Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0031

    2012/31/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2007/275/KE dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9517) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 21, 24.1.2012, p. 1–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0632

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/31/oj

    24.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 21/1


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Diċembru 2011

    li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2007/275/KE dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9517)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2012/31/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 91/496/KEE tipprovdi għal kontrolli veterinarji rigward fuq annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri skont dik id-Direttiva.

    (2)

    Id-Direttiva 97/78/KE tipprovdi għall-verifiki veterinarji fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u ċerti prodotti tal-pjanti introdotti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

    (3)

    Dawk id-Direttivi jipprovdu li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri m'għandhomx jippermettu l-importazzjoni fl-Unjoni tal-annimali u l-prodotti kkonċernati sakemm dawk il-kontrolli veterinarji ma jkunux twettqu b'riżultati sodisfaċenti fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (3) tipprovdi li l-annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali elenkati fl-Anness I tagħha għandhom jiġu suġġetti għal kontrolli veterinarji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE (“il-kontrolli veterinarji”).

    (5)

    L-annimali u l-prodotti li meħtieġa jgħaddu minn kontrolli veterinarji għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar. Għalhekk, il-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE għandha tinġieb f'konformità mat-terminoloġija u r-referenzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE rigward ċerti kampjuni u oġġetti eżentati mill-kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri skont dik id-Direttiva (5).

    (6)

    Il-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE tistabbilixxi l-annimali u l-prodotti skont in-Nomenklatura Magħquda (“NM”), kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (6), bħala l-ewwel referenza għall-għażla ta’ kunsinni li għandhom jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji.

    (7)

    Il-kodiċijiet NM stabbiliti f'dak ir-Regolament ġew aġġornati bosta drabi mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/275/KE. Bidliet konsiderevoli ġew introdotti għall-kodiċijiet NM għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Barra minn hekk, l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1228/2010 (7) introduċa kodiċijiet NM għall-movimenti ta’ oġġetti speċifiċi, fosthom għall-provvista bil-vapur. Peress li dawk il-kodiċijiet tan-NM jistgħu jikkonċernaw prodotti li joriġinaw mill-annimali, dawn għandhom jiġu miżjuda mal-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

    (8)

    It-Trade Control and Expert System (TRACES) tal-Unjoni stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (8) identifikat inizjalment annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali tat-titoli b'erba' figuri tan-NM. TRACES sussegwentement ġiet aġġornata u ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu identifikati permezz tas-sottotitoli ta’ sitt jew tmien figuri tagħhom tal-kodiċijiet NM sabiex tiġi evitata klassifikazzjoni ħażina tal-oġġetti. Ir-referenzi rilevanti fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE għandhom jiġu emendati kif xieraq.

    (9)

    Għal ċerti kodiċijiet NM, id-Deċiżjoni 2007/275/KE hija kkonċernata biss b'parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu rilevanti jew titolu tan-NM. F'każijiet bħal dawn, il-kolonna 3 tal-lista stabbilita fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni tirreferi għal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni applikabbli u tipprovdi dettalji tal-annimali u oġġetti li għandhom jiġu soġġetti għal kontroll veterinarju. Filwaqt li jitqiesu tat-terminoloġija u r-referenzi issa previsti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u fir-Regolament (UE) Nru 142/2011, dawk ir-referenzi fid-Deċiżjoni 2007/275/KE għandhom jiġu aġġornati sabiex jikkunsidraw il-leġislazzjoni attwali tal-Unjoni.

    (10)

    Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE għandha tiġi aġġornata sabiex tikkunsidra l-emendi riċenti għall-kodiċijiet NM u tar-referenzi meħtieġa fil-kolonna 3 tal-lista.

    (11)

    Il-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2007/275/KE għandha għalhekk tiġi sostitwita bil-lista fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni 2007/275/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (12)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/275/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (3)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

    (4)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

    (5)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

    (6)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (7)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 17.

    (8)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.


    ANNESS

    “ANNESS I

    LISTA TA’ ANNIMALI U PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL VERIFIKI VETERINARJI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3

    Din il-lista tistabbilixxi l-annimali u l-prodotti skont in-nomenklatura tal-oġġetti li qed tintuża fl-Unjoni sabiex tiġi determinata l-għażla tal-kunsinni li jridu jiġu sottomessa għal verifiki veterinarji f'post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

    Noti għat-tabella:

    1.   Kummenti ġenerali

    Dawn il-kummenti ġenerali huma miżjuda ma’ ċerti kapitoli sabiex jiċċaraw liema annimali jew prodotti jkunu koperti mill-kapitolu rilevanti. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, issir referenza għar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-raba' kolonna ‘kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu’ ta’ diversi tabelli stipulati fl-Annessi XIII u XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, bħal fil-Kolonna (3) ta’ dik il-lista.

    2.   Nota tal-Kapitolu

    Dawn in-noti tal-kapitoli huma spjegazzjonijiet, estratti fejn meħtieġ, min-Noti tal-Kapitoli individwali tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

    3.   Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    Informazzjoni addizzjonali dwar il-Kapitoli differenti ġiet estratta, fejn meħtieġ, min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali mill-2007.

    4.   Kolonna (1) – il-kodiċi NM

    Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, imwaqqfa bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar 'il quddiem is-‘SA’), imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Mondjali tad-Dwana (‘OMD’), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell, fl-14 ta’ Ġunju 1983, u approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (1) (‘il-Konvenzjoni SA’). In-NM tirriproduċi t-titoli u s-sottotitoli tas-SA għal sitt figuri, u s-seba' u t-tmien figuri biss joħolqu sottotitoli ulterjuri li huma speċifiċi għaliha.

    Meta jintuża kodiċi b'erba' figuri: sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti kollha prefissi bi jew koperti minn dawn l-erba' figuri għandhom jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet, il-kodiċijiet NM rilevanti inklużi fis-sistema TRACES stabbilita bid-Deċiżjoni 2004/292/KE huma mqassma f'kodiċi b'sitt jew tmien figuri.

    Fejn ċerti prodotti speċifiċi biss taħt kwalunkwe kodiċi b'erba', sitt jew tmien figuri huma meħtieġa li jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji u ma teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt din il-kodiċi fin-NM, il-kodiċi jiġi mmarkat Ex (pereżempju, Ex30 02: verifiki vetrinarji meħtieġa biss għall-materjal derivat mill-annimali, inklużi ħuxlief u tiben, u mhux għat-titolu, is-sottotitolu jew il-kodiċi NM kollu). Il-kodiċijiet rilevanti huma inklużi wkoll fis-sistema TRACES.

    5.   Kolonna (2) - Deskrizzjoni

    Id-deskrizzjoni tal-oġġetti hija kif stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Għal aktar spjegazzjoni tal-kopertura eżatta tat-Tariffa Doganali Komuni, jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar emenda għal dak l-Anness.

    6.   Kolonna (3) – Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-annimali jew prodotti koperti. Aktar informazzjoni dwar l-annimali jew prodotti koperti fil-Kapitoli differenti tan-NM tista' tinstab fl-aktar verżjoni riċenti tan-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2). Għal informazzjoni aġġornata, jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar emenda jew il-verżjoni kkonsolidata ta’ dawn in-Noti ta’ Spjegazzjoni.

    Għal ċerti annimali ħajjin (bħal rettili, anfibji, insetti, dud, jew invertebrati oħra) u ċerti prodotti mill-annimali, bħalissa ma ġew miftiehma l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni tal-Unjoni: għalhekk, attwalment ma jeżistu l-ebda ċertifikati ta’ importazzjoni armonizzati.

    Madankollu, kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin, mhux speċifikati fil-leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 92/65/KE (3). Barra minn hekk, għal dawn l-annimali, japplikaw regoli nazzjonali dwar id-dokumentazzjoni li takkumpanja kunsinni bħal dawn. Veterinarji uffiċjali għandhom jeżaminaw il-kunsinni u joħorġu Dokument Komuni Veterinarju għad-Dħul (CVED) kif xieraq sabiex jindikaw li jkunu saru verifiki veterinarji u li l-annimali jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa.

    Prodotti derivati minn prodotti sekondarji mill-annimali koperti bir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u (UE) Nru 142/2011 m'humiex identifikati speċifikament fil-liġi tal-Unjoni. Għandhom isiru verifiki veterinarji fuq prodotti li huma parzjalment ipproċessati iżda jibqgħu materja prima li għandha tiġi pproċessata aktar fi stabbiliment approvat jew irreġistrat fid-destinazzjoni.

    Il-veterinarji uffiċjali fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri għandhom jevalwaw u jispeċifikaw, meta jkun meħtieġ, jekk prodott derivat huwiex ipproċessat b'mod suffiċjenti sabiex ma jkunx jeħtieġ aktar il-verifiki veterinarji previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    TABELLA

    Bla ħsara għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-oġġetti fil-kolonna 2 huwa meqjus li jkun ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-oġġetti koperti b'din id-Deċiżjoni huma determinati, f'dan l-Anness, minn kodiċijiet NM.

    Meta jkun hemm simbolu ‘Ex’ quddiem kodiċi NM, l-oġġetti koperti b'din id-Deċiżjoni huma determinati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti fil-kolonna (2) u l-kwalifikazzjoni u l-ispjegazzjoni fil-kolonna (3).

    KAPITOLU 1

    Annimali Ħajjin

    Nota tal-Kapitolu 1

    1.

    Dan il-kapitolu jkopri l-annimali ħajjin kollha, ħlief:

    (a)

    ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn, tat-titolu 0301, 0306, 0307 jew 0308;

    (b)

    kolturi ta’ mikroorganiżmi u prodotti oħrajn tat-titolu 3002 u

    (ċ)

    annimali tat-titolu 9508.

    Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    It-titolu 0106 jinkludi, inter alia, l-annimali domestiċi jew salvaġġi li ġejjin:

    (A)

    Mammiferi

    (1)

    Primati.

    (2)

    Balieni, dniefel u foċeni (mammiferi tal-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (mammiferi tas-subordni Sirenia); foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia).

    (3)

    Oħrajn (bħal renni, qtates, klieb, iljuni, tigri, orsijiet, iljunfanti, iġmla, żebri, fniek, liebri, ċriev, antilopi, kamoxxi, volpijiet, mink, u annimali oħra għall-irziezet tal-fer).

    (B)

    Rettili (inklużi sriep u fkieren)

    (Ċ)

    Għasafar

    (1)

    Għasafar tal-Priża.

    (2)

    Psittaciformes (inklużi pappagalli, parrukketti, makawi u kakatuwi).

