This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0448
2012/448/EU: Commission Decision of 12 July 2012 establishing the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel for newsprint paper (notified under document C(2012) 4693) Text with EEA relevance
2012/448/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4693) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/448/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4693) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2019; Imħassar b' 32019D0070
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32015D0877 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | ||
Validity extended by | 32015D0877 | 31/12/2018 | |||
Repealed by | 32019D0070 | 16/01/2019 |
28.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Lulju 2012
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 4693)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/448/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti. |
(3) |
Peress li l-produzzjoni tal-karta tal-gazzetti tikkonsma ammonti sinifikanti ta’ enerġija, injam u sustanzi kimiċi, u tista’ twassal għal ħsara ambjentali jew riskji relatati mal-użu tar-riżorsi naturali, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp tal-prodotti “karta tal-gazzetti”. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-grupp tal-prodotti “karta tal-gazzetti” għandu jinkludi karta magħmula minn polpa u użata għall-istampar ta’ gazzetti u prodotti oħra stampati.
2. Il-grupp tal-prodotti tal-karta tal-gazzetti ma għandux jinkludi karta tal-ikkuppjar u karta grafika, karta termalment sensittiva, karta fotografika u karta mingħajr karbonju, karta tal-imballaġġ u tat-tgeżwir kif ukoll karta bil-fwieħa.
Artikolu 2
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“karta tal-gazzetti” tfisser karta li tintuża l-aktar għall-istampar tal-gazzetti u li tkun magħmula minn polpa u/jew karta rkuprata li l-piż tagħha jvarja minn 40 sa 65 gm/m2. |
(2) |
“fibri rkuprati” tfisser fibri ddevjati mill-fluss tal-iskart waqt proċess ta’ manifattura jew iġġenerati mid-djar jew minn faċilitajiet kummerċjali, industrijali u istituzzjonali fir-rwol tagħhom bħala utenti finali tal-prodott, li ma jkunux jistgħu jintużaw aktar għall-iskop maħsub tagħhom. |
Artikolu 3
Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa karta tal-gazzetta għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “Karta tal-gazzetti” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Karta tal-gazzetti”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-“Karta tal-gazzetti” għandu jkun “037”.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
QAFAS
Għanijiet tal-kriterji
Il-kriterji għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi billi jrawmu r-riċiklaġġ tal-karti, inaqqsu r-rimi ta’ sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi fl-ilmijiet, inaqqsu l-ħsara ambjentali jew ir-riskji relatati mal-użu tal-enerġija (tisħin globali, aċidifikazzjoni, tnaqqis tal-ożonu, tnaqqis tar-riżorsi mhux rinnovabbli) permezz tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet relatati fl-arja u billi jnaqqsu l-ħsara ambjentali jew ir-riskji relatati mal-użu ta’ sustanzi kimiċi perikolużi u japplikaw prinċipji għas-salvagwardja tal-foresti.
KRITERJI
Dawn il-kriterji huma stabbiliti għal kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:
1. |
Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja |
2. |
Użu tal-enerġija |
3. |
Fibri: ġestjoni sostenibbli tal-foresti |
4. |
Sustanzi kimiċi perikolużi |
5. |
Immaniġġjar tal-iskart |
6. |
Adegwatezza għall-użu |
7. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta |
Il-kriterji ekoloġiċi jkopru l-produzzjoni tal-polpa li tinkludi s-sottoproċessi kostitwenti kollha mill-punt li fih il-fibra verġni/materja prima rkuprata tidħol fis-sit tal-produzzjoni, sal-punt meta l-polpa toħroġ mill-fabbrika tal-polpa. Għall-proċessi ta’ produzzjoni tal-karta, il-kriterji ekoloġiċi jkopru s-sottoproċessi kollha mit-tballit tal-polpa (diżintegrazzjoni tal-karta rkuprata) sat-tkebbib tal-karta fuq ir-rombli.
L-attivitajiet li ġejjin mhumiex koperti minn dawn il-kriterji:
1. |
Trasport u imballaġġ tal-polpa, il-karta u l-materja prima |
2. |
Konverżjoni tal-karta |
Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.
Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti ta’ testijiet, jew evidenza oħra li turi konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawk jistgħu joriġinaw mingħand l-applikant u/jew il-fornitur(i) u/jew il-fornitur(i) tagħhom, kif ikun xieraq.
Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar differenti minn dawk indikati għal kull kriterju, jekk tiġi aċċettata l-ekwivalenza tagħhom mill-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni.
Fejn possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tal-EN ISO 17025 jew ekwivalenti.
Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jesiġu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterju 1 — Emissjonijiet fl-ilma u fl-arja
(a) COD, Kubrit (S), NOx, Fosforu (P)
Għal kull wieħed minn dawn il-parametri, l-emissjonijiet fl-arja u/jew fl-ilma mill-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom ikunu espressi f’termini ta’ punti (PCOD, PS, PNOx, PP) kif dettaljat hawn taħt.
L-ebda wieħed mill-punti individwali PCOD, PS, PNOx, PP ma għandu jaqbeż 1,5.
L-għadd totali ta’ punti (Ptotal = PCOD + PS + PNOx + PP) ma għandux jaqbeż 4,0.
Il-kalkolu ta’ PCOD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta’ PS, PNOx, PP għandhom isiru bl-istess mod eżatt).
Għal kull polpa “i” li tintuża, l-emissjonijiet relatati mkejla ta’ COD (COD polpa,i espressi f’kg/tunnellata mnixxfa bl-arja —ADT), għandhom ikunu ppeżati skont il-proporzjon ta’ kull polpa użata (polpa “i” fir-rigward ta’ tunnellata ta’ polpa mnixxfa bl-arja), u magħduda flimkien. L-emissjoni ppeżata ta’ COD għall-polpi mbagħad tiżdied mal-emissjoni mkejla ta’ COD mill-produzzjoni tal-karta biex tagħti emissjoni totali ta’ COD, COD totali.
Il-valur ta’ referenza ppeżat ta’ COD għall-produzzjoni tal-polpa għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod, bħas-somma tal-valuri ta’ referenza ppeżati għal kull polpa użata u jiżdied mal-valur ta’ referenza għall-produzzjoni tal-karta biex jagħti valur totali ta’ COD referenza, COD reftotal. Il-valuri ta’ referenza għal kull tip ta’ polpa użata u għall-produzzjoni tal-karta huma indikati fit-Tabella 1.
Fl-aħħar nett, l-emissjoni totali ta’ COD għandha tiġi diviża bil-valur ta’ referenza totali ta’ COD kif ġej:
Tabella 1
Valuri ta’ referenza minn tipi differenti ta’ polpa u mill-produzzjoni tal-karta
Grad ta’ Polpa/Karta |
Emissjonijiet (kg/ADT) |
|||
CODreferenza |
Sreferenza |
NOx,referenza |
Preferenza |
|
Polpa kimika bbliċjata (għajr is-sulfit) |
18,0 |
0,6 |
1,6 |
0,045 |
Polpa kimika bbliċjata (sulfit) |
25,0 |
0,6 |
1,6 |
0,045 |
Polpa kimika mhux ibbliċjata |
10,0 |
0,6 |
1,6 |
0,04 |
CTMP |
15,0 |
0,2 |
0,3 |
0,01 |
TMP/polpa ta’ njam mitħun |
3,0 |
0,2 |
0,3 |
0,01 |
Polpa ta’ fibra rkuprata |
2,0 |
0,2 |
0,3 |
0,01 |
Karta (fabbriki tal-karti mhux integrati fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi mixtrija mis-suq) |
1 |
0,3 |
0,8 |
0,01 |
Karta (Fabbriki tal-karti oħra) |
1 |
0,3 |
0,7 |
0,01 |
Għandha tingħata eżenzjoni għall-valur tal-polpa kimika bbliċjata Preferenza (għajr is-sulfit) indikat fit-Tabella 1, sa livell ta’ 0,1 fejn jintwera li l-ogħla livell ta’ P huwa minħabba l-okkorrenza naturali ta’ P fil-polpa tal-injam.
