EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1110

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1110/2011 tat- 3 ta’ Novembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 287, 4.11.2011, p. 27–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/11/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1110/oj

4.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1110/2011

tat-3 ta’ Novembru 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din it-tip ta' awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 114044). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (PTA 114044) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin, biex tkun ikklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu ta' dik il-preparazzjoni ġiet awtorizzata għal 10 snin għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ mrobbija biex ibidu, id-dudjani għat-tismin, id-dundjani mrobbija biex ibidu u għall-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2009 (2).

(5)

Kienet tressqet dejta ġdida li tappoġġja l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") kkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-14 ta’ Ġunju 2011 (3) li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ttejjeb il-prestazzjoni tat-tiġieġ li jbidu u tat-tkabbir ta' speċi minuri tat-tjur oħra u tal-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 23.

(3)  EFSA Journal 2011; 9(6):2277.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a8

Roal Oy

Endo-1,4-beta ksinalażi EC 3.2.1.8

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) li għandha attività minima ta':

 

f’għamla solida; 4 × 106 BXU (1) /g

 

f'għamla likwida: 4 × 105 BXU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044)

 

Metodu analitiku  (2)

Fl-addittiv u fit-taħlitiet minn qabel: Analizi taz-zokkor ta' riduzzjoni għal endo-1,4-beta-ksilanażi permezz ta' reazzjoni kolorimetrika tar-reaġent ta' aċtu dinitrosaliċiliku fuq il-produzzjoni ta' zokkor ta' riduzzjoni ta' pH 5,3 u 50 °C.

Fl-għalf: metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat mill-enżimi mill-ażurina li hi magħquda ma' sottostrat arabinoksilan tal-qamħ.

Speċi minuri tat-tjur minbarra t-tajr tal-bajd

8 000 BXU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.

Għas-sigurtà: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar

l-24 ta' Novembru 2021

Tiġieġ li jbidu u tjur li jbidu ta' speċi minuri tat-tjur

24 000 BXU

Ħnieżer għat-tismin

24 000 BXU


(1)  1 BXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 nmol ta’ zokkor ta' riduzzjoni bħala ksilożju minn ksilan tal-injam tal-betan kull sekonda f’ pH ta’ 5,3 u 50 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top