    (3)

    Oħrajn (bħal perniċi, faġan, summien, gallini, bekkaċċ, ħamiem, faġan, gallozz, ortolan, papri salvaġġi, wiżż salvaġġ, merill, malvizz iswed, alwetti, sponsuni, tits, kolibri, paguni, ċinji, u għasafar oħra mhux speċifikati fit-titolu 0105).

    (D)

    Oħrajn, bħal naħal (kemm jekk jivvjaġġaw f'kaxxi jew f'gaġeġ jew urtikarja), insetti oħra, żrinġijiet.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    0101

    Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib ħajjin

    Kollha

    0102

    Annimali tal-ifrat (bovini) ħajjin

    Kollha

    0103

    Majjali ħajjin

    Kollha

    0104 10

    Nagħaġ ħajjin

    Kollha

    0104 20

    Mogħoż ħajjin

    Kollha

    0105

    Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u fargħun

    Kollha

    0106

    Annimali ħajjin oħra

    Kollha, ikopri l-annimali mill-sottotitoli li ġejjin:

     

    0106 11 00 (primati)

     

    0106 12 00 (balieni, dniefel u foċeni (mammiferi tal-ordni Cetacea); lamantini u dugongi (mammiferi tal-ordni Sirenia); foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia)

     

    0106 13 00 (iġmla u kamelidi oħra oħra (Camelidae))

     

    0106 14 10 (fniek domestiċi)

     

    0106 14 90 (fniek u liebri oħra minbarra fniek domestiċi)

     

    0106 19 00 (oħrajn): mammiferi għajr dawk tat-titolu 0101 , 0102 , 0103 , 0104 , 0106 11 , 0106 12 , 0106 13 u 0106 14 ; tkopri klieb u qtates

     

    0106 20 00 (rettili, inklużi sriep u fkieren)

     

    0106 31 00 (għasafar: għasafar tal-priża)

     

    0106 32 00 (għasafar: psittaciformes, inklużi pappagalli, parrukketti, makawi u kakatuwi)

     

    0106 33 00 (ngħam; emus (dromaius novaehollandiae)

     

    0106 39 (oħrajn): tkopri għasafar, għajr dawk tat-titolu 0105 , 0106 31 , 0106 32 u 0106 33 , inklużi ħamiem.

     

    0106 41 00 (naħal)

     

    0106 49 00 (insetti oħra għajr in-naħal)

     

    0106 90 00 (oħrajn): l-annimali ħajjin l-oħra kollha mhux kopert x'imkien ieħor, minbarra l-mammiferi, l-għasafar u r-rettili. Żrinġijiet ħajjin kemm jekk għall-vivaria biex jinżammu ħajjin, jew biex jiġu maqtula għall-konsum uman, huma koperti minn dan it-titolu.

    KAPITOLU 2

    Laħam u ġewwieni li jittiekel

    Nota tal-Kapitolu 2

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (a)

    Prodotti tat-tip deskritt fit-titoli 0201 sa 0208 jew 0210 mhux tajbin jew mhux adattati għall-konsum uman;

    (b)

    imsaren, bżieżaq u stonki tal-annimali (it-titolu 0504) jew demm tal-annimali (it-titolu 0511 jew 3002); jew

    (ċ)

    xaħam tal-annimali, għajr il-prodotti tat-titolu 0209 (il-Kapitolu 15).

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    0201

    Laħam ta’ annimali tal-ifrat (bovini), frisk jew imkessaħ

    Kollha

    0202

    Laħam ta’ annimali tal-ifrat (bovini), iffriżat

    Kollha

    0203

    Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat

    Kollha

    0204

    Laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

    Kollha

    0205 00

    Laħam taż-żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat

    Kollha

    0206

    Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali tal-ifrat (bovini), majjali, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat

    Kollha

    0207

    Laħam u ġewwieni li jittiekel, tat-tjur tat-titolu 0105 , frisk, imkessaħ jew iffriżat

    Kollha

    0208

    Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew iffriżat

    Kollha, eskluża: materja prima mhux maħsuba/tajba għall-konsum uman.

    Dan ikopri materja prima oħra għall-produzzjoni tal-ġelatina jew tal-collagen għall-konsum uman.

    Jkopri l-laħam u ġewwieni li jittiekel mis-sottotitoli li ġejjin:

     

    0208 10 (tal-fniek jew tal-liebri)

     

    0208 30 00 (tal-primati)

     

    0208 40 (tal-balieni, dniefel u foċeni (mammiferi tal-ordni Cetacea); ta’ lamantini u dugongi (mammiferi tal-ordni Sirenia); ta’ foki, iljuni tal-baħar u odobeni (mammiferi tas-subordni Pinnipedia)

     

    0208 50 00 (tar-rettili, inklużi sriep u fkieren)

     

    0208 60 00 (tal-iġmla u kamelidi oħra (Camelidae))

     

    0208 90 (oħra: tal-ħamiem domestiku, tal-annimali tal-kaċċa għajr tal-fniek jew liebri): jkopri l-laħam tas-summien, il-laħam tar-renna jew ta’ kwalunkwe speċi oħra ta’ mammiferi. Ikopri saqajn taż-żrinġijiet taħt il-kodiċi NM 0208 90 70 .

    0209

    Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estrattat mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat.

    Kollha, ikopri kemm xaħam kif ukoll xaħam ipproċessati kif deskritt fil-kolonna 2.

    0210

    Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittieklu.

    Kollha, ikopri l-laħam, il-prodotti tal-laħam u prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali.

    Ikopri l-proteini pproċessati tal-annimali u l-widnejn imnixxfa tal-majjali għall-konsum uman.

    L-għadam għall-konsum mill-bniedem huma koperti taħt it-titolu 0506 .

    Iz-zalzett huwa kopert taħt it-titolu 1601 .

    Il-qrieqeċ huma koperti taħt it-titolu 2301 .

    KAPITOLU 3

    Ħut u Krustaċji, Molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn

    Kummenti ġenerali

    Dan il-kapitolu jkopri kemm ħut ħaj għat-trobbija u għar-riproduzzjoni, il-ħut ornamentali ħaj, u l-ħut ħaj jew il-krustaċji ħajjin li jiġi ttrasportat ħaj iżda li jiġi importat għall-konsum uman.

    Il-prodotti kollha f'din il-kapitolu huma suġġetti għal verifiki veterinarji.

    Noti tal-Kapitolu 3 (estratt mir-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (a)

    il-mammiferi tat-titolu 0106;

    (b)

    il-laħam tal-mammiferi tat-titolu 0106 (it-titolu 0208 jew 0210);

    (ċ)

    il-ħut (inkluż il-fwied u l-bajd tagħhom) jew il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra mejtin u li mhumiex tajbin jew mhumiex adattati għall-konsum uman minħabba jew l-ispeċi tagħhom jew il-kondizzjoni tagħhom (il-Kapitolu 5); dqiq, pasti jew gerbub tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra li mhumiex tajbin għall-konsum uman (it-titolu 2301); jew

    (d)

    il-kavjar jew is-sostituti tal-kavjar magħmulin mill-bajd tal-ħut (it-titolu 1604).

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    0301

    Ħut ħaj

    Kollha: ikopri t-trot, is-sallur, il-karpjuni, jew kwalunkwe speċi oħra jew kwalunkwe ħuta oħra li tiġi importata għat-trobbija jew għar-riproduzzjoni.

    Il-ħut ħaj importat għall-konsum immedjat mill-bniedem jiġi ttrattati, għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

    Ikopri l-ħut ornamentali fis-sottotitolu 0301 10 .

    0302

    Ħut, frisk jew imkessaħ, għajr qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tat-titolu 0304

    Kollha; ikopri l-fwied u l-bajd, frisk jew imkessaħ, fil-kodiċi NM 0302 90 00 .

    0303

    Ħut, iffriżat, għajr qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut tat-titolu 0304

    Kollha; ikopri l-fwied u l-bajd, iffriżat, fis-sottotitolu 0303 90 .

    0304

    Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), frisk, imkessaħ jew iffriżat.

    Kollha

    0305

    Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, ħut affumikat, kemm jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess tal-affumikar; dqiq, pasti u gerbub tal-ħut, tajbin għall-konsum uman.

    Kollha, ikopri prodotti oħra tas-sajd bħal dqiq, pasti u gerbub tajbin għall-konsum uman magħmulin mill-ħut, ikopri l-irjus, id-dnub u l-maws tal-ħut u prodotti tas-sajd oħra.

    0306

    Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub tal-krustaċji, tajbin għall-konsum uman.

    Kollha: il-krustaċji ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu trattati għal skopijiet ta’ verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

    Ikopri xadini ornamentali baħar u ċ-ċesti tagħhom għall-użu bħala annimali domestiċi; u kull krustaċji ornamentali ħajjin kif ipprovdut bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (4).

    0307

    Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immelħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq, pasti u gerbub ta’ molluski, tajbin għall-konsum uman.

    Dan ikopri l-molluski li jistgħu jkunu ġew imsajrin u mbagħad affumikati. Molluski imsajrin oħra huma koperti fit-titolu 1605 .

    Ikopri molluski ornamentali ħajjin kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

    Molluski ħajjin importati għall-konsum immedjat mill-bniedem jitqiesu u jiġu trattati għal skopijiet verifiki veterinarji, daqslikieku kienu prodotti.

    Ikopri kollha mis-sottotitolu 0307 11 sa 0307 99 , bħalma huma l-eżempji li ġejjin:

     

    0307 60 (il-bebbux għajr il-bebbux tal-baħar): ikopri gastropodi terrestri tal-ispeċi Helix pomatia, Helix aspersa, Helix lucorum u speċi tal-familja Achatinidae. Ikopri bebbux ħajjin (inkluż il-bebbux tal-ilma ħelu) għall-konsum immedjat mill-bniedem u wkoll laħam tal-bebbux għall-konsum uman. Ikopri bebbux imsajjar ftit minn qabel jew ipproċessat minn qabel. Prodotti pproċessati aktar, huma koperti fit-titolu 1605

     

    0307 91 00 (molluski oħra ħajjin, friski jew imkessħin għajr il-gajdri, arzell, molluski, siċċ, qarnit, bebbux għajr bebbux tal-baħar, gandoffli, arzell, qxur arka, abalones; iżda inklużi dqiq, pasti u gerbub tagħhom, tajbin għall-konsum uman):: ikopri laħam tal-ispeċi tal-bebbux tal-ilma baħar, kemm jekk fil-qoxra jew le).

     

    0307 99 (molluski oħra għajr il-gajdri, arzell, molluski, siċċ, qarnit, bebbux għajr bebbux tal-baħar, gandoffli, arzell, qxur arka, abalones għajr dawk ħajjin, friski jew imkessħin; iżda inklużi dqiq, pasti u gerbub tagħhom, tajbin għall- konsum uman).