F’każ ta’ koġenerazzjoni ta’ sħana u elettriku fl-istess impjant, l-emissjonijiet ta’ S u NOx li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku jistgħu jitnaqqsu mill-ammont totali. L-ekwazzjoni li ġejja tista’ tintuża biex jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku:
2 × (MWh(elettriku)) / [2 × MWh(elettriku) + MWh(sħana)]
L-elettriku f’dan il-kalkolu huwa l-elettriku prodott fil-fabbrika ta’ koġenerazzjoni.
Is-sħana f’dan il-kalkolu hija s-sħana netta mwassla mill-impjant tal-enerġija għall-produzzjoni tal-polpa/karta.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn li għandha tinkludi rapporti ta’ testijiet li jużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: COD: ISO 6060; NOx: ISO 11564; S(ossid.): EPA nru 8; S(imnaqqsa): EPA nru 16 A; kontenut ta’ S fiż-żejt: ISO 8754; kontenut ta’ S fil-faħam: ISO 351; P: EN ISO 6878, APAT IRSA CNR 4110 jew Dr Lange LCK 349.
Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għal COD, S u NOx. Għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jseħħu matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluż il-fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku. Il-kejl għandu jinkludi l-bojlers ta’ rkupru, il-kalkari tal-ġir, il-bojlers tal-fwar u l-fran għall-qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. L-emissjonijiet diffużi għandhom jiġu kkunsidrati. Valuri ta’ emissjonijiet irrapportati għall-S fl-arja għandhom jinkludu kemm emissjonijiet ossidizzati kif ukoll emissjonijiet imnaqqsa ta’ S (sulfur tad-dimetil, merkaptan tal-metil, sulfur tal-idroġenu u emissjonijiet simili). L-emissjonijiet tal-S relatati mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tas-sħana miż-żejt, faħam u fjuwils esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jiġu kkalkulati minflok imkejla, u għandhom jiġu kkunsidrati.
Il-kejl tal-emissjonijiet fl-ilma għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u li ma jkunux qagħdu, jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.
Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-emissjonijiet għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-emissjonijiet għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.
(b) AOX (Aloġenu Organiku Adsorbabbli)
— |
Sal-31 ta’ Marzu 2013, l-emissjonijiet ta’ AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa li tintuża ma għandhomx jaqbżu 0,20 kg/ADT. |
— |
Mill-1 ta’ April 2013 sakemm jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-emissjonijiet ta’ AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa li tintuża ma għandhomx jaqbżu 0,17 kg/ADT. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapporti ta’ testijiet billi juża l-metodu ta’ ttestjar li ġej: AOX ISO 9562 akkumpanjat minn kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn.
Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl. L-AOX għandu jitkejjel biss fi proċess fejn jintużaw komposti tal-kloru għall-ibbliċjar tal-polpa. L-AOX ma għandux għalfejn jitkejjel fl-effluwent mill-produzzjoni mhux integrata ta’ karta jew fl-effluwenti mill-produzzjoni ta’ polpa mingħajr ibbliċjar jew fejn l-ibbliċjar isir b’sustanzi mingħajr kloru.
Il-kejl għandu jittieħed fuq kampjuni mhux iffiltrati u kampjuni li ma jkunux qagħdu jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejl għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejl għandu jkun ibbażat tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kejl għandu jkun rappreżentattiv tal-kampanja rispettiva.
(c) CO2
L-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju minn sorsi mhux rinnovabbli ma għandhomx jaqbżu 1 000 kg għal kull tunnellata ta’ karta prodotta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post). Għall-fabbriki tal-karti mhux integrati (fejn il-polpi kollha li jintużaw huma polpi mixtrija mis-suq), l-emissjonijiet ma għandhomx jaqbżu 1 100 kg għal kull tunnellata. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-polpa u l-karta.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata ta’ sostenn.
L-applikant għandu jipprovdi dejta dwar l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju fl-arja. Din għandha tinkludi s-sorsi kollha ta’ fjuwils mhux rinnovabbli matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku (kemm fil-post kif ukoll barra l-post).
