Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0619

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2012 tal- 10 ta’ Lulju 2012 li jemenda għall-173 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

    ĠU L 179, 11.7.2012, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/619/oj

    11.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 179/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 619/2012

    tal-10 ta’ Lulju 2012

    li jemenda għall-173 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-2 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda u entità waħda mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talbiet għat-tħassir minn fuq il-lista mressqa minn din il-persuna u din l-entità u r-Rapporti Komprensivi tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (3)

    Għaldaqstant, l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha titħassar:

    "(ukoll taħt il-psewdonimi (a) (b) MIRA, (c) Al Islah (Rform), (d) MRA, (e) Al-Harakat al-Islamiyah lil-Islah, (f) (g), (h) ). Indirizz: (a) BM Box: MIRA, London WC1N 3XX, United Kingdom, (b) Safiee Suite, EBC House, Townsend Lane, London NW9 8LL, United Kingdom. Tagħrif ieħor: (a) indirizz tal-email: info@islah.org u info@islah.tv, (b) websajt http://www.islah.info, (c) tel. 020 8452 0303, (d) faks 020 8452 0808, (e) in-numru tal-Kumpanija fir-Renju Unit 03834450. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.7.2005.’

    (2)

    L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi" għandha titħassar:

    "Saad Rashed Mohammad Al-Faqih (ukoll taħt il-psewdonimi (a) Abu Uthman Sa'd Al-Faqih, (b) Sa'ad Al-Faqih, (c) Saad Alfagih, (d) Sa'd Al-Faqi, (e) Saad Al-Faqih, (f) Saad Al Faqih, (g) Saad Al-Fagih, (h) Saad Al-Fakih, (i) Sa'd Rashid Muhammed Al-Fageeh). Titlu: Dott. Indirizz: London, United Kingdom. Data tat-twelid: (a) 1.2.1957, (b) 31.1.1957. Post tat-twelid: Al-Zubair, l-Iraq. Nazzjonalità: Sawdija. Tagħrif ieħor: Kap tal-. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.12.2004.’


    Top