This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1057
Commission Regulation (EU) No 1057/2012 of 12 November 2012 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of dimethyl polysiloxane (E 900) as an anti-foaming agent in food supplements Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1057/2012 tat- 12 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-dimetilpolisilossan (E 900) bħala aġent għal kontra r-ragħwa fis-supplimenti tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1057/2012 tat- 12 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-dimetilpolisilossan (E 900) bħala aġent għal kontra r-ragħwa fis-supplimenti tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 313, 13.11.2012, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1333 | Żieda | anness II P.E.17.1 Test | 03/12/2012 |
13.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1057/2012
tat-12 ta’ Novembru 2012
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-dimetilpolisilossan (E 900) bħala aġent għal kontra r-ragħwa fis-supplimenti tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 30(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Dik il-lista tista’ tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(4) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tad-dimetilpolisilossan (E 900) bħala aġent għal kontra r-ragħwa fis-supplimenti tal-ikel u din saret disponibbli għall-Istati Membri. |
(5) |
Supplimenti tal-ikel fil-forma ta’ pilloli effervexxenti ġeneralment ikun fihom aċidi (bħal aċidu ċitriku) u mluħa idrokarbonati jew karbonati. Il-pilloli jitqegħdu fl-ilma u jiġi prodott gass tad-diossidu tal-karbonju waqt il-proċess li bih jinħallu. Dan il-gass normalment jiġġenera ragħwa li titla’ ‘l fuq u tfawwar it-tazza. Ir-rawgħa li titla’ ‘l fuq għaldaqstant jeħtieġ li tiġi parzjalment jew kompletament imrażżna biż-żieda ta’ aġent kontra r-ragħwa fil-pillola effervexxenti. Id-dimetilpolisilossan (E 900) jista’ jintuża bħala alternattiva aktar effiċjenti mill-polisorbati u l-esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin attwalment awtorizzati. |
(6) |
Ir-Rapport mill-Kummissjoni dwar il-Konsum fid-Dieta ta’ Addittivi fl-Ikel fl-Unjoni Ewropea (3) kkonkluda li d-Dimetilpolisilossan (E 900) ma jeħtieġx li jiġi eżaminat aktar, billi l-konsum teoretiku bbażat fuq suppożizzjonijiet konservattivi dwar l-inġestjoni tal-ikel u l-użu tal-addittiv ma kienx jaqbeż id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (“DAK”). Il-valur DAK ta’ 1,5 mg/kg bw ġie stabbilit fit-18 ta’ Mejju 1990 mill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel (4). Il-konsum addizzjonali bbażat fuq l-użu l-ġdid bħala aġent għal kontra r-ragħwa fis-supplimenti tal-ikel fil-forma ta’ pilloli effervexxenti huwa stmat li jkun taħt l-10 % tad-DAK. Huwa għalhekk xieraq li jkun permess l-użu tad-Dimetilpolisilossan (E 900) fis-supplimenti tal-ikel fil-forma ta’ pilloli effervexxenti. |
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni x’aktarx ma jħallix effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni għall-użu tad-Dimetilpolisilossan (E 900) fis-supplimenti tal-ikel fil-forma ta’ pilloli effervexxenti tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista u li mhux suxxettibli li jkollha effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel. |
(8) |
Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 (5) il-lista tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tapplika fil-prinċipju mill-1 ta’ Ġunju 2013. Biex jiġi permess l-użu tad-Dimetilpolisilossan (E 900) fis-supplimenti tal-ikel qabel dik id-data, jeħtieġ li tiġi speċifikata data aktar kmieni ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ dan l-użu ta’ dak l-addittiv tal-ikel. |
(9) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) COM(2001) 542 finali.
(4) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_32.pdf
(5) ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiddaħħal dan li ġej fil-kategorija tal-ikel 17.1 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f’forom li jistgħu jintmagħdu” wara l-annotazzjoni għal E 551-559:
|
“E 900 |
Dimetilpolisilossan |
10 |
|
supplimenti tal-ikel f’forma ta’ pillola effervexxenti biss |
Perjodu ta’ applikazzjoni: Mit-3 ta’ Diċembru 2012 |
||
|
|
|