This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0593
Commission Regulation (EU) No 593/2012 of 5 July 2012 amending Regulation (EC) No 2042/2003 on the continuing airworthiness of aircraft and aeronautical products, parts and appliances, and on the approval of organisations and personnel involved in these tasks Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012 tal- 5 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012 tal- 5 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 176, 6.7.2012, p. 38–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/01/2015; Imħassar b' 32014R1321
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R2042 | Emenda | anness II P. 145 | 26/07/2012 | |
Modifies | 32003R2042 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt K) | 26/07/2012 | |
Modifies | 32003R2042 | Emenda | anness I P. M | 26/07/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32014R1321 |
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 593/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru [ajrunavigabbli] u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (2), waqt li jżomm livell għoli uniformi tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ewropa, ġie emendat sabiex inġenji tal-ajru mhux komplessi li jaħdmu b'mutur, inġenji tal-ajru rikreattivi, u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, jiġu suġġetti għall-miżuri proporzjonali għad-disinn sempliċi u t-tip ta' operazzjoni tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li tintuża fl-ajru [l-ajrunavigabbiltà kontinwa] ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (3) għandu jiġi emendat biex jibqa’ konsistenti mat-tibdil introdott fir-Regolament (KE) Nru 1702/2003, b’mod partikulari fir-rigward tad-definizzjoni l-ġdida tal-inġenji tal-ajru ELA1 u l-possibbiltà li jiġu aċċettati ċerti partijiet mhux kritiċi f’dak li għandu x’jaqsam mas-sikurezza għal installazzjoni mingħajr il-Formula 1 tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (European Aviation Safety Agency — EASA). |
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) ippreparat abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom lill-Kummissjoni bħala l-opinjoni Nru 01/2011 tagħha dwar il-“Proċess ELA u t-tibdil u t-tiswija Standard”. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt (k) jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-Anness I (il-Parti-M) u l-Anness II (il-Parti-145) jiġu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.
(3) ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.
ANNESS
1) |
L-Anness I (il-Parti-M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:
|
2) |
L-Anness II (il-Parti-145) għar-Regolament (KE) Nru 2402/2003 huwa emendat kif ġej:
|