Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012B0609

    2012/609/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2010

    ĠU L 286, 17.10.2012, p. 327–327 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/609/oj

    17.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 286/327


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-10 ta’ Mejju 2012

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2010

    (2012/609/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2010,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 — C7-0050/2012),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal- 20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (3),

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0112/2012),

    1.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2010;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ENIAC, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Martin SCHULZ

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 368, 16.12.2011, p. 48.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

    (4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top