    0308

    Invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi affumikat għajr krustaċji u molluski, kemm jekk imsajrin qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq, pasti u gerbub tal-invertebrati akkwatiċi għajr il-krustaċji u molluski, tajbin għall-konsum uman.

    Kollha

    KAPITOLU 4

    Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

    Noti tal-Kapitolu 4

    1.

    L-espressjoni ‘ħalib’ tfisser ħalib intier jew ħalib parzjalment jew kompletament xkumat.

    2.

    Għall-finijiet tat-titolu 0405:

    (a)

    it-terminu ‘butir’ ifisser butir naturali, butir tax-xorrox jew butir rikostitwit (frisk, immellaħ jew misnieħ, inkluż butir fil-laned) derivat esklużivament mill-ħalib, b'kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 80 % jew aktar iżda mhux iktar minn 95 % tal-piż, b'kontenut massimu ta’ solidi mhux xaħam ta’ 2 % tal-piż u b'kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % tal-piż. Il-butir m'għandux ikollu emulsjonanti miżjuda, iżda jista' jkun fih klorur tas-sodju, ilwien tal-ikel, melħ newtralizzanti u kolturi ta’ batterji li jipproduċu l-aċidu lattiku li ma jagħmlux ħsara;

    (b)

    l-espressjoni ‘dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib’ tfisser emulsjoni li tinfirex tat-tip ilma fiż-żejt, b'kontenut ta’ xaħam tal-ħalib bħala l-uniku xaħam fil-prodott, b'kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 39 % jew iktar iżda inqas minn 80 % tal-piż.

    3.

    Il-prodotti miksuba bil-konċentrazzjoni tax-xorrox u biż-żieda tal-ħalib jew tax-xaħam tal-ħalib għandhom jiġu kklassifikati bħala ġobon fit-titolu 0406 sakemm dawn ikollhom it-tliet karatteristiċi li ġejjin:

    (a)

    kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, tal-piż ta’ materja niexfa, ta’ 5 % jew aktar;

    (b)

    kontenut ta’ materja niexfa, bil-piż, ta’ mill-inqas 70 % iżda mhux iżjed minn 85 %; u

    (ċ)

    dawn ikunu ffurmati jew jistgħu jingħataw forma.

    4.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (a)

    il-prodotti miksuba mix-xorrox, li fihom, bil-piż, aktar minn 95 % ta’ lattożju, espress bħala lattożju anidru li jiġi meqjus fuq il-materjal xott (it-titolu 1702); jew

    (b)

    l-albumini (inklużi konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew aktar li fihom, bil-piż aktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott) (it-titolu 3502) jew il-globulini (it-titolu 3504).

    Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    It-titolu 0408 ikopri bajd sħiħ mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd tat-tjur kollha. Il-prodotti ta’ dan it-titolu jistgħu jkunu friski, imnixxfin, imsajrin bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, iffurmati (pereżempju ‘bajd twil’ ċilindriku), iffriżati jew ippreservat mod ieħor. Dawn kollha jaqgħu fit-titolu kemm jekk fihom zokkor miżjud jew sustanzi ħelwin oħra u kemm jekk għall-użu bħala ikel jew għal skopijiet industrijali (pereżempju, fl-ikkunzar).

    Dan it-titolu ma jkoprix

    (a)

    Iż-żejt tal-isfar tal-bajd (it-titolu 1506).

    (b)

    Il-preparazzjonijiet tal-bajd li fihom tħawwir, ħwawar jew additivi oħra (it-titolu 2106).

    (ċ)

    Lekitina (it-titolu 2923).

    (d)

    l-abjad tal-bajd separat (albumin tal-bajd) (it-titolu 3502).

    Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    It-titolu 0409 ikopri għasel prodott minn naħal (Apis mellifera) jew minn insetti oħra, iċċentrifugat jew fix-xehda jew li fih biċċiet ta’ xehda, sakemm ma jkunx ġie miżjud iz-zokkor jew sustanza oħra. Għasel bħal dan jista' jiġi magħżul skont is-sors, l-oriġini jew il-kulur tal-fjuri.

    It-titolu 0409jeskludi l-għasel artifiċjali u taħlitiet ta’ għasel naturali u artifiċjali (it-titolu 1702).

    Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    It-titolu 0410 ikopri prodotti li joriġinaw mill-annimali tajbin għall-konsum uman, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor fin-Nomenklatura Magħquda. Dan jinkludi:

    (a)

    il-bajd tal-fkieren.

    (b)

    il-bejtiet tas-salangani (‘bejtiet tal-għasafar’).

    It-titolu 0410jeskludi d-demm tal-annimali, li jittiekel jew le, likwidu jew imnixxef (it-titolu 0511 jew 3002).

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    0401

    Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr ma fihom zokkor miżjud jew ta’ xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa.

    Kollha: ħalib ikopri ħalib li ma jkunx ipproċessat, li jkun pasturizzat, jew ipproċessat bis-sħana, inkluż iffriżat.

    Ikopri frazzjonijiet tal-ħalib.

    Ħalib għall-għalf tal-annimali huwa kopert taħt dan it-titolu, filwaqt li l-għalf tal-annimali li fih il-ħalib huwa kopert fit-titolu 2309 .

    Ħalib għal użu terapewtiku/profilattiku huwa kopert fit-titolu 3001 .

    0402

    Ħalib u krema, konċentrati jew biz-zokkor miżjud jew ta’ xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa.

    Kollha, inkluż il-ħalib għat-trabi.

    0403

    Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati jew le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew imħawwrin jew bi frott, ġewż jew kawkaw miżjudin.

    Kollha, ikopri krema, ħalib imħawwar jew bi frott, iffriżat u fermentat, għall-konsum uman.

    Il-ġelat huwa kopert fit-titolu 2105 .

    Xorb li fih il-ħalib b'togħma ta’ kawkaw jew sustanzi oħra huma koperti fit-titolu 2202 .

    0404

    Xorrox, kemm jekk ikkonċentrati jew fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew sustanzi ħelwin oħra, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

    Kollha, ikopri prodotti tal-ħalib għat-trabi.

    Ikopri fil-kodiċi NM 0404 10 48 colostrum bovin, f'forma likwida, bix-xaħam imneħħi u mhux kaseinat, għall-konsum uman, u fil-kodiċi NM 0404 90 21 imnixxef bl-isprej, trab colostrum bix-xaħam imnaqqas mhux dekaseinat, għall-konsum uman.

    0405

    Butir u xaħmijiet u żjut oħra derivati mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib.

    Kollha: ikopri d-dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib.

    0406

    Ġobon u baqta

    Kollha

    0407

    Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar.

    Kollha, ikopri l-bajd għat-tifqis u bajd Speċifikat Liberu mill-Patoġeni (SPF), bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni (0407 11 u 0407 19 ).

    Ikopri bajd frisk (0407 21 sa 0407 29 ) u bajd ieħor (0407 90 ), mhux tajbin u tajbin għall-konsum uman.

    Ikopri ‘bajd ta’ 100 sena’.

    L-albumin tal-bajd li mhux tajjjeb u tajjeb għall-konsum uman huwa kopert bit-titolu 3502 .

    0408

    Il-bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u l-isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew b'materjal ieġor li jagħti l-ħlewwa miżjud jew le.

    Kollha: dan it-titolu jkopri l-prodotti tal-bajd sew jekk ikunu ġew trattati bis-sħana jew le u prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum uman.

    0409 00 00

    Għasel naturali

    Kollha

    0410 00 00

    Prodotti li jittieklu li joriġinaw mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra.

    Kollha

    Dan it-titolu jkopri r-‘royal jelly’ u l-propolis (użati fil-manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi u supplimenti tal-ikel) u materjal ieħor ġej mill-annimali għall-konsum uman, minbarra l-għadam (li huma koperti fl-0506 ).

    Insetti jew bajd tal-insetti għall-konsum uman huma koperti f'dan il-kodiċi NM.

    KAPITOLU 5

    Prodotti li joriġinaw mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

    Kummenti ġenerali

    Rekwiżiti speċifiċi għal ċerti prodotti f'dan il-kapitolu huma stabbiliti fit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:

     

    Ringiela 7: lanżit tal-ħnieżer

     

    Ringiela 8: xagħar mhux trattat

     

    Ringiela 9: rix ittrattat u partijiet ta’ rix.

    It-termini ‘mhux trattat’ u ‘trattat’ huma definiti għall-prodott rilevanti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Noti tal-Kapitolu 5 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (a)

    prodotti tajbin għall-ikel (għajr imsaren, bżieżaq u stonku tal-annimali, sħaħ jew bċejjeċ minnhom, u demm tal-annimali, likwidu jew niexef);

    (b)

    ġlud (inklużi l-ferijiet), għajr oġġetti tat-titolu 0505 u bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux maħduma tat-titolu 0511 (il-Kapitolu 41 jew 43);

    (ċ)

    materjali ta’ tessuti tal-annimali, għajr il-krin u l-iskart tal-krin (it-Taqsima XI); jew

    (d)

    għoqiedi jew trofof lesti għall-manifattura ta’ xkupi u xkupilji (it-titolu 9603).

    3.

    Matul in-nomenklatura, in-nejbiet tal-iljunfanti, tal-ippopotami, tal-odobenu, tan-narwal, u taċ-ċingjal, il-qrun tar-rinoċeronti u s-snien tal-annimali kollha jitqiesu bħala ‘avorju’.

    4.

    Matul in-nomenklatura, l-espressjoni ‘krin’ tfisser ix-xagħar tal-krinieri jew tad-dnub ta’ annimali ekwini jew tal-ifrat (bovini).

    Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    It-titolu 0505 ikopri

    (1)

    Il-ġlud u partijiet oħra minn għasafar (eż., rjus, ġwienaħ) bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, u

    (2)

    Rix u partijiet mir-'rix (kemm bit-trufmirqumin jew le), u l-ewwel rix,

    sakemm dawn ikunu jew mhux maħdumin, jew sempliċement imnaddfin, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni imma mhux maħdumin jew immuntati mod ieħor.

    It-titolu 0505 ikopri wkoll trab mitħun oħxon u skart tar-rix jew partijiet mir-rix.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    0502 10 00

    Lanzit u xagħar tal-ħnieżer, jew tal-ħnieżer salvaġġi u skart ta’ lanzit jew xagħar bħal dan.

    Kollha, trattati u mhux trattati.

    Il-lanżit tal-ħnieżer mhux trattati tfisser il-lanżit tal-ħnieżer li ma jkunx għadda mill-ħasil tal-fabbrika, ma jkunx inkiseb mill-ikkunzar, jew ma jkunx ġie ttrattat b'xi metodu ieħor sabiex ikun żgurat li ma jibqa' l-ebda patoġenu.

