This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0686
Council Decision 2012/686/CFSP of 6 November 2012 amending Decision 2012/333/CFSP updating the list of persons, groups and entities subject to Articles 2, 3 and 4 of Common Position 2001/931/CFSP on the application of specific measures to combat terrorism
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/686/PESK tas- 6 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2012/333/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/686/PESK tas- 6 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2012/333/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
ĠU L 307, 7.11.2012, pp. 80–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2012; Impliċitament imħassar minn 32012D0765
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32012D0333 | Tħassir | anness Test | 07/11/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32012D0765 | 11/12/2012 |
|
7.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 307/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/686/PESK
tas-6 ta’ Novembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2012/333/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1). |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/333/PESK (2). |
|
(3) |
Il-Kunsill iddetermina li m’għadx hemm raġunijiet biex persuna tinżamm fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. |
|
(4) |
Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuna elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha titneħħa mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/333/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
ANNESS
PERSUNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
WALTERS, Jason Theodore James