This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0190
2012/190/EU: Commission Implementing Decision of 4 April 2012 amending Decisions 2008/603/EC, 2008/691/EC and 2008/751/EC as regards the temporary derogations from the rules of origin laid down in Annex II to Council Regulation (EC) No 1528/2007 to take account of the special situation of Mauritius, Seychelles and Madagascar with regard to preserved tuna and tuna loins (notified under document C(2012) 2321)
2012/190/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2321)
2012/190/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2321)
ĠU L 102, 12.4.2012, p. 9–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32008D0603 | 31/12/2012 | |||
Modifies | 32008D0603 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0603 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0603 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0603 | Sostituzzjoni | anness | 01/01/2012 | |
Extended validity | 32008D0691 | 31/12/2012 | |||
Modifies | 32008D0691 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0691 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0691 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0691 | Sostituzzjoni | anness | 01/01/2012 | |
Extended validity | 32008D0751 | 31/12/2012 | |||
Modifies | 32008D0751 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0751 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0751 | Sostituzzjoni | anness | 01/01/2012 | |
Modifies | 32008D0751 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/01/2012 | |
Implicit repeal | 32011D0377 | 01/01/2013 |
12.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/9 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ April 2012
li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2321)
(2012/190/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Lulju 2008 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/603/KE (2) li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Mawrizju rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn. Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/377/UE (3) ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fis-6 ta’ Ottubru 2011, il-Mawrizju talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mill-Mawrizju, il-qabdiet ta’ tonn nej baqgħu żgħar ħafna anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet normali staġjonali. Billi s-sitwazzjoni anormali sa mill-2008 għadha ma ntemmitx u minħabba l-problema tal-piraterija fl-Oċean Indjan għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(2) |
Fl-14 ta’ Awwissu 2008 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/691/KE (4) dwar deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Seychelles fir-rigward tat-tonn ippreservat. Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/377/UE ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fis-17 ta’ Novembru 2011, is-Seychelles talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mis-Seychelles il-qabdiet ta’ tonn nej baqgħu żgħar ħafna anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet normali staġjonali. Minbarra dan, it-theddida tal-piraterija tirriżulta f’numru mnaqqas ta’ jiem tas-sajd f’żoni li jħallu qligħ tajjeb iżda li huma ta’ riskju għoli. Billi s-sitwazzjoni anormali tal-2008 baqgħet l-istess, għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(3) |
Fit-18 ta’ Settembru 2008 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/751/KE (5) li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Madagaskar rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn. Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/377/UE ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fil-25 ta’ Ottubru 2011, il-Madagaskar talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont din l-informazzjoni l-kisba ta’ tonn nej oriġinarju għadha diffiċli minħabba l-problema tal-piraterija fl-Oċean Indjan. Billi s-sitwazzjoni anormali tal-2008 baqgħet l-istess, għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(4) |
Id-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE kienu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi tal-AKP lejn l-Unjoni kif ukoll tranżizzjoni bla problemi għall-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar bħala parti u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-parti l-oħra (Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika ESA-UE). Għalhekk, il-perjodu ta’ żmien tad-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE għandu jiġi estiż mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
(5) |
Ma jkunx xieraq li jingħataw derogi skont l-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 li jaqbżu l-kwota annwali mogħtija lir-reġjun ESA skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika ESA-UE. Għaldaqstant, l-ammonti tal-kwoti għall-2012 għandhom jiġu stabbiliti għal 3 000 tunnellata ta’ tonn ippreservat u 600 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-Mawrizju, 3 000 tunnellata ta’ tonn ippreservat u 600 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għas-Seychelles u 2 000 tunnellata ta’ tonn ippreservat u 500 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-Madagaskar. |
(6) |
Fl-interess taċ-ċarezza, huwa adatt li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-uniċi materjali mhux ta’ oriġini li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ tonn preservat u flettijiet tat-tonn taħt kodiċi NM 1604 14 16 għandhom ikunu tonn taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303, sabiex it-tonn preservat u l-flettijiet tat-tonn jibbenefikaw mid-deroga. |
(7) |
Id-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/603/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 B’deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dak l-Anness, it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn tonn mhux ta’ oriġini taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mill-Mawrizju skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.”; |
2. |
L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Mawrizju matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”; |
3. |
L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”; |
4. |
L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2008/691/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 B’deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dak l-Anness, it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn tonn mhux ta’ oriġini taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mis-Seychelles skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.”; |
2. |
L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mis-Seychelles matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”; |
3. |
L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”; |
4. |
L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2008/751/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 B’deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(a) tiegħu, it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn tonn mhux ta’ oriġini taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mill-Madagaskar skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.”; |
2. |
L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Madagaskar matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”; |
3. |
L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”; |
4. |
L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1
(2) ĠU L 194, 23.7.2008, p. 9.
(3) ĠU L 168, 28.6.2011, p. 12.
(4) ĠU L 225, 23.8.2008, p. 17.
(5) ĠU L 255, 23.9.2008, p. 31.
ANNESS I
“ANNESS
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodi |
Kwantitajiet (tunnellati) |
09.1668 |
ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70 |
Tonn ippreservat (1) |
Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008 |
3 000 |
Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 |
3 000 |
|||
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 |
3 000 |
|||
Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011 |
3 000 |
|||
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
3 000 |
|||
09.1669 |
1604 14 16 |
Flettijiet tat-tonn |
Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008 |
600 |
Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 |
600 |
|||
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 |
600 |
|||
Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011 |
600 |
|||
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
600 |
(1) Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604.”
ANNESS II
“ANNESS
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodi |
Kwantità (tunnellati) |
09.1666 |
ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70 |
Tonn ippreservat (1) |
Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008 |
3 000 |
Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 |
3 000 |
|||
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 |
3 000 |
|||
Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011 |
3 000 |
|||
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
3 000 |
|||
09.1630 |
1604 14 16 |
Flettijiet tat-tonn |
Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011 |
600 |
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
600 |
(1) Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604.”
ANNESS III
“ANNESS
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodi |
Kwantitajiet (tunnellati) |
09.1645 |
ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 ex 1604 20 70 |
Tonn ippreservat (1) |
Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008 |
2 000 |
Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 |
2 000 |
|||
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 |
2 000 |
|||
Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011 |
2 000 |
|||
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
2 000 |
|||
09.1646 |
1604 14 16 |
Flettijiet tat-tonn |
Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008 |
500 |
Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 |
500 |
|||
Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010 |
500 |
|||
Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011 |
500 |
|||
Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012 |
500 |
(1) Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604.”