    0504 00 00

    Imsaren, bżieżaq u stonki ta’ annimali (għajr ħut), sħaħ jew bċejjeċ minnhom, friski, imkessħin, iffriżati, immellħin, fis-salmura, imnixxfin jew affumikati.

    Kollha: ikopri stonku, bżieżaq u intestini mnaddfin, immellħin, imnixxfin jew imsaħħnin ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini, jew ta’ oriġini tat-tjur.

    Ex05 05

    Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar, bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom, rix u bċejjeċ tar-rix (kemm jekk bit-trufijiet mirquma) u bl-ewwel rix, mhux maħdumin aktar minn imnaddfin, iddiżinfettati jew ittrattati għall-preservazzjoni; trab u skart tar-rix jew ta’ partijiet tar-rix.

    Kollha: inklużi trofej tal-kaċċa tal-għasafar, iżda eskluż ir-rix dekorattiv ittrattat, rix ittrattat li jinġarr minn passiġġieri għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali.

    L-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ rix mhux ittrattat u partijiet tar-rix u tal-ewwel rix.

    Kontrolli veterinarji japplikaw għal rix indipendentement mit-trattament tagħhom kif imsemmi fil-punt C tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Rekwiżiti speċifiċi ulterjuri għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    It-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tkopri rix użat għall-mili; l-ewwel rix, mhux ipproċessat jew rix ieħor.

    0506

    Għadam u ċ-ċentri tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, sempliċement ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), ittrattati bl-aċidu jew deġelatinizzati; trab u skart ta’ dawn il-prodotti.

    Ikopri l-għadam għall-produzzjoni tal-ġelatina, jew tal-collagen jekk ikunu derivati minn karkassi li jkunu nqatlu għall-konsum uman u dqiq tal-għadam għall-konsum uman.

    Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti bħal dawn mhux maħsuba għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 6 (trofej tal-kaċċa) u fir-Ringiela 11 (għadam u prodotti mill-għadam (għajr ikel mill-għadam), qrun u prodotti mill-qrun (għajr ikel mill-qrun) u dwiefer u prodotti min-nagħal (għajr ikel min-nagħal) għal użu ieħor għajr bħala materjal ta’ għalf, fertilizzant organiku jew materjali li jtejbu l-ħamrija) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    0507

    Avorju, il-qoxra tal-fekruna, l-għadma tal-balieni u x-xagħar tal-għadam tal-balieni, qrejjen, qran imsarrġa, qawqab, dwiefer, dwiefer ippuntati u mnaqar, li mhumiex maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma; trab u skart ta’ dawn il-prodotti.

    Ir-rekwiżiti speċifiċi għat-trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Ikopri trofej tal-kaċċa trattati minn għasafar u minn annimali bid-dwiefer li jkunu biss għadam, qrejjen, qawqab, dwiefer ippuntati, qrun imsaġġra, snien, ġlud minn pajjiżi terzi.

    Ex05080000

    Korall u materjal simili, mhux maħdumin jew sempliċiment ippreparati iżda mhux maħdumin mod ieħor; qxur ta’ molluski, krustaċji jew ekinodermi u għadam tas-siċċ, mhux maħduma jew sempliċement ippreparati iżda mhumiex maqtugħin għall-forma, trab u skart li joħroġ minnhom.

    Qxur vojt għall-użu fl-ikel u l-użu bħala materja prima għall-glukożamina.

    Barra minn hekk, qxur li jkun fihom laħam artab tiegħu u laħmu jintużaw għal skopijiet differenti huma koperti skont l-Artikolu 10(k)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

    Ex05100000

    Ambra griża, kastorju, żibett u misk, kantaridi, bila, imnixxfa jew le; glandoli u prodotti oħrajn tal-annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħa, iffriżati jew ippreservati provviżorjament mod ieħor

    Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għal prodotti sekondarji mill-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel tal-annimali domestiċi għajr ikel mhux ipproċessat tal-annimali domestiċi u prodotti derivati għal użu barra mill-katina tal-għalf (għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra).

    Il-glandoli, prodotti oħra tal-annimali u l-bila huma koperti minn dan il-kodiċi.

    Il-glandoli mnixxfa u l-prodotti huma koperti mit-titolu 3001 .

    0511

    Prodotti tal-annimali mhux speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum uman.

    Kollha, ikopri is-sottotitoli 0511 10 sa 0511 99 .

    Ikopri materjal ġenetiku (semen u embrijuni li joriġinaw mill-annimali bħal l-ifrat (bovini), ovini, kaprini, ekwini u l-ispeċi porċina) u prodotti sekondarji mill-annimali ta’ materjali tal-Kategoriji 1 and 2.

    Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ prodotti tal-annimali li jaqgħu fis-subtitoli 0511 10 sa 0511 99 :

     

    0511 10 00 (semen tal-ifrat (bovini))

     

    0511 91 (prodotti tal-ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn): kollha, ikopri bajd tal-ħut għat-tifqis, annimali mejta, prodotti sekondarji mill-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi u għall-farmaċewtiċi u prodotti tekniċi oħra. Ikopri annimali mejta tal-Kapitolu 3, mhux tajbin biex jittieklu jew ikklassifikati mhux tajbin għall-konsum uman, pereżempju, daphnids, magħrufin bħala briegħed tal-ilma, u ostracoda jew phyllopods oħrajn, imnixxfa, biex jitimgħu ħut akkwarju; ikopri lixka tal-ħut.

     

    0511 99 10 (muskoli jew għeruq; bċejjeċ u skart simili ta’ ġlud mhux maħdumin)

     

    0511 99 31 (sponoż naturali mhux iproċessati li joriġinaw mill-annimali): kollha jekk għall-konsum uman, jekk mhux għall-konsum uman biss dawk intiżi għall-annimali domestiċi. Rekwiżiti speċifiċi għal nuqqas ta’ konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

     

    0511 99 39 (għajr sponoż naturali mhux ipproċessati li joriġinaw mill-annimali): kollha jekk għall-konsum uman, jekk mhux għall-konsum uman biss dawk intiżi għall-annimali domestiċi. Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti għall-konsum mhux mill-bniedem fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

     

    0511 99 85 (prodotti oħra minn annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejta tal-Kapitolu 1, mhux tajbin għal konsum uman): kollha: l-embrijuni, l-ova, is-semen u l-materjal ġenetiku mhux kopert f'0511 10 u tal-ispeċijiet għajr l-annimali tal-ifrat (bovini) li jaqgħu taħt dan t-titolu. Ikopri l-prodotti sekondarji tal-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel tal-annimali domestiċi jew prodotti teknoloġiċi oħrajn.

    Ikopri xagħar taż-żiemel mhux trattat, prodotti ta’ apikultura għajr xama' għall-apikultura jew użu tekniku, spermaċeti għal użu tekniku, annimali mejta tal-Kapitolu 1 li ma jittiklux jew mhumiex għall-konsum uman (pereżempju klieb, qtates, insetti), materjal tal-annimali fejn il-karatteristiċi essenzjali ma jkunux ġew imbiddla, u d-demm tal-annimali li jittiekel li mhux derivat mill-ħut, għall-konsum uman.

    KAPITOLU 12

    Żrieragħ u frott żejtnin diversi qmuħ, żrieragħ u frott: pjanti industrijali jew mediċinali: tiben u magħlef

    Kummenti ġenerali

    Ċerti prodotti tal-pjanti biss huma soġġetti għall-kontrolli veterinarji, ara d-definizzjoni ta’ ‘prodotti’ fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex12129995

    Polline tan-naħal

    Kollha

    Ex12130000

    Tiben u ħliefa taċ-ċereali, mhux ippreparati, kemm jekk imqattgħin bċejjeċ, mitħunin, ippressati, f'forma ta’ gerbub jew le.

    Ikopri biss tiben.

    Ex12 14 90

    Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupina, ġulbiena u prodotti simili għall-għalf kemm jekk f'forma ta’ gerbub jew le: Għajr Xnien (alfalfa) mitħun oħxon u gerbub.

    Ikopri biss ħuxlief.

    KAPITOLU 15

    Xaħmijiet u żjut u l-prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet li jittieklu mħejjija; xemgħat ta' annimali jew veġetali

    Rimarki ġenerali

    Xaħmijiet u żjut kollha derivati mill-annnimali. Rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti li ġejjin huma stabbiliti fl-Anness XIV tar-Regolament (EU) Nru 142/2011:

    1.

    xaħmijiet mirduda u żejt tal-ħut fir-Ringiela 3 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I;

    2.

    xaħmijiet mirduda mill-materjali tal-Kategorija 2 għal ċerti finijiet barra l-katina tal-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet (pereżempju finijiet oleokimiċi) fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II;

    3.

    id-derivattivi tax-xaħam fir-Ringiela 18 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II.

    Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti tal-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra huma suġġetti għal verifiki veterinarji.

    Noti tal-Kapitolu 15 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (a)

    ix-xaħam tal-majjal jew ix-xaħam tat-tjur fit-titolu 0209;

    (b)

    il-butir, ix-xaħam u ż-żejt tal-kawkaw (it-titolu 1804);

    (ċ)

    preparazzjonijiet li jittieklu li fihom aktar minn 15 % bil-piż tal-prodotti tat-titolu 0405 (ġeneralment il-Kapitolu 21);

    (d)

    fdal li ma dabx (it-titolu 2301) jew il-fdalijiet tat-titoli 2304 sa 2306;

    3.

    It-titolu 1518 ma jkoprix xaħmijiet jew żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom, żnaturati biss, li jiġu klassifikati taħt it-titolu xieraq għax-xaħmijiet u għaż-żjut u għall-frazzjonijiet korrispondenti tagħhom mhux żnaturati.

    4.

    Sapun sempliċi, tartru u residwi taż-żejt, żift tal-istearina, żift tal-gliċerol u residwi tax-xaħam tas-suf jaqgħu fit-titolu 1522.

    Estratt mir-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    It-titolu 1516 ikopri x-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali u veġetali, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimikali speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew ippreparati aktar.

    It-titolu jkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali jew veġetali li ġew ittrattati b'mod simili.

    L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f'kuntatt ma’ idroġenu pur f'temperatura u taħt pressjoni adattati fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b'mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati fi gliċeridi saturati b'punti ogħla ta’ tidwib.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    1501

    Xaħam tal-majjal (inkluż il-lardu) u xaħam tat-tjur, għajr dak tat-titolu 0209 jew 1503 .

    Kollha

    1502

    Xaħmijiet ta’ annimali tal-ifrat (bovini), tan-naħaġ jew tal-mogħoż, għajr dawk tat-titolu 1503 .