Il-fatturi ta’ emissjonijiet li ġejjin għandom jintużaw fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-fjuwils:
Tabella 2
Fjuwil |
Emissjoni ta’ CO2 fossili |
Unità |
Faħam |
96 |
gm CO2 fossili/MJ |
Żejt mhux raffinat |
73 |
gm CO2 fossili/MJ |
Żejt tal-fjuwil 1 |
74 |
gm CO2 fossili/MJ |
Żejt tal-fjuwil 2-5 |
81 |
gm CO2 fossili/MJ |
LPG |
66 |
gm CO2 fossili/MJ |
Gass Naturali |
56 |
gm CO2 fossili/MJ |
Elettriku mis-sistema |
400 |
gm CO2 fossili/kWh |
Il-perjodu għall-kalkoli jew il-bilanċi tal-massa għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati tal-anqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli tal-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi tal-kampanja rispettiva.
Għall-elettriku mis-sistema, il-valur ikkwotat fit-tabella ta’ hawn fuq (il-medja Ewropea) għandu jintuża sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi valur medju għall-fornituri tiegħu tal-elettriku (fornitur kontraenti jew medja nazzjonali), f’liema każ l-applikant jista’ juża dan il-valur minflok il-valur imsemmi fit-tabella.
L-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli (1) mixtrija u użati għall-proċessi tal-produzzjoni, mhux se jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ CO2 L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li enerġija ta’ dan it-tip fil-fatt tkun qed tintuża fil-fabbrika tal-karti jew tkun qed tinxtara minn barra.
Kriterju 2 — Użu tal-enerġija
(a) Elettriku
Il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jkun espress f’termini ta’ punti (PE) kif dettaljat hawn taħt.
L-għadd ta’ punti, PE, għandu jkun anqas minn jew ugwali għal 1,5.
Il-kalkolu tal-PE għandu jsir kif ġej.
Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa i li tintuża, il-konsum relatat tal-elettriku (Epolpa, i espress f’kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Epolpa, i = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ
Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: Bl-istess mod, il-konsum tal-elettriku relatat mal-produzzjoni tal-karta (Ekarta) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Ekarta = Elettriku prodott internament + elettriku mixtri – elettriku mibjugħ
Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta’ punti (PE) kif ġej:
Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-elettriku għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-elettriku għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.
(b) Fjuwil (sħana)
Il-konsum ta’ fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-polpa u l-karta għandu jiġi espress f’termini ta’ punti (PF) kif dettaljat hawn taħt.
L-għadd ta’ punti, PF, għandu jkun anqas minn jew ugwali għal 1,5.
Il-kalkolu ta’ PF għandu jsir kif ġej.
Kalkolu għall-produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa i użata, il-konsum ta’ fjuwil relatat (Fpolpa, i espressa f’kWh/ADT) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fpolpa, i = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × l-elettriku prodott internament
Nota:
1. |
Fpolpa, i (u l-kontribuzzjoni tiegħu għal PF, polpa) ma għandux għalfejn jiġi kkalkulat għall-polpa mekkanika ħlief jekk tkun polpa mekkanika tas-suq imnixxfa bl-arja li fiha tal-anqas 90 % materja niexfa. |
2. |
L-ammont ta’ fjuwil li jintuża biex jipproduċi s-sħana mibjugħa għandu jiżdied mat-terminu fjuwil mibjugħ fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq. |
Kalkolu għall-produzzjoni tal-karta: bl-istess mod, il-konsum ta’ fjuwil relatat mal-produzzjoni tal-karta (Fkarta, espress f’kWh/ADT), għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Fkarta = Fjuwil prodott internament + fjuwil mixtri – fjuwil mibjugħ – 1,25 × elettriku prodott internament
Fl-aħħar nett, il-punti għall-produzzjoni tal-polpa u tal-karta għandhom jingħaqdu sabiex jagħtu l-għadd kumplessiv ta’ punti (PF) kif ġej:
Tabella 3
Valuri ta’ referenza għall-elettriku u l-fjuwil
Grad ta’ polpa |
Fjuwil kWh/ADT Freferenza |
Elettriku kWh/ADT Ereferenza |
|||||
Mhux admp |
admp |
Mhux admp |
admp |
||||
Polpa kimika |
4 000 |
5 000 |
800 |
800 |
|||
Polpa termomekkanika (thermochemical pulp,TMP) |
0 |
900 |
2 200 |
2 200 |
|||
Polpa ta’ njam mitħun (inkluż injam mitħun pressurizzat) |
0 |
900 |
2 000 |
2 000 |
|||
Polpa kimitermomekkanika (Chemithermomechanical pulp, CTMP) |
0 |
1 000 |
2 000 |
2 000 |
|||
Polpa ta’ fibra rkuprata |
300 |
1 300 |
450 |
550 |
|||
Grad ta’ karta |
Fjuwil |
kWh/tunnellata |
|
Elettriku kWh/tunnellata |
|||
Grad tal-karta tal-gazzetti |
|
1 800 |
|
700 |
|||
|
Valutazzjoni u verifika (kemm għal (a) kif ukoll għal (b)): l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha relatata. Id-dettalji rrappurtati għalhekk għandhom jinkludu l-konsum totali ta’ elettriku u fjuwil.
