Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0709

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012 tat- 2 ta' Awwissu 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    ĠU L 208, 3.8.2012, p. 2–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/08/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/709/oj

    3.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 208/2


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 709/2012

    tat-2 ta' Awwissu 2012

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1) u (2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (2)

    Il-Kunsill jikkunsidra li ċerti persuni għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 u li għandhom jiġu emendati l-entrati li jikkonċernaw ċerti entitajiet.

    (3)

    B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilita f'konformità mar-Riżoluzzjoni KSNU 1737 (2006), żewġ persuni u entità għandhom jitneħħew mil-lista kif tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 u inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness VIII għal dak ir-Regolament.

    (4)

    Il-listi li jinsabu fl-Annessi VIII u IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

    (5)

    Sabiex ikun assigurat illi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    Artikolu 2

    Fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet imsemmija fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 u miżjuda fil-lista stabbilita fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 kif emendata bl-entrati li jinsabu stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


    ANNESS I

    Persuni imsemmija fl-Artikolu 1

    1.

    Dr Ahmad AZIZI

    2.

    Dr Ali DIVANDARI

    3.

    Dr Abdolnaser HEMMATI

    4.

    Mohammad Reza MESKARIAN

    5.

    Sayeed ZAVVAR


    ANNESS II

    Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    1.

    Mobin Sanjesh

    Entry 3, No 11, 12th Street, Miremad Alley, Abbas Abad, Tehran.

    Involut fix-xiri ta' tagħmir u ta' materjali li għandhom applikazzjonijiet diretti fil-programm nukleari Iranjan.

    1.12.2011

    2.

    Bank Melli Iran ZAO (magħruf ukoll bħala Mir Business Bank)

    Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moscow, 130064, Russia Indirizz alternattiv: Mashkova st. 9/1 Moscow 105062 Russia

    Proprjetà tal-Bank Melli.

    23.6.2008

    3.

    Melli Bank plc

    London Wall, 11th floor, London EC2Y 5EA, United Kingdom

    Proprjetà tal-Bank Melli.

    23.6.2008

    4.

    Neka Novin (magħruf ukoll bħala Niksa Nirou)

    Unit 7, No 12, 13th Street, Mir-Emad St, Motahary Avenue, Tehran, 15875- 6653

    Involut fl-akkwist ta' tagħmir speċjalizzat u materjali li għandhom applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan.

    23.5.2011

    5.

    Bank Tejarat

    Indirizz postali: Taleghani Br. 130, Taleghani Ave. Kaxxa Postali: 11365 - 5416, Tehran

    Tel.: 88826690

    Tlx.: 226641 TJTA IR.

    Fax: 88893641

    Website: http://www.tejaratbank.ir

    Il-Bank Tejarat huwa parzjalment proprjetà tal-Istat. Huwa ffaċilita b'mod dirett l-isforzi nukleari tal-Iran. Fl-2011, pereżempju, il-Bank Tejarat iffaċilita l-mobilizzazzjoni ta' għexieren ta' miljuni ta' dollari fi sforz biex jiġi assistit l-isforz kontinwu tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li hija indikata min-NU, biex jinkiseb uranju tat-tip yellowcake. L-AEOI hija l-organizzazzjoni Iranjana ewlenija għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari, u tamministra il-programmi ta' produzzjoni ta' materjal fissili. Fil-passat, il-Bank Tejarat assista wkoll banek Iranjani indikati biex jevitaw sanzjonijiet internazzjonali, pereżempju billi pparteċipa f'kummerċ li jinvolvi l-kumpanniji ta' kopertura tas-Shahid Hemmat Industrial Group, indikati min-NU.

    23.1.2012

    6.

    Shahid Beheshti University

    Daneshju Blvd., Yaman St., Chamran Blvd., P.O. Box 19839-63113, Tehran, Iran

    Proprjetà ta' jew ikkontrollata mill-Ministry of Defence and Armed Forces Logistics (MODAFL). Twettaq riċerka xjentifika fir-rigward tal-iżvilupp ta' armamenti nukleari.

    23.5.2011


    ANNESS III

    Persuni u entità msemmija fl-Artikolu 3

    Persuni

    1.

    Azim Aghajani (spelluta wkoll: Adhajani). Funzjoni: Membru tal-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

    Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Iran.

    Aktar informazzjoni: Nazzjonalità: Iran. Numru tal-Passaport: 6620505, 9003213

    Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta' April 2012

    2.

    Ali Akbar Tabatabaei (psewdonomu: Sayed Akbar Tahmaesebi). Funzjoni: Membru tal-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

    Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Iran.

    Aktar informazzjoni: Nazzjonalità: Iran. Data tat-twelid: 1967

    Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta' April 2012

    Entità

    1.

    Behineh Trading Co.

    Informazzjoni oħra: Kumpannija Iranjana li kellha rwol ewlieni fit-trasferiment illegali ta' armi għall-Punent tal-Afrika u aġixxiet f'isem l-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007), bħala dik li tibgħat il-konsenja tal-armamenti.

    Aktar informazzjoni: Lokazzjoni: Tavakoli Building, Opposite of 15th Alley, Emam-Jomeh Street, Tehran, Iran. Telefon: +98 9195382305. Website: htt://www.behinehco.ir

    Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta' April 2012


    Top