This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0205
Commission Delegated Regulation (EU) No 205/2012 of 6 January 2012 amending Annex II to Regulation (EU) No 510/2011 of the European Parliament and of the Council with regard to the data source and the data parameters to be reported by Member States Text with EEA relevance
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 205/2012 tas- 6 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sors tad-dejta u tal-parametri tad-dejta li għandhom ikunu rrappurtati mill-Istati Membri Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 205/2012 tas- 6 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sors tad-dejta u tal-parametri tad-dejta li għandhom ikunu rrappurtati mill-Istati Membri Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 72, 10.3.2012, p. 2–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0631
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0510 | Emenda | anness II | 13/03/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012R0205R(01) | (BG, MT) | |||
Corrected by | 32012R0205R(02) | (IT, HU) | |||
Implicitly repealed by | 32019R0631 | 01/01/2020 |
10.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/2 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 205/2012
tas-6 ta’ Jannar 2012
li jemenda l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sors tad-dejta u tal-parametri tad-dejta li għandhom ikunu rrappurtati mill-Istati Membri
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment [prestazzjoni] fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikoli 18 u 26 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (2), manifattur għandu jiżgura li kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tinħareġ fis-suq fl-UE tkun akkumpanjata minn ċertifikat validu ta’ konformità u Stat Membru ma jistax jirreġistra t-tali vettura jekk din ma jkollhiex dan iċ-ċertifikat ta’ konformità. F’konformità mal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011, id-dejta miġbura minn Stat Membru għall-monitoraġġ tal-konformità ta’ manifattur mal-Artikoli 4 u 11 ta’ dak ir-Regolament, għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat ta’ konformità u għandha tkun ibbażata fuq dan id-dokument biss. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment [prestazzjoni] għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (3), jirrikjedi lill-Istati Membri biex jużaw ċertifikat ta’ konformità bħala sors ta’ dejta iżda jippermettu l-użu ta’ dokumenti oħra li jipprovdu preċiżjoni ekwivalenti għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tal-passiġġieri. Sabiex ikunu żgurati l-kosteffettività u l-monitoraġġ u r-rappurtar preċiż tad-dejta tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief, xieraq li fuq perjodu ta’ żmien qasir l-Istati Membri jkunu awtorizzati jużaw l-istess proċedura u sorsi tad-dejta għall-monitoraġġ u r-rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 bħal dawk użati għar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009. Għaldaqstant, l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu, fejn ikun iġġustifikat, jippermetti l-użu ta’ sorsi oħra ta’ dejta li jipprovdu preċiżjoni ekwivalenti għall-finijiet tal-monitoraġġ u r-rappurtar tas- CO2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta’ monitoraġġ. |
(3) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tal-passiġġieri, xieraq li, sabiex jitjiebu l-mezzi għall-verifika tal-preċiżjoni tad-dejta, jiżdied in-numru tal-omologazzjoni bħala parametru tad-dejta dettaljata li għandu jkun rappurtat mill-Istati Membri. Sar evidenti wkoll li ma hemmx bżonn għall-parametru “isem kummerċjali” li għaldaqstant għandu jkun imħassar mid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata. |
(4) |
Sabiex ikunu żgurati ċ-ċarezza u l-preċiżjoni fil-monitoraġġ u r-rappurtar mill-Istati Membri, jeħtieġ ukoll li tkun żgurata konsistenza bejn ir-rekwiżiti differenti speċifikati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 Ir-rekwiżiti ta’ dejta dettaljata huma speċifikati fil-formati tar-rappurtar stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II. Il-Partijiet A u B ta’ dak l-Anness għaldaqstant għandhom ikunu aġġustati biex jirriflettu b’mod preċiż dawk ir-rekwiżiti ta’ dejta dettaljata. |
(5) |
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-Parti B, il-punti 2, 3, 5 u 6 huma mħassra. |
(3) |
Fil-Parti C, it-Taqsima 2 dwar dejta ta’ monitoraġġ dettaljata hija sostitwita b'dan li ġej: “Taqsima 2 — Dejta ta’ monitoraġġ dettaljata:
|