This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0375
Commission Implementing Regulation (EU) No 375/2012 of 2 May 2012 amending Regulation (EC) No 885/2006 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1290/2005 as regards the accreditation of paying agencies and other bodies and the clearance of the accounts of the EAGF and EAFRD
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 375/2012 tat- 2 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 885/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 375/2012 tat- 2 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 885/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
ĠU L 118, 3.5.2012, pp. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 03/09/2014; Imħassar b' 32014R0907
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32006R0885 | Żieda | artikolu 9.5 | 10/05/2012 | |
| Modifies | 32006R0885 | Żieda | artikolu 11.3 L4 | 10/05/2012 | |
| Modifies | 32006R0885 | Sostituzzjoni | artikolu 11.4 L2 | 10/05/2012 | |
| Modifies | 32006R0885 | Sostituzzjoni | artikolu 11.4 L3 | 10/05/2012 | |
| Modifies | 32006R0885 | Sostituzzjoni | artikolu 10.2 L2 sentenza 2 | 10/05/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repealed by | 32014R0907 |
|
3.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 118/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 375/2012
tat-2 ta’ Mejju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 885/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 l-aġenziji tal-ħlas akkreditati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti fir-rigward tal-ħlasijiet li jagħmlu huma aċċessibbli u miżmuma f’manjiera li tiżgura l-kompletezza, il-validità u l-leġibbiltà tagħhom maż-żmien. Sabiex tkun riflessal-evoluzzjoni fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li tagħmilha possibbli li d-dokumenti ta’ sostenn jinħażnu f’forma elettronika, b’mod sikur u kosteffettiv, l-Istati Membri għandhom jitħallew jaħżnu d-dokumenti ta’ sostenn dwar it-talbiet għall-għajnuna f’forma elettronika aktar milli f’forma stampata. L-Istat Membru għandu jkun jista’ juża dik l-għażla li permezz tagħha l-liġi nazzjonali tippermetti l-użu ta’ dokumenti elettroniċi bħala evidenza tat-tranżazzjonijiet sottostanti fil-proċeduri tal-qorti nazzjonali. Id-dokumenti elettroniċi għandhom jiġu protetti f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sigurtà tal-informazzjoni bl-istess mod li tinżamm informazzjoni oħra mill-aġenzija tal-ħlas skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (2), sabiex jiżguraw li huma disponibbli għall-iskrutinju tal-Kummissjoni kif meħtieġ, f’forma li tirrifletti eżattament id-dokumenti oriġinali tal-karti. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jekk in-nefqa tkun saret b’mod li kiser ir-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema ammonti għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni. Fl-interess tal-effettività u l-effiċjenza tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni li ma ssegwix każijiet fejn is-sejbiet tal-inkjesta tagħha jwasslu għall-konklużjoni li l-ammonti massimi preżunti kkonċernati ma jaqbżux EUR 50 000 u 10 % tan-nefqa relevanti. |
|
(3) |
Sabiex jiżguraw li l-proċedura għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 30 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, fil-qasam tal-FAEŻR, hija effettiva u trasparenti, huwa neċessarju li l-Istat Membru konċernat ikun f’pożizzjoni li jqis l-effetti finanzjarji ta’ dawn id-deċiżjonijiet meta jippreżenta d-dikjarazzjoni tal-infiq tiegħu msemmija fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-possibbiltà li Stat Membru jista’ jesperjenza diffikultajiet finanzjarji severi kkawżati minn deterjorament serju fl-ambjent ekonomiku internazzjonali, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibilità li tiddifferixxi l-ammonti li għandhom jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni tan-nefqa li tkun saret b’mod li kiser ir-regoli tal-Unjoni, jekk l-Istat Membru kkonċernat jitlob hekk. Id-differiment ta’ tali tnaqqis għal perjodu li ma jaqbiżx tmintax-il xahar għandu jingħata wkoll lil dawk l-Istati Membri li jitolbu għalih filwaqt li jibqgħu suġġetti għall-għajnuna finanzjarja skont ir-Regolament al-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilita’ li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (3), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (4), il-Ftehim ta’ Qafas dwar il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja ffirmat fis-7 ta’ Ġunju 2010 u t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà ffirmat fil-11 ta’ Lulju 2011. L-Istat Membru li jibbenefika minn deċiżjoni ta’ differiment għandu jiżgura li n-nuqqasijiet li kienu r-raġunijiet għall-ammonti mnaqqsa u li għadhom jippersistu fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni qed jiġu rrimedjati abbażi ta’ pjan ta’ azzjoni, stabbilit f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, b’indikaturi ċari dwar il-progress. Jekk Stat Membru li jibbenefika minn tali differiment jonqos milli jirrimedja n-nuqqasijiet skont il-pjan ta’ azzjoni u, għalhekk, jesponi il-baġit tal-Unjoni għal riskji finanzjarji addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tirrevoka d-deċiżjoni tagħha li tiddifferixxi d-data għall-eżekuzzjoni tat-tnaqqis tal-ammonti filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej: “5. Id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jew f’forma stampata, f’forma elettronika u/jew fiż-żewġ forom. Id-dokumenti jistgħu jinżammu esklussivament f’forma elettronika jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tippermetti l-użu ta’ dokumenti elettroniċi bħala evidenza tat-tranżazzjonijiet sottostanti fil-proċeduri tal-qorti nazzjonali. Jekk id-dokumenti huma miżmuma fil-forma elettronika biss, is-sistema għal dan l-iskop għandha tikkonforma mal-punt 3(B) tal-Anness I.” |
|
(2) |
Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont jew iżżidu mal-ewwel ħlas li għalih titressaq id-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.” |
|
(3) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.