    Kollha

    1503 00

    Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleo-oil u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor.

    Kollha

    1504

    Xaħmijiet u żjut oħra tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament.

    Kollha, iż-żjut tal-ħut – u ż-żjut minn prodotti tas-sajd u minn mammiferi marini.

    Il-preparazzjonijiet li jittieklu mħallta huma koperti mill-Kapitolu 21.

    1505 00

    Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmija derivati minnhom (inkluż il-lanolin).

    Kollha, importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tista' tkun possibbli għas-suf trattat kif imsemmi fil-punt B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk dan isir b'konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

    1506 00 00

    Xaħmijiet u żjut oħra tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament.

    Kollha

    Xaħmijiet jew żjut mhux maqsumin, u wkoll l-frazzjonijiet inizjali tagħhom prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    1516 10

    Xaħmijiet u żjut mill-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati, raffinati jew le, iżda mhux ippreparati aktar.

    Kollha: Xaħmijiet u żjut mill-annimali.

    Għall-verifiki veterinarji d-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti fl-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut tal-annimali meta fl-istat pur tagħhom prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Ex15 17

    Marġerina, taħlitiet li jittieklu jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex jew frazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut differenti ta’ dan il-kapitolu, minbarra xaħmijiet jew żjut jew frazzjonijiet tagħhom tat-titolu 1516 .

    Li fihom xaħam u żjut tal-annimali biss.

    Ex15180091

    Xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, mogħtija l-kubrit, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f'vakwu jew f'gass inerti jew li jkunu modifikati kimikament mod ieħor, għajr dawk tat-titolu 1516 .

    Xaħmijiet u żjut tal-annimali biss, mirduda.

    Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 17 (xaħmijiet mirduda) u r-Ringiela 18 (derivattivi tax-xaħam) tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    1518 00 95

    Taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-annimali u tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom.

    Kollha: preparazzjonijiet tax-xaħmijiet u ż-żjut derivati mill-annimali.

    Id-derivattivi tax-xaħam prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Ex15180099

    Oħra

    Biss jekk ikun fih xaħam mill-annimali.

    1521 90 91

    Xema' tan-naħal mhux maħduma u xemgħat oħrajn tal-insetti.

    Kollha, ikopri xemgħat naturali f'xehdiet naturali, xema' tan-naħal mhux ipproċessat għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi.

    L-Artikolu 25(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ xema tan-naħal fil-forma ta’ xehda.

    Rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti sekondarji tal-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    1521 90 99

    Xema' tan-naħal u xema' ta’ insetti oħrajn, kemm jekk irfinuti jew ikkuluriti jew le, għajr dawk mhux ipproċessati.

    Kollha, ikopri xema', ipproċessata jew irfinuta, kemm jekk ibbliċjata jew ikkulurita, għall-apikultura jew għal finijiet tekniċi.

    Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti sekondarji għall-apikultura huma stabbiliti fir-Ringiela 10 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Prodotti sekondarji għall-apikultura għajr xema' tan-naħal għandhom jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji taħt il-kodiċi NM 0511 99 85 ‘Oħrajn’.

    Ex15 22 00

    Degras; residwi li jirriżultaw mit-trattament ta’ sustanzi xaħmija jew xema' mill-annimali u l-ħxejjex.

    Oriġini mill-annimali biss.

    KAPITOLU 16

    Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn:

    Kummenti ġenerali

    Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti mill-annimali pproċessati.

    Noti tal-Kapitolu 16

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix il-laħam, il-fdal tal-laħam, il-ħut, il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn li jiġu ppreparati jew ippreservati bil-proċess speċifikat fil-Kapitolu 2 jew 3 jew fit-titolu 0504.

    2.

    Il-preparazzjonijiet tal-ikel jaqgħu taħt dan il-kapitolu sakemm dawn ikollhom, aktar minn 20 % tal-piż f'zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom. Meta l-preparazzjoni jkun fiha tnejn jew aktar mill-prodotti msemmija aktar 'il fuq, din tiġi klassifikata fit-titolu tal-Kapitolu 16 li jikkorrispondi għall-komponent jew għall-komponenti li jippredominaw fil-piż. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti mimlija tat-titolu 1902 jew għall-preparazzjonijiet tat-titolu 2103 jew 2104.

    Għal preparazzjonijiet li fihom fwied, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ma japplikawx biex ikunu determinati s-sottotitoli taħt it-titolu 1601 jew 1602.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    1601 00

    Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti.

    Kollha, ikopri laħam ippreservat f'forom differenti.

    1602

    Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn ippreparati jew ippreservati.

    Kollha, ikopri laħam ippreservat f'forom differenti.

    1603 00

    Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn.

    Kollha, ikopri proteini tal-ħut f'forma ta’ ġel kemm jekk imkessħin jew iffriżati.

    1604

    Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut; ħut sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkappuljat.

    Kollha, preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li fihom il-ħut jew prodotti tas-sajd.

    Ikopri surimi fil-kodiċi NM 1604 20 05 .

    Ikopri ħut fil-laned u kavjar fil-laned f'kontenituri bla arja, kif ukoll sushi (sakemm dawn ma jkunux jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 19).

    Il-prodotti tal-ħut imħallta bl-għaġin huma koperti fit-titolu 1902 .

    L-hekk imsejħa skewers tal-ħut (laħam tal-ħut/gambli mhux ipproċessat bil-ħaxix ippreżentati fuq stikka tal-injam) huma kklassifikati fil-kodiċi NM 1604 19 97 .

    1605

    Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati.

    Kollha, inkluż il-bebbux ippreparat b'mod sħiħ jew ippreparat minn qabel.

    Ikopri l-krustaċji, jew invertebrati akkwatiċi oħrajn fil-laned.

    KAPITOLU 17

    Zokkor u ħelu taz-zokkor

    Noti tal-Kapitolu 17 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (b)

    zokkrijiet kimikament puri (għajr is-sukrows, il-laktows, il-maltosju, il-glukows u l-fruktows) jew prodotti oħrajn tat-titolu 2940;

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    1702 11 00

    Laktows u ġulepp tal-laktows, li fihom, bil-piż 99 % jew aktar ta’ laktows, espress bħala laktows anidru, meqjus fuq il-materjal xott.

    Kollha, ikopri l-għasel artifiċjali u taħlitiet ta’ għasel naturali u għasel artifiċjali.

    KAPITOLU 19

    Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; il-prodotti ta’ koki tal-għaġina

    Kummenti ġenerali

    Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

    It-titolu 1902 [għaġin, kemm jekk imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħra) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini, lażanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le] ikopri biss prodotti tal-annimali li jinsabu fil-prodotti tas-sottotitoli 1902 11, 1902 20, 1902 30 u 1902 40.

    It-titolu 1902 ikopri preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li jkun fihom prodotti mill-annimali kif stabbilit għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4 - 6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

    Noti tal-Kapitolu 19 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (a)

    għajr fil-każ tal-prodotti mimlija tat-titolu 1902, preparazzjonijiet tal-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħm, demm, ħut, jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16);

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    1901

    Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ ikel mid-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; preparazzjonijiet tal-ikel mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas min 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

    Kollha.

    Preparazzjonijiet kulinari huma koperti fil-Kapitoli 16 and 21.

    1902 11 00

    Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, li fih il-bajd.

    Kollha

    1902 20 10

    Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż tal-ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra.

    Kollha

    1902 20 30

    Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż ta’ zalzett u laħam simili, ta’ laħam u fdal tal-laħam ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip jew oriġini.

    Kollha

    Ex19022091

    Għaġin mimli Imsajjar.

    Li jkun fihom prodotti mill-annimali.

    Ex19022099

    Oħrajn [għaġin mimli ieħor, mhux imsajjar].

    Li jkun fihom prodotti mill-annimali.

    Ex19 02 30

    Għaġin ieħor għajr l-għaġin tas-sottotitoli 1902 11 , 1902 19 u 1902 20 .

    Li jkun fihom prodotti mill-annimali.

    Ex19 02 40

    Kuskus.

    Li jkun fihom prodotti mill-annimali.

    Ikopri kuskus ippreparat, pereżempju, kuskus mal-laħam, ħxejjex u ingredjenti oħra, sakemm il-kontenut tal-laħam ma jaqbiżx 20 % bil-piż tal-preparazzjoni.

    Ex19049010

    Ikel ippreparat miksub mir-ross.

    Li jkun fihom prodotti mill-annimali, pereżempju, sushi (sakemm dawn ma jkunux jiġu kklassifikati fil-Kapitolu 16).

    Ex19 05

    Patisseries.

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom laħam jew prodotti minn annimali oħra.

    KAPITOLU 20

    Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż jew partijiet oħra ta’ pjanti

    Kummenti ġenerali

    Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

    Noti tal-Kapitolu 20 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (b)

    il-preparazzjonijiet tal-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16).

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex20 04

    Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 .

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali.

    Ex20 05

    Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 .

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimal.

    KAPITOLU 21

    Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel

    Kummenti ġenerali

    Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali kif stabbilit għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4 - 6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

    Noti għall-Kapitolu 21 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (e)

    il-preparazzjonijiet tal-ikel, għajr il-prodotti deskritti fit-titoli 2103 jew 2104, li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kwalunkwe taħlita oħra tagħhom (il-Kapitolu 16).

    3.

    Għall-għanijiet tat-titolu 2104, l-espressjoni ‘preparazzjonijiet komposti tal-ikel omoġenizzati’ tfisser preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita omoġenizzata fina ta’ żewġ ingredjenti bażiċi jew aktar bħal ħut, laħam, ħxejjex jew frott, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel għat-trabi jew għal għanijiet dijetetiċi, f'kontenituri ta’ kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. Għall-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni, m'għandhomx jitqiesu l-kwantitajiet żgħar ta’ kwalunkwe ingredjent li jista' jiġi miżjud mat-taħlita għat-taħwir, għall-preservazzjoni jew għal għanijiet oħrajn Dawn il-preparazzjonijiet jista' jkun fihom kwantità żgħira ta’ bċejjeċ viżibbli ta’ ingredjenti.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex21039090

    Zlazi u preparazzjoni tagħhom; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta; dqiq u pasta tal-mustarda, u mustarda ppreparata. - Oħrajn

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali.

    Ex21 04

    Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati.

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali.

    Ex21 05 00

    Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le.

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom ħalib mhux ipproċessat jew ipproċessat.

    Ex21 06 10

    Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa.

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali kif stabbiliti għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4-6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

    Ex21069092

    Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn mhux speċifikati jew inklużi band'oħra, li ma fihom ebda grass tal-ħalib, sukrows, iżoglukows, glukows jew lamtu jew li fihom, bil-piż, anqas minn 1.5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrows jew iżoglukows, 5 % glukows jew lamtu.

