This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0286
2012/286/EU: Commission Decision of 31 May 2012 on the creation of an Expert Group on Land Transport Security
2012/286/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Mejju 2012 dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Esperti dwar is-Sigurtà tat-Trasport bl-Art
2012/286/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Mejju 2012 dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Esperti dwar is-Sigurtà tat-Trasport bl-Art
ĠU L 142, 1.6.2012, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
1.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Mejju 2012
dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Esperti dwar is-Sigurtà tat-Trasport bl-Art
(2012/286/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 90 tat-Trattat jistabbilixxi li l-objettivi tat-Trattati fir-rigward tat-trasport għandhom jiġu segwiti fil-qafas ta’ politika komuni tat-trasport u s-sigurtà tat-trasport hija parti importanti minnu. |
(2) |
Il-White Paper Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti (1) tistabbilixxi fl-Anness I punt 1 (3) tagħha inizjattiva dwar it-twaqqif ta’ grupp permanenti ta’ esperti dwar is-sigurtà tat-trasport bl-art. |
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tas-sigurtà tat-trasport bl-art u li jiġu ddefiniti l-ħidmiet u l-istruttura tiegħu. |
(4) |
Il-grupp għandu jassisti lill-Kummissjoni biex tifformula u timplimenta l-attivitajiet tal-Unjoni li huma mmirati biex jiżviluppaw politika dwar is-sigurtà li relatata mat-trasport bl-art, u għandu jinkoraġġixxi skambji kontinwi tal-esperjenza, tal-politiki u tal-prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti. |
(5) |
Il-grupp għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għandhom jaħtru esperti mid-dipartimenti tal-gvern inkarigati mit-trasport u s-sigurtà jew mill-kwistjonijiet ta’ kontroll. |
(6) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-grupp. |
(7) |
Id-dejta personali li jkollha x'taqsam mal-membri tal-grupp għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sigurtà tat-Trasport bl-Art, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Grupp”, huwa b’dan stabbilit.
Artikolu 2
Inkarigi
1. Il-grupp għandu jassisti lill-Kummissjoni biex tifformula u timplimenta l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea li huma mmirati biex jiżviluppaw politika dwar is-sigurtà li relatata mat-trasport bl-art, u għandu jinkoraġġixxi skambji kontinwi tal-esperjenza, tal-politiki u tal-prattiki rilevanti bejn l-Istati Membri u l-partijiet differenti involuti.
2. Sabiex jilħaq il-miri msemmija fil-paragrafu 1, il-Grupp għandu:
— |
jassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-istrumenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-miżuri meħuda fuq livell tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà tat-trasport bl-art; |
— |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam, l-aktar billi janalizza r-riżultati u jissuġġerixxi titjib għall-miżuri meħuda; |
— |
jinkoraġġixxi skambji ta’ informazzjoni dwar miżuri meħuda fuq il-livelli kollha biex jippromwovu s-sigurtà tat-trasport bl-art u, fejn huwa xieraq, jgħaddi suġġerimenti għal azzjoni possibbli fil-livell tal-Unjoni Ewropea; |
— |
jibgħat opinjonijiet jew jissottometti rapporti lill-Kummissjoni, jew fuq it-talba jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, dwar kull kwistjoni ta’ rilevanza għall-promozzjoni tas-sigurtà tat-trasport bl-art fl-Unjoni Ewropea. |
Artikolu 3
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-sigurtà tat-trasport bl-art.
Artikolu 4
Sħubija
1. Il-membri għandhom ikunu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn għandhom jinnominaw żewġ rappreżentanti:
(a) |
rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru mill-ministeri jew mid-dipartimenti tal-gvern responsabbli għat-trasport bl-art |
(b) |
rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru mill-ministeri jew mid-dipartimenti tal-gvern responsabbli għas-sigurtà jew għall-kwistjonijiet ta’ kontroll |
2. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jagħtu status ta’ osservatur lil individwi jew jistiednu rappreżentanti Ewropej ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u professjonali involuti fi, jew affettwati direttament mis-sigurtà tat-trasport bl-art kif ukoll mill-organizzazzjonijiet tal-utenti tat-trasport.
3. L-ismijiet ta’ individwi msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħra (“ir-Reġistru”). L-ismijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiġu ppubblikati fir-Reġistru. L-ismijiet tal-individwi u tal-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru u l-interess irrappreżentat għandu jkun żvelat (3).
4. Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Operazzjoni
1. Il-Grupp għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
2. Bi qbil mal-Kummissjoni, il-Grupp jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza ddefiniti mill-Grupp. Tali gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.
3. Il-Kummissjoni tista’ tistieden lil kwalunkwe persuna li tkun speċjalment ikkwalifikata f’xi suġġett partikolari li jkun fl-aġenda biex tieħu sehem fix-xogħol tagħha fuq bażi ad hoc. L-esperti mistiedna għandhom jieħdu sehem biss fix-xogħol fuq is-suġġett partikolari li għalih intalbet l-attendenza tagħhom.
4. Għall-preparazzjoni tal-opinjonijiet tiegħu, il-Grupp jista’ jaħtar wieħed mir-rappreżentanti tal-Istati Membri bħala rapporteur bl-inkarigu li jfassal ir-rapporti.
5. Il-Grupp għandu jitlaqqa’ mill-Kummissjoni u għandu normalment jiltaqa’ fil-bini tiegħu. Għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali. Uffiċjali oħra tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tal-gruppi ta’ ħidma tiegħu.
6. Id-deliberazzjonijiet tal-Grupp għandhom jittrattaw it-talbiet ifformulati mill-Kummissjoni jew l-opinjonijiet li l-Grupp jagħti fuq l-inizjattiva proprja tiegħu. Dawn ma jitteħidx vot fuqhom.
7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti kollha rilevanti jew fir-Reġistru jew inkella permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal websajt speċifiku. Huma possibbli l-eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni meta l-iżvelar ta’ dokument jista’ jdgħajjef il-ħarsien tal-interess pubbliku jew privat kif inhu ddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
8. Il-membri tal-Grupp u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-siġurtà li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tat-tagħrif ikklassifikat tal-UE, stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (5). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.
Artikolu 6
Spejjeż tal-laqgħa u konsegwenzi finanzjarji
1. Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp ma jitħallsux għas-servizzi li jipprovdu.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza li jkollhom jagħmlu r-rappreżentanti tal-Membri b’rabta mal-attivitajiet tal-grupp jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza magħmula b’konnessjoni mal-attivitajiet tal-grupp minn osservaturi u esperti mistiedna għandhom ukoll jiġu rimborżati.
3. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) COM(2011) 144 finali.
(3) Membri li ma jixtiqux ikollhom isimhom żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. It-talba li ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp ta’ esperti għandha tiġi meqjusa bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tista’ tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tipperikola b’mod mhux dovut il-privatezza tiegħu.
(4) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(5) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.