L-applikant għandu jikkalkula l-inputs kollha tal-enerġija, maqsuma fi sħana/fjuwils u elettriku użati matul il-produzzjoni tal-polpa u l-karta, inkluża l-enerġija użata fit-tneħħija tal-linka tal-iskart tal-karti għall-produzzjoni tal-karta rkuprata. L-enerġija użata fit-trasport tal-materja prima, kif ukoll fil-konverżjoni u l-imballaġġ, mhijiex inkluża fil-kalkoli tal-konsum ta’ enerġija.
L-enerġija kollha tas-sħana tinkludi l-fjuwils kollha mixtrija. Tinkludi wkoll l-enerġija tas-sħana rkuprata bl-inċinerazzjoni ta’ likuri u skart minn proċessi fil-post (eż. skart tal-injam, serratura tal-injam, likuri, skart tal-karta, karti mqattgħa), kif ukoll is-sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna tal-elettriku - madankollu, l-applikant jeħtieġ jgħodd biss 80 % tal-enerġija tas-sħana minn dawn is-sorsi meta jikkalkula l-enerġija tas-sħana totali.
L-enerġija elettrika tfisser l-elettriku nett impurtat li jkun ġej mis-sistema u l-ġenerazzjoni interna ta’ elettriku mkejla bħala enerġija elettrika. L-elettriku użat għat-trattament tal-iskart tal-ilma mhemmx għalfejn jiġi inkluż.
Fejn il-fwar jiġi ġġenerat bl-użu tal-elettriku bħala s-sors tas-sħana, għandu jiġi kkalkulat il-valur tas-sħana tal-fwar, imbagħad jiġi diviż b’0, 8 u jiżdied mal-konsum totali ta’ fjuwil.
Fil-każ tal-fabbriki tal-karti integrati, minħabba d-diffikultajiet sabiex jinkisbu ċifri separati tal-fjuwil (sħana) għall-polpa u l-karta, jekk tkun disponibbli biss ċifra kkombinata għall-produzzjoni tal-polpa u l-karta, il-valuri tal-fjuwil (sħana) għall-polpa/polpi għandhom jiġu ssettjati għal żero u ċ-ċifra għall-fabbrika tal-karti għandha tinkludi kemm il-produzzjoni tal-polpa kif ukoll tal-karta.
Kriterju 3 — Fibri
Tal-anqas is-70 % (w/w) fuq l-ammont totali ta’ fibri użati għall-karta tal-gazzetti għandhom ikunu fibri rkuprati.
Il-fibri kollha użati li ma jkunux irkuprati għandhom ikunu fibri verġni koperti minn ċertifikati validi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-katina ta’ kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni ta’ parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.
Madankollu, fejn l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jippermettu t-taħlit ta’ materjal iċċertifikat u materjal mhux iċċertifikat fi prodott jew linja ta’ prodotti, il-proporzjon tal-materjal mhux iċċertifikat ma għandux jaqbeż 50 % tal-ammont totali ta’ fibri verġni użati. Tali materjal mhux iċċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li jinkiseb b’mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta’ kustodja għandhom ikunu akkreditati/rikonoxxuti minn dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.