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali, pereżempju, supplimenti tal-ikel, fondues tal-ġobon, kondrojtin, żjut tal-annimali jew prodotti oħra tal-annimali f'kapsuli, bi jew mingħajr sustanzi oħra.

    Ex21069098

    Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi.

    Ikopri dawk il-preparazzjonijiet li jkun fihom prodotti mill-annimali, pereżempju, supplimenti tal-ikel, fondues tal-ġobon, kondrojtin, żjut ta’ annimali jew prodotti ta’ annimali oħra f'kapsuli, bi jew mingħajr sustanzi oħra.

    KAPITOLU 22

    Xorb, Spirti u ħall

    Noti għall-Kapitolu 22 (estratt mir-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    3.

    Għall-finijiet tat-titolu 2202, it-terminu ‘xorb mhux alkoħoliku’ tfisser xorb ta’ qawwa alkoħolika bil-volum li ma jaqbiżx 0,5 % vol. Ix-xorb alkoħoliku huwa kklassifikat fit-titoli 2203 sa 2206 jew it-titolu 2208 kif xieraq.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex22 02 90

    Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009 .

    Fih il-prodotti jew ix-xaħam tal-prodotti tat-titolu 0401 sa 0404 .

    KAPITOLU 23

    Fdal u skart mill-industrija tal-ikel; għalf tal-annimali ppreparat

    Nota tal-Kapitolu 23

    1.

    It-titolu 2309 jinkludi l-prodotti ta’ kwalità li jintużaw għall-għalf tal-annimali, li mhumiex speċifikati jew imsemmijin band'oħra, magħmulin permezz tal-ipproċessar ta’ materjali veġetali jew tal-annimali f'tali stat li jkunu jitilfu l-karatteristiċi essenzjali tal-materjal oriġinali, għajr l-iskart veġetali, il-fdal veġetali ul-prodotti sekondarji ta’ pproċessar bħal dan.

    Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    Il-fdal li ma dabx jintuża prinċipalment fil-prepaparazzjoni tal-ikel tal-annimali (eż., gallettini tal-klieb), iżda dawn jibqgħu taħt it-titolu 2301, anki jekk ikunu tajbin għall-konsum uman.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    2301

    Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew ta’ fdal tal-laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, ta’ molluski jew ta’ invertebrati akkwatiċi oħra, li mhumiex tajbin għall-konsum uman; fdal li ma dabx.

    Kollha, ikopri proteini pproċessati mill-annimali mhux għall-konsum mill-bniedem, pasta tal-laħam mhux għall-konsum mill-bniedem, u fdal li ma dabx, għall-konsum uman jew le.

    Il-pasta tar-rix huwa kopert fit-titolu 0505 .

    Rekwiżiti speċifiċi għal proteina pproċessata mill-annimali huma mniżżla fir-Ringiela 1 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Ex23 09

    Preparazzjonijiet ta’ tip li jintużaw għall-għalf tal-annimali.

    Kollha, għajr is-sottotitoli 2309 90 20 u 2309 90 91 .

    Ikopri, fost affarijiet oħra, ikel tal-klieb jew qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut (sottotitolu 2309 10 ), li jkun fihom prodotti tal-annimali u sustanzi li jinħallu tal-ħut jew mammiferi tal-baħar (kodiċi NM 2309 90 10 ). Prodotti għal finijiet ta’ għalf tal-annimali, inklużi taħlitiet ta’ pasti (bħal qawqab u qrun).

    Dan it-titolu jkopri ħalib likwidu, colostrum u prodotti li fihom prodotti tal-ħalib, u/jew karboidrati, ilkoll mhux għall-konsum mill-bniedem iżda għall-għalf tal-annimali.

    Ikopri ikel tal-annimali domestiċi, mgħid tal-klieb (dogchews) u taħlitiet ta’ ikliet, taħlitiet jistgħu jinkludu insetti mejta.

    Rekwiżiti speċifiċi għall-ikel tal-annimali domestiċi inklużi mgħid tal-klieb (dogchews) huma stabbiliti fir-Ringiela 12 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Ikopri prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman u prodotti pproċessati oħra li joriġinaw mill-annimali mhumiex għall-konsum uman.

    Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti tal-bajd huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    KAPITOLU 28

    Kimiċi inorganiċi; komposti organiċi jew inorganiċi ta’ metalli prezzjużi, ta’ metalli tal-art rari, ta’ elementi jew isotopi radjoattivi

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex28352500

    Ortofosfat ta’ idroġenu tal-kalċju (fosfat tal-kalċju) (‘fosfat dikalkariku’).

    Biss ta’ oriġini mill-annimali.

    Rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat tad-dikalċju huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (EU) Nru 142/2011.

    Ex28352600

    Fosfati oħrajn tal-kalċju.

    Il-fosfat trikalkariku ta’ oriġini mill-annimali biss.

    Rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat trikalkariku huma stabbiliti fir-Ringiela 7 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    KAPITOLU 29

    Kimiċi organiċi

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex29329900

    Komposti eteroċikliċi b'etero-atomu(i) ta’ ossiġnu biss.

    Biss ta’ oriġini mill-annimali, pereżempju, sulfat tal-glukożamina.

    KAPITOLU 30

    Prodotti farmaċewtiċi

    Kummenti ġenerali

    Il-prodotti mediċinali lesti mhumiex koperti mil-leġislazzjoni veterinarja għall-importazzjoni. Il-prodotti intermedji derivati mill-materjal tal-kategorija 3 u li huma maħsuba għall-użi tekniċi f'tagħmir mediku, f'dijanjożi in vitro, f'reaġenti tal-laboratorju u fil-kożmetiċi huma inklużi.

    Fit-Titolu 3001 (glandoli u organi oħra għal użi organoterapewtiċi, imnixxfa, magħmulin trab jew le; estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħra jew tat-tnixxiji tagħhom għal użi organoterapewtiċi; ħeparina u l-melħ tagħha; sustanzi tal-bniedem jew tal-annimali oħra li jiġu ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra) is-sottotitoli 3001 20 u 3001 90 biss, materjal derivat mill-annimali biss, huma rilevanti għall-verifiki veterinarji. Irreferi għall-ħtiġijiet speċifiċi li ġejjin fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:

    1.

    Ir-Ringiela 2 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għall-prodotti tad-demm għall-prodotti tekniċi esklużi mill-ekwidi, u

    2.

    Ir-Ringiela 3 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għad-demm u prodotti tad-demm mill-ekwidi, u

    3.

    Ir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II għal prodotti sekondarji mill-annimali għall-fabbrikazzjoni ta’ ikel tal-annimali domestiċi għajr ikel mhux ipproċessat tal-annimali domestiċi u ta’ prodotti derivati għal użu barra mill-katina alimentari.

    Fit-Titolu 3002 (Demm tal-bniedem; demm tal-annimali li jiġi ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kolturi ta’ mikro-organiżmi (għajr ħmira) u prodotti simili) is-sottotitoli 3002 10 u 3002 90 biss huma relevanti għall-verifiki veterinarji. Id-demm tal-bniedem ta’ 3002 90 10 u t-tilqim tas-sottotitoli 3002 20 u 3002 30 m'għandhomx għalfejn ikunu soġġetti għal verifiki veterinarji.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    3001 20 90

    Estratti ta’ glandoli jew ta’ organi oħra jew tat-tnixxijiet tagħhom, ta’ oriġini mhux mill-bniedem

    Kollha; ikopri prodott li jaġixxi bħala sostitut għall- colostrum matern u użat fl-għalf ta’ għoġġiela.

    3001 90 91

    Sustanzi tal-annimali ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi: ħeparina u l-melħ tiegħu;

    Kollha

    3001 90 98

    Sustanzi mill-annimali oħrajn għajr il-ħeparina u l-melħ tiegħu ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi.

    Kollha.

    Minbarra l-glandoli u organi oħra, dan is-sottotitolu jkopri l-hypophysis, il-kapsuli suprarenali u l-glandola tat-tirojde; ħlief dawk speċifikati fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

    Ex30021010

    Antisera, miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi jew le.

    Antisera li joriġinaw mill-annimali biss.

    Jeskludi l-prodotti mediċinali mlestija għall-konsumatur finali.

    Taħt it-titolu 3002 , ir-rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti għall-prodotti sekondarji mill-prodotti koperti bit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u speċifikati fir-ringieli li ġejjin:

     

    Ir-Ringiela 2: prodotti tad-demm għajr mill-ekwidi;

     

    Ir-Ringiela 3: demm u prodotti tad-demm mill-ekwidi.

    Ex30021091

    Emoglobina, globulines tad-demm u globulini tas-serum, kemm jekk immodifikati jew le jew miksuba permezz ta’ proċessi bijoteknoloġiċi.

    Biss annimali derivati materjal.

    Ex30021099

    Frazzjonijiet oħra tad-demm u prodotti immunoloġiċi, sew jekk immodifikati jew miksuba permezz ta’ proċessi bioteknoloġiċi jew le, għajr minn oriġini umana.

    Biss annimali derivati materjal.

    3002 90 30

    Demm tal-annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi.

    Kollha

    Ex30029050

    Kolturi ta’ mikro-organiżmi.

    Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni.

    Ex30029090

    Oħrajn.

    Patoġeni u kolturi ta’ patoġeni.

    Ex30069200

    Skart farmaċewtiku.

    Materjal derivat mill-annimali biss.

    Skart farmaċewtiku, prodotti farmaċewtiċi li mhumiex tajbin għall-iskop oriġinali maħsub tagħhom.

    KAPITOLU 31

    Fertilizzanti

    Noti tal-Kapitolu 31 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (a)

    id-demm tal-annimali tat-titolu 0511;

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex31010000

    Fertilizzanti tal-annimali, imħallta flimkien jew ittrattati kimikament jew le; fertilizzanti prodotti bit-taħlit jew bi trattament kimiku ta’ prodotti tal-annimali jew veġetali.

    Prodotti derivati mill-annimali biss f'forma mhux adulterata.

    Ikopri gwanu, demel, iżda taħlitiet demel u kimiċi użati bħala fertilizzanti huma esklużi (pereżempju, l-intestatura 3105 ).

    Ikopri demel imħallat bi proteina pproċessata mill-annimali, jekk jintuża bħala fertilizzant.

    Rekwiżiti speċifiċi għal demel, demel ipproċessat jew prodotti tad-demel ipproċessat huma stabbiliti fir-Ringiela 1 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    KAPITOLU 35

    Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enzimi

    CN code

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex35 01

    Kaseina, kaseinati u derivattivi oħra tal-kaseina; kolol tal-kaseina.

    Kaseina għall-konsum uman, għalf tal-annimali jew finijiet tekniċi.

    Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, prodotti bbażati fuq il-ħalib u colostrum mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Ex35 02

    Albumini (inklużi l-konċentrati ta’ żewġ proteini tax-xorrox jew aktar, li fihom, bil-piż, aktar minn 80 % ta’ proteini tax-xorrox, meqjusa fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħra tal-albumin.

    Ikopri prodotti derivati mill-bajd u derivati mill-ħalib kemm jekk għall-konsum uman jew mhux għall-konsum uman (inkluż għal finijiet tal-għalf tal-annimali) kif speċifikat:

     

    Il-prodotti tal-bajd u l-prodotti tal-ħalib, u l-prodotti pproċessati għall-konsum uman huma kif iddefinit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

     

    Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, prodotti bbażati fuq il-ħalib u colostrums mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fir-Ringiela 4 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u għall-prodotti tal-bajd mhux għall-konsum uman fir-Ringiela 9 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Ex35 03 00

    Ġelatina (inkluża l-ġelatina f'folji rettangolari [inklużi dawk kwadri], bil-wiċċ maħdum jew ikkuluriti jew le) u d-derivattivi tal-ġelatina; ġelì ċar; kolol oħra li joriġinaw mill-annimali, għajr il-kolol tal-kaseina tat-titolu 3501 .

    Ikopri l-ġelatina għall-konsum uman u għall-industrija tal-ikel.

    Ġelatina kklassifikata fit-titolu 9602 , (ġelatina maħduma u mwebbsa u oġġetti ta’ ġelatina mhux imwebbsa (pereżempju, kapsuli vojta)) huma esklużi minn verifiki veterinarji.

    Rekwiżiti speċifiċi huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għall-ġelatina u għall-proteina idrolizzata mhux għall-konsum uman huma stabbiliti fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għal dak ir-Regolament għall-fotoġelatina.

    Ex35 04 00

    Peptuni u d-derivattivi tagħhom; sustanzi oħra ta’ proteini u d-derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; trab għall-ġilda (hide powder) ikkromat jew le.

    Ikopri collagen u proteini idrolizzati għall-konsum uman u għall-industrija tal-ikel.

    Rekwiżiti speċifiċi għall-collagen huma stabbiliti fir-Ringiela 8 u għall-proteina idrolizzata fir-Ringiela 5 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Ikopri l-prodotti tal-collagen ibbażati fuq il-proteini derivati mill-ġlud u mill-għeruq (tendons) tal-annimali, inkluż l-għadam fil-każ tal-ħnieżer, tat-tjur u tal-ħut.

    Ikopri l-proteini idrolizzati li jikkonsistu minn polipeptidi, peptidi jew aċti amminiċi, u taħlitiet tagħhom, miksuba bl-idroliżi tal-prodotti sekondarji tal-annimali. Dawn huma esklużi minn verifiki veterinarji meta jintużaw bħala addittivi fil-preparazzjonijiet tal-ikel (it-titolu 2106 ).

    Ikopri kwalunkwe prodotti sekondarji tal-ħalib għall-konsum uman fil-każ li ma jkunux koperti fit-titolu 0404 .

    Ex35071000

    Rennet u konċentrati tagħha.

    Rennet u konċentrati għall-konsum uman, li ġejjin minn prodotti tal-annimali biss.

    KAPITOLU 38

    Prodotti kimiċi diversi

    CN code

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex38220000

    Reaġenti għad-dijanjosi jew tal-laboratorji muntati, reaġenti lesti għad-dijanjosi jew reaġenti tal-laboratorji kemm jekk muntati u kemm jekk le, għajr għal dawk tal-intestatura 3002 jew 3006 ; materjali ta’ referenza ċċertifikati.

    Derivat minn prodotti tal-annimali biss.

    Ex38251000

    Skart muniċipali

    L-iskart kollu tal-ikel li fih prodotti mill-annimali inklużi ż-żjut tal-kċina li fihom prodotti tal-annimali (l-Artikolu 2 (2)(g) (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009).

    3826 00

    Bijodiżil u taħlit tiegħu, li ma fihx jew fih anqas minn 70 % skont il-piż ta’ żjut tal-petroljum jew żjut miksubin minn minerali bituminużi

    Ix-xaħmijiet maħdumin kollha inklużi ż-żjut jew xaħmijiet li joriġinaw mill-annimali kif stabbilit fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    KAPITOLU 39

    Plastiks u oġġetti tagħhom

    CN code

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex39139000

    Polimeri naturali oħra (għajr aċidu alġiniku, il-melħ u l-esteri tiegħu) u polimeri naturali modifikati (pereżempju, proteini mwebbsa, derivattivi kimiċi ta’ gomma naturali), mhux speċifikati jew inklużi band'oħra, f'forom primarji.

    Derivati minn prodotti tal-annimali biss, pereżempju, sulfat tal-kondrojtin, glukożamina, Chitosan.

    Ex39171010

    Imsaren articifical (kisi taz-zalzett) ta’ proteina mwebbsa jew ta’ materjal ċellulożiku

    Derivati minn prodotti tal-annimali biss.

    KAPITOLU 41

    Ġlud mhux maħdumin (għajr ferijiet) u ġilda

    Kummenti ġenerali

    Ġlud ta’ annimali bid-dwiefer taħt it-titoli 4101, 4102, 4103 għandhom ikunu soġġetti għal verifika veterinarja.

    Rekwiżiti speċifiċi għall-ġlud ta’ annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fir-Ringiela 4 u 5 tat-Tabella 2, Taqsima 1, Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    L-espressjoni ‘ġlud ittrattati’ l-espressjoni hija ddefinita għall-prodotti rilevanti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Noti tal-Kapitolu 41 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix

    (a)

    bċejjeċ maqtugħin jew skart simili, ta’ ġlud mhux proċessati (it-titolu 0511);

    (b)

    ġlud jew partijiet mill-ġlud ta’ għasafar, bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, tat-titolu 0505 jew 6701;

    (ċ)

    ġlud, bix-xagħar jew bis-suf, mhux maħdumin, ikkunzati jew imħejjijin (Kapitolu 43); dawn li ġejjin, iżda, għandhom ikunu kklassifikati f'Kapitolu 41, jiġifieri, ġlud mhux maħdumin bix-xagħar jew bis-suf, ta’ annimali tal-ifrat (inkluż tal-buflu), ta’ annimali ekwini, ta’ nagħaġ jew ħrief (ħlief ħrief Astrakhan, Broadtail, Karakul, Persjani jew ħrief simili, ħrief Indjani, Ċiniżi, Mongoljani jew Tibetjani), ta’ mogħoż jew gidien (ħlief mogħoż u gidien tal-Jemen, Mongoljani jew Tibetjani), ta’ majjal (inkluż qasquż pekari), ta’ kamoxx, ta’ għażżiela, tal-iġmla (inklużi dromedarji), ta’ renna, ta’ elk, ta’ ċerva, ta’ ċriev irġiel jew ta’ klieb.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex41 01

    Ġlud mhux maħdumin ta’ bhejjem tal-ifrat (bovini) (inkluż il-buflu) jew ta’ annimali ekwini (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċtu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar) bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le.

    Il-verifiki veterinarji japplikaw biss għall-ġlud friski, imkessħin jew ittrattati, inklużi imnixxfin, imnixxfin fil-melħ, immellħin niedi jew ippreservati bi proċess għajr dak tal-ikkunzar jew proċess ekwivalenti.

    Importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tista' tkun possibbli għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b'mod partikolari għall-ex 4101 20 80 u ex 4101 50 90 .

    Ex41 02

    Ġlud mhux maħdumin tan-nagħaġ jew tal-ħrief (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċtu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar) bis-suf jew maqsumin jew le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1(c) għal dan il-Kapitolu.

    Il-verifiki veterinarji japplikaw biss għall-ġlud friski, imkessħin jew ittrattati, inklużi imnixxfin, imnixxfin fil-melħ, immellħin niedi jew ippreservati bi proċess għajr dak tal-ikkunzar jew proċess ekwivalenti.

    Importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tista' tkun possibbli għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b'mod partikolari għall-ex 4102 21 00 u ex 4102 29 00 .

    Ex41 03

    Ġlud mhux maħdumin oħra (friski, jew immelħin, imnixxfin, ittrattati bil-ġir, imnaddfa bl-aċitu jew ippreservati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, imħejjija għall-parċmina jew ippreparati aktar, bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le, għajr dawk esklużi bin-Nota 1(b) jew 1(c) għal dan il-Kapitolu.

    Il-verifiki veterinarji japplikaw biss għall-ġlud friski, imkessħin jew ittrattati, inklużi imnixxfin, imnixxfin fil-melħ, immellħin niedi jew ippreservati bi proċess għajr dak tal-ikkunzar jew proċess ekwivalenti.

    Importazzjoni mingħajr restrizzjonijiet tista' tkun possibbli għall-ġlud ittrattati kif imsemmi fil-punt C 2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, b'mod partikolari għall-ex 4103 90 00 .

    KAPITOLU 42

    Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż tal-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana tal-annimali (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir)

    Noti tal-Kapitolu 42 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    2.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix (fost prodotti oħra) dawn li ġejjin ta’ interess veterinarju:

    (a)

    korda tal-musrana kirurġika sterili jew materjali għas-sutura sterili simili (it-titolu 3006);

    (ij)

    kordi, ġlud għat-tnabar jew bħalhom, jew bċejjeċ oħra ta’ strumenti mużikali (it-titolu 9209).

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex42050090

    Oġġetti oħra tal-ġilda jew tal-ġilda artifiċjali.

    Jinkludi materjali għall-manifattura ta’ mgħid għall-klieb.

    Ex42060000

    Oġġetti mill-imsaren (għajr il-musrana tad-dudu tal-ħarir) tal- goldbeater's skin, mill-bżieżaq jew mill-għeruq.

    Jinkludi wkoll materjal għall-manifattura ta’ mħid għall-klieb.

    KAPITOLU 43

    Ġild tal-fer u fer artifiċjali; manifatturi tagħhom

    Noti tal-Kapitolu 43 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

    1.

    Matul in-nomenklatura magħquda, ir-referenzi għal ‘ferijiet’, għajr għal ferijiet mhux maħdum tat-titolu 4301, japplikaw għall-ġlud tal-annimali kollha li ġew ikkunzati jew ippreparati bix-xagħar jew bis-suf mhux imneħħi.

    2.

