EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0280

2012/280/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banque de France

ĠU L 137, 26.5.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/280/oj

26.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Mejju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banque de France

(2012/280/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France (BĊE/2012/5) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom ikunu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banque de France ser jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Il-Banque de France għażel lid-Deloitte & Associés u lill-KPMG SA bħala l-awdituri esterni tiegħu u lill-B.E.A.S. u lill-KPMG Audit FS I SAS bħala awdituri supplenti għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2017.

(4)

Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte & Associés u KPMG SA għandhom jinħatru konġuntament bħala l-awdituri esterni tal-Banque de France u li l-B.E.A.S. għandhom jinħatru bħala awdituri supplenti għal Deloitte & Associés u l-KPMG Audit FS I SAS bħala awdituri supplenti għall-KPMG SA għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2017.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Deloitte & Associés u KPMG SA huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banque de France għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2017.

Il-B.E.A.S. huma b’dan approvati bħala l-awdituri supplenti għal Deloitte & Associés u l-KPMG Audit FS I SAS bħala l-awdituri supplenti għall-KPMG SA għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VESTAGER


(1)  ĠU C 93, 30.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


Top