulari bħala modem,

użu ta’ apparat ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol: kompjuter li jista’ jinġarr (eż. laptop, tablet) permezz ta’ netwerk bla fili (eż. WiFi),

użu ta’ apparat ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet mid-dar jew mix-xogħol: apparati oħra,

l-ebda użu ta’ apparati ċellulari biex jinkiseb aċċess għall-Internet lil hinn mid-dar jew mix-xogħol.

2.   Kopertura

(a)

L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw lill-familji huma familji b’tal-inqas membru wieħed fil-grupp b’età minn 16 sa 74 sena.

(b)

L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness jikkonċernaw individwi li huma individwi b’età minn 16 sa 74 sena.

(c)

L-ambitu ġeografiku jrid ikopri familji u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

3.   Perjodu ta’ referenza

Il-perjodu ewlieni ta’ referenza għall-ġbir tal-istatistika huwa l-ewwel kwart tal-2013.

4.   Karatteristiċi tal-isfond soċjoekonomiku

(a)

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mal-familji, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

reġjun ta’ residenza (skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1),

(fakultattiva) reġjun ta’ residenza skont il-klassifikazzjoni NUTS2,

lok ġeografiku: għajxien f’reġjuni ta’ konverġenza (inklużi reġjuni fi stadju ta’ tneħħija gradwali); għajxien f’reġjuni ta’ kompetittività u ta’ impjiegi reġjonali,

grad ta’ urbanizzazzjoni: għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa,

tip ta’ familja: għadd ta’ membri fil-familja; (fakultattiva) għadd ta’ persuni b’età ta’ minn 16 sa 24 sena; (fakultattiva) numru ta’ studenti b’età ta’ minn 16 sa 24 sena; (fakultattiva) numru ta’ persuni b’età ta’ minn 25 sa 64 sena; (fakultattiva) għadd ta’ persuni b’età ta’ iktar minn 64 sena (iridu jinġabru separatament: għadd ta’ tfal b’età ta’ taħt is-16-il sena, (fakultattiva) għadd ta’ tfal b’età minn 14 sa 15-il sena, (fakultattiva) għadd ta’ tfal bl-età ta’ minn 5 sa 13-il sena, (fakultattiva) għadd ta’ tfal b’età ta’ 4 snin jew inqas,

(fakultattiva) dħul nett fix-xahar tal-familja (jinġabar bħala valur jew bħala faxex kompatibbli mad-dħul kwartili).

(fakultattiva) dħul nett totali fix-xahar għal familja ekwivalizzat fi kwintili.

(b)

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mal-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

sess: maskili; femminili,

pajjiż tat-twelid: nattiv tal-post; imwieled barra: imwieled fi Stat Membru ieħor tal-UE; imwieled barra: imwieled f’pajjiż mhux fl-UE,

pajjiż taċ-ċittadinanza: ċittadin; mhux ċittadin: ċittadin ta’ xi Stat Membru ieħor tal-UE; mhux ċittadin: ċittadin ta’ pajjiż mhux fl-UE,

(fakultattiva) stat ta’ żwieġ legali: mhux miżżewweġ (jiġifieri qatt ma żżewweġ); miżżewweġ (inkluża l-konvivenza reġistrata); armel u mhux miżżewweġ mill-ġdid (inkluż armel minn konvivenza reġistrata); iddivorzjat u mhux miżżewweġ mill-ġdid (inklużi l-konvivenzi reġistrati dissolti u s-separazzjonijiet legali),