Huwa eskluż mill-kalkolu tal-kontenut ta’ fibri rkuprati l-użu mill-ġdid ta’ materjali ġġenerati fi proċess u li jistgħu jerġgħu jiġu rreklamati fl-istess proċess li jkun iġġenerahom (karti mqattgħa mill-fabbriki tal-karti (mill broke) – prodotti minnhom stess jew mixtrija).
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li tindika t-tipi, il-kwantitajiet u l-oriġini tal-fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-karta.
Fejn jintużaw fibri verġni, il-prodott għandu jkun kopert minn ċertifikati validi ta’ ġestjoni tal-foresti u tal-katina ta’ kustodja maħruġa minn skema ta’ ċertifikazzjoni indipendenti ta’ parti terza, bħall-PEFC, l-FSC jew ekwivalenti. Jekk il-prodott jew il-linja ta’ prodotti tinkludi materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-materjal mhux iċċertifikat ikun anqas minn 50 fil-mija u jkun kopert minn sistema ta’ verifika li tiżgura li dan jiġi fornut legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ materjal mhux iċċertifikat.
Il-perċentwal ta’ fibri rkuprati għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon bejn l-inputs tal-fibri rkuprati mqabbla mal-produzzjoni tal-karta finali. Meta jintużaw fibri rkuprati, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tindika l-ammont medju ta’ gradi ta’ karta rkuprata użata għall-prodott skont l-istandard EN 643 (2) jew standard ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni li ma ntużaw l-ebda karti mqattgħa mill-fabbriki tal-karti (tal-fabbrika stess jew mixtrija) għall-kalkolu tal-perċentwal irkuprat.
Kriterju 4 — Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lista tal-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni tal-polpa u l-karta, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħall-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, il-funzjoni u l-fornituri tas-sustanzi kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni.
(a) Sustanzi u taħlitiet perikolużi
Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-prodott ma għandux jinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u lanqas sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet tar-riskju skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KE (5) speċifikati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:
Dikjarazzjoni ta’ Periklu (6) |
Frażi ta’ Riskju (7) |
H300 Fatali jekk jinbela’ |
R28 |
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
R25 |
H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs |
R65 |
H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R27 |
H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R24 |
H330 Fatali jekk jiġi inalat |
R23/26 |
H331 Tossiku jekk jiġi inalat |
R23 |
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
R68 |
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
R45 |
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat |
R49 |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/61/60-61 |
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/63 |
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R62 |
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R63 |
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R62-63 |
H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa |
R64 |
H370 Jikkawża ħsara lill-organi |
R39/23/24/25/26/27/28 |
H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi |
R68/20/21/22 |
H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment għat-tul jew repetut |
R48/25/24/23 |
H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment għat-tul jew repetut |
R48/20/21/22 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R50-53 |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R51-53 |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R52-53 |
H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
R59 |
EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku |
R29 |
EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku |
R31 |
EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna |
R32 |
EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn |
R39-41 |
Ma għandhom jintużaw l-ebda formulazzjoni ta’ żebgħa kummerċjali, sustanzi koloranti, aġenti għall-finitura tal-uċuħ, awżiljarji u materjali ta’ kisi fuq polpa jew karta li tkun ġiet assenjata jew li fil-ħin tal-applikazzjoni tista’ tiġi assenjata d-dikjarazzjoni ta’ periklu H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda. |
R43 |
Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew il-frażijiet ta’ riskju elenkati hawn fuq, jew li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew il-kategoriji ta’ periklu elenkati fit-tabella hawn fuq, u l-limiti ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti ġeneriċi jew speċifiċi ta’ konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu 0,1 % piż skont il-piż.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma’ dawn il-kriterji billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta’ karta prodotta) ta’ sustanzi użati fil-proċess u billi juri li s-sustanzi msemmija f’dawn il-kriterji ma jinżammux fil-prodott finali f’livell ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għas-sustanzi u t-taħlitiet għandha tiġi speċifikata fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(b) Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fir-rigward tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib kbir ħafna u inklużi fil-lista pprovduta fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, preżenti f’taħlitiet, f’oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta’ oġġett kumpless f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,1 %. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw meta l-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,1 %.
Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib kbir ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku:
http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp
Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista.
L-applikant għandu jagħti prova tal-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dejta dwar l-ammont (kg/ADT ta’ karta prodotta) ta’ sustanzi użati fil-proċess u billi juri li s-sustanzi msemmija f’dan il-kriterju ma jinżammux fil-prodott finali f’livell ogħla mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati. Il-konċentrazzjoni għandha tiġi speċifikata fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(c) Kloru
Il-gass tal-kloru jew komposti klorurati oħra ma għandhomx jintużaw bħala aġent tal-ibbliċjar. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-gass tal-kloru relatat mal-produzzjoni u l-użu tad-diossidu tal-kloru.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li l-gass tal-kloru jew komposti klorurati oħra ma ntużawx bħala aġent tal-ibbliċjar. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-ibbliċjar ta’ fibri rkuprati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu tal-ħajja preċedenti tagħhom setgħu ġew ibbliċjati bil-gass tal-kloru jew b’komposti klorurati oħra.
(d) APEOs
Ma għandhomx jiżdiedu etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma’ sustanzi tat-tindif, sustanzi li jneħħu l-linka, inibituri tar-ragħwa, jew dispersanti. Id-derivattivi tal-alkilfenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara d-degradazzjoni jipproduċu l-fenoli tal-alkil.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li ma żdidux etossilati tal-alkilfenol jew derivattivi oħra tal-alkilfenol ma’ dawk il-prodotti.
(e) Monomeri residwi
Il-kwantità totali ta’ monomeri residwi (eskluż l-akrilammid) li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew taħlitiet tagħhom) u li jkunu preżenti f’kisjiet, aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma, ma għandhiex taqbeż 100 ppm (ikkalkulata fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom):
Dikjarazzjoni ta’ Periklu (8) |
Frażi ta’ Riskju (9) |
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
R45 |
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat |
R49 |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/61/60-61 |
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/63 |
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50/50-53 |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R50-53 |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R51-53 |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R52-53 |
H413 Jista’ jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
L-akrilammid ma għandux ikun preżenti f’kisjiet, aġenti li jgħinu r-ritenzjoni, aġenti li jirrinforzaw, sustanzi li l-ilma ma jinfidhomx jew sustanzi kimiċi użati fit-trattament intern u estern tal-ilma f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 700 ppm (ikkalkulati fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom).
Il-korp kompetenti jista’ jeżenta lill-applikant minn dawk ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ sustanzi kimiċi użati fi trattament estern tal-ilma.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħall-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza).
(f) Aġenti tensjoattivi fit-tneħħija tal-linka
L-aġenti tensjoattivi kollha użati fit-tneħħija tal-linka għandhom finalment ikunu bijodegradabbli (ara l-metodi ta’ ttestjar u l-livelli ta’ mogħdija hawn taħt).
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza jew ir-rapporti tat-testijiet rilevanti għal kull aġent tensjoattiv, li għandhom jindikaw il-metodu ta’ ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintuża wieħed mill-metodi ta’ ttestjar u l-livelli ta’ mogħdija li ġejjin: OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwali ta’ degradazzjoni (inkluż l-adsorbiment) fi 28 ġurnata ta’ mill-anqas 70 % għal 302 A u B, u ta’ mill-anqas 60 % għal 302 C.
(g) Bijoċidi
Il-komponenti attivi f’bijoċidi jew f’aġenti bijostatiċi użati kontra organiżmi li jiffurmaw il-lgħab f’sistemi ta’ ċirkolazzjoni tal-ilma li jkun fihom il-fibri, ma għandhomx ikunu potenzjalment bijokumulattivi. Il-bijoakkumulazzjoni tal-bijoċidi hija kkaratterizzata minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni stabbilit b’mod sperimentali (BCF) ta’ ≤ 100.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali jew ir-rapport tat-test rilevanti, li għandhom jindikaw il-metodu ta’ ttestjar, il-limitu u l-konklużjoni mogħtija, billi jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E.
