EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0262

2012/262/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku

ĠU L 130, 17.5.2012, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/08/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/262/oj

17.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Mejju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku

(2012/262/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/589/KE (2) stabbilixxiet programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni applikabbli għal perjodu ta’ erba’ snin sabiex tiżgura l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (3) għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet.

(2)

Parir xjentifiku riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jissuġġerixxi li kien hemm rapportar skorrett dwar parti sinifikanti tas-sajd għas-salamun tal-Baltiku, liema fatt jista’ jkollu impatt negattiv serju fuq l-istatus ta’ dak l-istokk.

(3)

Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni huwa meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri kkonċernati u biex jippermetti lill-Aġenżija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex torganizza pjanijiet tat-tħaddim konġunt skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (4).

(4)

Biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan ta’ rkupru multiannwali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiġi estiż għal perjodu ta’ sena.

(5)

Il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (5). Sakemm jidħol fis-seħħ dak ir-regolament jixraq li tiġi indirizzata l-possibbiltà ta’ rapportar skorett li ġie rrapportat mill-ICES.

(6)

Sabiex tiġi indirizzata l-possibbiltà ta’ rapportar skorett fis-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tas-salamun tal-Baħar Baltiku, jixraq li dawk l-istokkijiet jiġu inklużi f’dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni.

(7)

Id-Deċiżjoni 2008/589/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri kkonċernati.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/589/KE hija emendata kif ġej:

1.

It-titlu jiġi sostitwit b’dan i ġej:

“Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/589/KE tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku”.

2.

L-Artikolu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni biex tiżgura:

(a)

l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolmanet (KE) Nru 1098/2007 għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u

(b)

il-kontroll u spezzjoni armonizzati tas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tas-salamun fil-Baħar Baltiku.”

3.

L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkopri l-kontroll u spezzjoni ta’:

(a)

attivitajiet tas-sajd minn bastimenti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 u minn bastimenti tas-sajd ta’ kull tip ta’ tul impenjati jew għandhom il-probabbiltà li jkunu impenjati fil-qabda tas-salamun;

(b)

l-attivitajiet relatati kollha inkluż l-iżbark, l-użin, it-tqegħid fis-suq, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd u r-reġistri tal-iżbark u l-bejgħ.

2.   Il-programm speċifiku tal-kontroll u spezzjoni għandu japplika għal ħames snin.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiħdol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 190, 18.7.2008, p. 11.

(3)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(5)  COM(2011) 470 finali — 2011/0206 (COD).


Top