(fakultattiva) stat ta’ żwieġ de facto: persuna li tgħix f’unjoni konsenswali (is-sħab mhumiex miżżewġin lil xulxin); persuna li ma tgħixx f’unjoni konsenswali,

età, fi snin magħluqa; (fakultattiva) taħt is-16-il sena jew aktar minn 74 sena,

l-ogħla livell ta’ edukazzjoni mitmum skont il-Klassifikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED 97): baxx (ISCED 0, 1 jew 2); medju (ISCED 3 jew 4); għoli (ISCED 5 jew 6); l-ebda edukazzjoni formali (ISCED 0); edukazzjoni primarja (ISCED 1); edukazzjoni sekondarja bikrija (ISCED 2); edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3); edukazzjoni postsekondarja iżda mhux terzjarja (ISCED 4); edukazzjoni terzjarja fl-ewwel stadju (ISCED 5); edukazzjoni terzjarja fit-tieni stadju (ISCED 6),

sitwazzjoni tal-impjieg: impjegat jew jaħdem għal rasu (inklużi ħaddiema tal-familja) (fakultattiva: impjegat fultajm jew impjegat għal rasu fultajm; impjegat partajm jew impjegat għal rasu partajm; impjegat; impjegat b’impjieg permanenti jew b’impjieg b’dewmien bla limitu, impjegat b’impjieg temporanju jew b’kuntratt b’dewmien limitat; impjegat għal rasu, inklużi ħaddiema tal-familja)),

(fakultattiva) settur ekonomiku ta’ impjieg:

It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2

Deskrizzjoni

A

L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd

B, C, D u E

Il-manifattura, ix-xogħol fil-minjieri u fil-barrieri, u industrija oħra

F

Il-kostruzzjoni

G, H u I

In-negozju bl-ingrossa u bl-imnut, trasport, akkomodazzjoni u attivitajiet tas-servizz marbuta mal-ikel

J

Informazzjoni u komunikazzjoni

K

L-attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

L

Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli

M u N

Is-servizzi tan-negozju

O, P, u Q

Attivitajiet relatati mal-amministrazzjoni pubblika, mad-difiża, mal-edukazzjoni, mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

R, S, T u U

Servizzi oħra

sitwazzjoni tal-impjieg: qiegħed; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol (fakultattiva għal oħrajn mhux fil-forza tax-xogħol: irtirati jew b’irtirar kmieni jew telqu n-negozju; diżabbli b’mod permanenti; f’servizz komunitarju jew militari obbligatorju; xogħol tad-dar; persuna inattiva oħra),

impjieg skont il-Klassifika tal-Istandards tal-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-08): ħaddiema li jagħmlu xogħol manwali; ħaddiema li ma jagħmlux xogħol manwali; ħaddiema tal-ICT, ħaddiema mhux tal-ICT; (fakultattiva) l-okkupazzjonijiet kollha skont l-ISCO-08 ikkodifikat fil-livell ta’ 2 ċifri.

5.   Perjodiċità

Id-dejta għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2013.

6.   Skadenzi għat-trażmissjoni tar-riżultati

(a)

Id-dokumentazzjoni tad-dejta individwali, li ma tippermettix identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi kkonċernati, kif imsemmija fl-Artikolu 6 u l-Anness II (punt 6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 jridu jiġu trażmessi lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2013. Sa dakinhar, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata. Il-format ta’ trażmissjoni li jkun jista’ jinqara permezz tal-kompjuter għad-dokumentazzjoni tad-dejta individwali jrid isegwi l-mudell ipprovdut mill-Eurostat.

(b)

Ġabra magħżula ta’ dejta aggregata meqjusa li hi meħtieġa għall-finijiet ta’ vvalidar u pubblikazzjoni rapida, li fejn meħtieġ tiġi mmarkata fir-rigward tal-kunfidenzjalità jew in-nuqqas ta’ affidabbiltà, trid tingħadda lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2013. Sa dakinhar, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ivvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter irid isegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

(c)

Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 trid tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2013. Il-metadejta trid tkun skont il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.

(d)

Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 jrid jintbagħat lill-Eurostat xahar wara li tingħadda l-aħħar ġabra ta’ dejta, sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Novembru 2013. Ir-rapport tal-kwalità jrid ikun skont il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.


Top