(h) Ażokoloranti
Ma għandhomx jintużaw ażokoloranti li jistgħu jinferqu f’xi wieħed mill-ammini aromatiċi li ġejjin, skont l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006:
|
(92-67-1), |
||
|
(92-87-5), |
||
|
(95-69-2), |
||
|
(91-59-8), |
||
|
(97-56-3), |
||
|
(99-55-8), |
||
|
(106-47-8), |
||
|
(615-05-4), |
||
|
(101-77-9), |
||
|
(91-94-1), |
||
|
(119-90-4), |
||
|
(119-93-7), |
||
|
(838-88-0), |
||
|
(120-71-8), |
||
|
(101-14-4), |
||
|
(101-80-4), |
||
|
(139-65-1), |
||
|
(95-53-4), |
||
|
(95-80-7), |
||
|
(137-17-7), |
||
|
(60-09-3), |
||
|
(90-04-0). |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
(i) Materjali koloranti jew pigmenti bbażati fuq kumplessi tal-metall
Ma għandhomx jintużaw koloranti jew pigmenti bbażati fuq iċ-ċomb, ir-ram, il-kromju, in-nikil jew l-aluminju. Jistgħu, madankollu, jintużaw koloranti jew pigmenti tal-ftaloċjanina tar-ram.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità.
(j) Impuritajiet joniċi f’materjali koloranti
Il-livelli ta’ impuritajiet joniċi fil-materjali koloranti li jintużaw ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2 500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1 000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1 500 ppm.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità.
Kriterju 5 — Immaniġġjar tal-iskart
Is-siti kollha fejn tiġi prodotta l-polpa u l-karta għandu jkollhom sistema għall-immaniġġjar tal-iskart (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta’ produzzjoni tal-polpa u tal-karta inkwistjoni) u l-prodotti residwi li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-prodott ekotikkettat. Is-sistema għandha tiġi ddokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u tinkludi informazzjoni tal-anqas dwar il-punti li ġejjin:
— |
il-proċeduri għas-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-fluss tal-iskart, |
— |
il-proċeduri għall-irkupru ta’ materjali għal użi oħra, bħall-inċinerazzjoni sabiex tiġġenera fwar jew sħana għall-proċess, jew użu agrikolu, |
— |
il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ skart perikoluż (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti tas-siti ta’ produzzjoni tal-polpa u tal-karta inkwistjoni). |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri adottati għall-immaniġġjar tal-iskart ta’ kull wieħed mis-siti konċernati u dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju.
Kriterju 6 — Adegwatezza għall-użu
Il-prodott għandu jkun adattat għall-iskop tiegħu.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa li turi l-konformità mal-ambitu tal-kriterji. Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għall-permanenza skont l-istandards applikabbli. Il-manwal tal-utent se jipprovdi l-lista tan-normi u l-istandards li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-permanenza.
Bħala alternattiva għall-użu tal-metodi ta’ hawn fuq, il-produtturi għandhom jiggarantixxu l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti tagħhom billi jipprovdu dokumentazzjoni xierqa li turi l-kwalità tal-karta, skont l-istandard EN ISO/IEC 17050-1:2004, li jipprovdi kriterji ġenerali għad-dikjarazzjoni ta’ konformità mad-dokumenti normattivi min-naħa tal-fornituri.
Kriterju 7 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:
“— |
tniġġis baxx tal-arja u tal-ilma |
— |
użu ta’ fibri ċċertifikati U/JEW użu ta’ fibri rriċiklati [każ b’każ] |
— |
sustanzi perikolużi ristretti” |
Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
(1) Kif iddefinit fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
(2) Lista Ewropea ta’ Gradi Standard ta’ Karta u Kartun Irkuprati, Ġunju 2002
(3) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(6) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(7) Kif ipprovdut fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.
(8) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(9) Kif ipprovdut fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE.