This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0010(01)
2012/367/EU: Decision of the European Central Bank of 19 June 2012 amending Decision ECB/2007/5 laying down the Rules on Procurement (ECB/2012/10)
2012/367/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/5 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (BĊE/2012/10)
2012/367/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 19 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/5 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (BĊE/2012/10)
ĠU L 178, 10.7.2012, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0002
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007D0005(01) | Sostituzzjoni | artikolu 3.4 | 01/09/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32016D0002 | 15/04/2016 |
10.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/14 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Ġunju 2012
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/5 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti
(BĊE/2012/10)
(2012/367/UE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u partikolarment l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-limiti għall-proċeduri pubbliċi ta’ sejħa għall-offerti stabbiliti fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2) inbidlu bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjoni tagħhom għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti (3). |
(2) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għalkemm mhuwiex suġġett għal Direttiva 2004/18/KE, għandu l-ħsieb li japplika l-istess limiti għall-proċeduri pubbliċi ta’ sejħa għall-offerti tiegħu. |
(3) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2007/5 tat-3 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi r-Regoli dwar l-Akkwisti (4) għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
L-Artikolu 4(3) tad-Decizjoni BCE/2007/5 huwa mibdul b’dan li gej:
“3. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
EUR 200 000 għal kuntratti għal provvisti u għal servizzi; |
(b) |
EUR 5 000 000 għal kuntratti ta’ xogħlijiet.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2012.
2. Proċeduri ta’ sejħa għall-offerti mibdijin qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jintemmu skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BĊE/2007/5 fis-seħħ fid-data meta bdiet il-proċedura ta' sejħa għall-offerti. Għall–finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, proċedura ta’ sejħa għall-offerti hija meqjusa li tibda fid-data li fiha l-avviż tal-kuntratt intbagħat lil Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, f'każijiet fejn ebda avviż ma huwa meħtieġ, fid-data li fiha l-BĊE stieden lil fornitur wieħed jew bosta sabiex jissottomettu offerta.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Ġunju 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.
(2) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(3) ĠU L 319, 2.12.2011, p. 43.
(4) ĠU L 184, 14.7.2007, p. 34.