    Dan il-kapitolu ma jkoprix:

    (a)

    il-ġlud tal-għasafar jew bċejjeċ ta’ ġlud tal-għasafar, bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom (it-titolu 0505 jew 6701);

    (b)

    il-ġlud mhux maħdumin, bix-xagħar jew bis-suf mhux imneħħi, tal-Kapitolu 41 (ara n-nota 1(c) għal dak il-kapitolu);

    Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    It-Titolu 4301: Il-ferijiet jitqiesu bħala mhux maħduma u jaqgħu taħt dan it-titolu mhux biss meta jkunu fl-istat naturali, iżda wkoll jekk ikunu mnaddfin u ppreservati minn deterjorazzjoni, eż., billi jiġu mnixxfin jew immellħin (fin-niedi jew fin-niexef).

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex43 01

    Ferijiet mhux maħduma (bl-irjus, bid-dnub, bis-saqajn u b'biċċiet jew qatgħat oħra, tajbin għall-użu ta’ min jaħdem il-fer), għajr il-ġlud mhux maħdumin tat-titoli 4101 , 4102 jew 4103 .

    Kollha, esklużi ferijiet itrattati skont il-Kapitolu VIII tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jekk f'konformità mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

    Ikopri s-sottotitoli li ġejjin:

     

    Ex43011000 (tal-mink, kollu, bl-irjus, bid-dnub jew bis-saqajn jew le): rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

     

    Ex43013000 (Tal-ħrief, li ġejjin: tal-Astrakan, Broadtail, tal-Karakul, il-Persjani u ħrief simili, jew ta’ ħrief Indjani, Ċiniżi, Mongoli jew Tibetani, sħaħ, bir-ras, bid-denb jew bis-saqajn jew le): rekwiżiti speċifċi għal ġlud ta’ annimali bid-dwiefer huma stabbiliti fir-Ringiela 5 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

     

    Ex43016000 (tal-volpi, kollu, bl-irjus, bid-dnub jew bis-saqajn jew le): rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

     

    Ex43018000 (ferijiet oħra, kollu, bl-irjus, bid-dnub jew bis-saqajn jew le): għajr annimali bid-dwiefer, pereżempju farien il-ġebel, felini slavaġ, foki, nutria. Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

     

    Ex43019000 (Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħra tajbin għall-użu ta’ min jaħdem il-fer): rekwiżiti speċifiċi għal prodotti derivati għal użi barra mill-katina tal-għalf (fer) huma stabbiliti fir-Ringiela 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    KAPITOLU 51

    Suf, xagħar fin jew aħrax tal-annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin

    Kummenti ġenerali

    Għat-titoli minn 5101 sa 5103 huma stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal suf u xagħar mhux trattat fir-Ringiela 8 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    It-terminu ‘mhux ittrattat’ huwa defint għall-prodott relevanti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Nota tal-Kapitolu 51

    1.

    Matul in-nomenklatura:

    (a)

    ‘Suf’ tfisser il-fibra fina imkabbra min-nagħaġ jew mill-ħrief.

    (b)

    ‘Xagħar fin tal-annimali’ tfisser ix-xagħar tal-alpaka, tal-ljama, tal-vikunja, tal-ġemel, tal-jak, tal-mogħoż ta’ Angora, Tibetani, Kaxmer jew bħalhom (iżda mhux mogħoż komuni), tal-fenek, (inkluż il-fenek ta’ Angora), tal-liebru, tal-kastur, tan-nutria jew tal-far tal-misk tal-ilma.

    (ċ)

    ‘Xagħar aħrax tal-annimali’ tfisser ix-xagħar tal-annimali mhux imsemmija hawn fuq, għajr ix-xagħar u l-lanżit għall-manifattura tal-ixkupilji (it-titolu 0502) u l-krin 0511).

    Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    Matul in-nomenklatura l-espressjoni ‘xagħar aħrax tal-annimali’ tfisser ix-xagħar kollu tal-annimali għajr ‘xagħar fin tal-annimali’ bl-eċċezzjoni ta', inter alia, lanzit jew xagħar tal-ħnieżer (it-titolu 0502), ara wkoll in-Nota tal-Kapitolu 1.(c) hawn fuq.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex51 01

    Suf, mhux imqardex jew mimxut.

    Suf mhux ipproċessat.

    Ex51 02

    Xagħar fin jew aħrax tal-annimali, mhux imqardex jew mimxut.

    Xagħar mhux itrattat, inkluż xagħar aħrax mill-ġnub tal-annimali tal-ifrat (bovini) jew ekwini.

    Ex51 03

    Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax tal-annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda eskluż materjal garnetted.

    Suf jew xagħar mhux itrattat.

    KAPITOLU 67

    Rix ippreparat u l-ewwel rix u oġġetti magħmula mir-rix jew mill-ewwel rix; fjuri artiċjali; oġġetti tax-xagħar uman

    Estratt mir-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

    It-titolu 6701 ikopri:

    (A)

    Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, ir-rix u l-ewwel rix, u partijiet mir-rix, li għalkemm għadhom ma jikkostitwixxux oġġetti magħmula, għaddew minn proċess għajr trattament sempliċi ta’ tindif, diżinfettar jew preservazzjoni (ara n-Nota ta’ Spjegazzjoni għat-titolu 0505); l-oġġetti ta’ dan it-titolu jistgħu, pereżempju, ikunu bbliċjati, miżbugħa, innukklati jew mibruma.

    (B)

    Oġġetti magħmula minn ġlud jew partijiet oħra ta’ għasafar bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, oġġetti magħmulin mir-rix jew l-ewwel rix jew partijiet mir-rix, anke jekk ir-rix jew l-ewwel rix, eċċ., mhumiex maħdumin iżda sempliċement imnaddfin, iżda dawn ma jinkludux oġġetti magħmulin minn zkuk jew rix. It-titolu għalhekk jinkludi:

    (1)

    Rix waħdiet li ġew marbuta bil-fili jew għall-użu bħala, pereżempju muntaturi milinerji, u rix waħdiet komposti wkoll immuntati minn elementi differenti.

    (2)

    Rix immuntat fi gruppi, u rix jew l-ewwel rix magħqud flimkien permezz ta’ kolol jew twaħħil fuq drapp tat-tessut jew bażi oħra.

    (3)

    Tiżjin magħmul minn għasafar, partijiet ta’ għasafar, rix jew l-ewwel rix għal kpiepel, boas, kullari, kapep jew oħħetti oħra ta’ lbies jew aċċessorji tal-ħwejjeġ.

    (4)

    Fannijiet magħmula minn rix ornamentali, b'oqsfa ta’ kwalunkwe materjal. Madankollu, il-fannijiet b'oqsfa jew metall prezzjuż huma kklassifikati fit-titolu 7113.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex67010000

    Ġlud u partijiet oħrajn tal-għasafar bir-rix jew bl-ewwel rix tagħhom, rix, partijiet ta’ rix, l-ewwel rix u oġġetti magħmulin minnu (għajr l-oġġetti tal-intestatura 0505 u r-rix u z-zkuk maħdumin).

    Ġlud biss u partijiet oħra ta’ għasafar bir-rix jew l-ewwel rix tagħhom, rix u l-ewwel rix, u partijiet mir-rix, li għaddew minn proċess għajr trattament sempliċi ta’ tindif, diżinfettar jew preżervazzjoni.

    Rekwiżiti speċifiċi għar-rix huma stabbiliti fir-Ringiela 9 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Oġġetti ta’ ġlud mhux maħdumin jew sempliċiment imnaddfa, rix jew l-ewwel rix, u partijiet mir-rix; pereżempju rix waħdiet li ġew marbuta bil-fili jew għall-użu bħala, pereżempju muntaturi milinerji, u rix waħdiet komposti wkoll immuntati minn elementi differenti, bit-tiżjin magħmul mir-rix jew l-ewwel rix, pereżempju għal kpiepel, boas, kullari; eskluż ir-rix dekorattiv ittrattat, ir-rix itrattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu personali tagħhom jew kunsinni ta’ rix ittrattat mibgħuta lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali.

    KAPITOLU 95

    Ġugarelli, logħob u rekwiżiti tal-isports; bċejjeċ u aċċessorji tagħhom

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex95081000

    Ċirkli li jivvjaġġaw u wirjiet ta’ annimali li jivvjaġġaw minn post għal ieħor (travelling menageries).

    B'annimali ħajjin biss.

    Ex95089000

    Oħrajn: divertiment tal-fieri, teatri li jivvjaġġaw.

    B'annimali ħajjin biss.

    KAPITOLU 97

    Xogħlijiet tal-arti, bċejjeċ tal-kollezzjoni u antikitajiet

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex97050000

    Kollezzjonijiet u bċejjeċ tal-kollezzjoni ta’ interess żoologiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, storiku, arkeoloġiku, paleontoloġiku, etnolografiku jew numiżmatiku.

    Prodotti derivati mill-annimali biss.

    Rekwiżiti speċifiċi għal trofej tal-kaċċa huma stabbiliti fir-Ringiela 6 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

    Jeskludi t-trofej tal-kaċċa minn annimali bid-dwiefer jew minn għasafar li jkunu għaddew minn trattament komplut ta’ tassidermija sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tagħhom f'temperaturi ambjentali, u trofej tal-kaċċa minn speċijiet oħra għajr l-annimali bid-dwiefer u l-għasafar (ittrattati jew mhux ittrattati).

    KAPITOLU 99

    Kodiċi speċjali tan-Nomenklatura Magħquda

    Subkapitolu II

    Kodiċijiet statistiċi għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti  (5)

    Kummenti ġenerali

    Dawn il-kodiċi NM speċjali għandhom jiġu applikati għall-esportazzjoni biss – għall-importazzjoni, il-kodiċi NM relatati ma’ kull prodott uniku għandhom jiġu applikati.

    Madankollu, dawn il-kodiċijiet NM speċjali għandhom jiġu applikati għall-prodotti li mhumiex konformi li joriġinaw mill-annimali, li joriġinaw minn pajjiżi terzi u huma ddestinati għall-provvista tal-bastimenti kif stabbilit fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

    (1)

    (2)

    (3)

    Ex99302400

    Oġġetti mill-Kapitoli NM 1 sa 24 ikkonsenjati lill-bastimenti u l-ajruplani.

    Prodotti li joriġinaw mill-annimali biss destinati għall-provvista lill-bastiment kif previst fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.

    Ex99309900

    Oġġetti kklassifikati band'oħra milli fil-Kapitoli NM 1 sa 24 u 27 ikkonsenjati lill-bastimenti u l-ajruplani.

    Prodotti li joriġinaw mill-annimali biss destinati għall-provvista lill-bastiment kif previst fl-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/78/KE.”


    (1)  ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1.

    (2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.

    (3)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

    (4)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.

    (5)  L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1228/2010.


    Top