Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1100

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1100/2011 tal- 31 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi dikamba, difenokonażol u imazakwin Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 285, 1.11.2011, p. 10–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1100/oj

1.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1100/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi dikamba, difenokonażol u imazakwin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi dikamba, difenokonażol u imazakwin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE (3) skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 11b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 tal-14 ta’ Awwissu 2002 li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (4). Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dawn is-sustanzi jitqiesu bħala approvati skont dak ir-Regolament u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (5).

(2)

Skont l-Artikolu 12a tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, aktar ‘il quddiem “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet dwar ir-reviżjoni bejn il-pari għal difenokonażol (6), dikamba (7) u imazakwin (8) fis-17 ta’ Diċembru 2010. Dawn il-konklużjonijiet ġew irreveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fis-27 ta’ Settembru 2011 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għal difenokonażol, dikamba u imazakwin.

(3)

Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni stiednet lin-notifikaturi biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-konklużjonijiet tal-Awtorità. Barra minn dan, skont l-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni stiednet lin-notifikaturi biex iressqu kummenti dwar l-abbozz tar-rapporti tar-reviżjoni għal dikamba, difenokonażol u imazakwin. In-notifikaturi ppreżentaw il-kummenti tagħhom, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(4)

Huwa kkonfermat li s-sustanzi attivi dikamba, difenokonażol u imazakwin għandhom jitqiesu bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(5)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni ta’ dikamba, difenokonażol u imazakwin. B’mod partikolari, huwa xieraq li tintalab informazzjoni ta’ konferma addizzjonali.

(6)

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Għandu jitħalla perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri, in-notifikaturi u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009,p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 172, 2.7.2008, p. 9.

(4)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(5)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva difenokonażol. EFSA Journal 2011; 9(1):1967. [71 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.1967. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva dikamba. EFSA Journal 2011; 9(1):1965. [52 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.1965. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva imazakwin. EFSA Journal 2011; 9(1):1968. [57 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.1968. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

In-numru 172 dwar is-sustanza attiva dikamba hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“172

Dikamba

Nru CAS 1918-00-9

Nru CIPAC 85

3,6-dikloro-2-aċidu metossibenżoiku

≥ 850 g/kg

fl-1 ta’ Jannar 2009.

fil-31 ta’ Diċembru 2018.

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar dikamba, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-27 ta’ Settembru 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tal-pjanti mhux fil-mira.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri xierqa li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

In-notifikatur għandu jippreżenta informazzjoni ta’ konferma fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta’ grupp ta’ prodotti li jbiddlu l-ħamrija ffurmati fi studju ta’ inkubazzjoni tal-ħamrija;

(b)

il-potenzjal għat-trasport fl-atmosfera fuq distanza kbira.

In-notifikatur għandu jippreżenta tali informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità sat-30 ta’ Novembru 2013.”

(2)

Ir-numru 173 dwar is-sustanza attiva defenokonażol hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“173

Difenokonażol

Nru CAS 119446-68-3

Nru CIPAC 687

3-kloro-4-[(2RS,4RS;2RS,4SR)-4-metil-2-(1H-1,2,4-triażol-1-ilmetil)-1,3-diossolan-2-il]fenil 4-klorofenil etere

≥ 940 g/kg

Kontenut massimu ta’ Toluwen: 5 g/kg

fl-1 ta’ Jannar 2009.

fil-31 ta’ Diċembru 2018.

PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesul-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar difenokonażol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-27 ta’ Settembru 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri xierqa li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

In-notifikatur għandu jippreżenta informazzjoni ta’ konferma fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

aktar dejta dwar l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

(b)

ir-residwi tal-metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs) fl-għelejjel primarji, l-għelejjel rotazzjonali, il-prodotti bażiċi pproċessati u l-prodotti li ġejjin mill-annimali;

(c)

il-potenzjal ta’ effetti ta’ tħarbit endokrinali fuq il-ħut (studju dwar iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-ħut) u r-riskju kroniku għall-ħniex mis-sustanza attiva u l-metabolit CGA 205375 (*);

(d)

l-impatt possibbli tal-proporzjon tal-isomeru varjabbli fil-materjal tekniku u tad-degradazzjoni u/jew konverżjoni preferenzjali tat-taħlita ta’ isomeri fuq il-valutazzjoni tar-riskju għall-ħaddiema, il-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi u fuq l-ambjent.

In-notifikatur għandu jippreżenta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punt (a) sal-31 ta’ Mejju 2012, l-informazzjoni stabbilita fil-punti (b) u (c) sat-30 ta’ Novembru 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (d) fi żmien sentejn mill-adozzjoni tal-gwida speċifika.”

(3)

Ir-ringiela 175 dwar is-sustanza attiva imazakwin hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“175

Imazakwin

Nru CAS 81335-37-7

Nru CIPAC 699

2-[(RS)-4-isopropil-4-metil-5-osso-2-imidażolin-2-il]kwinolina-3-aċidu karbossiliku

≥ 960 g/kg (taħlita raċemika)

fl-1 ta’ Jannar 2009.

fil-31 ta’ Diċembru 2018.

PARTI A

Huma biss l-użi bħala regolatur tal-iżvilupp tal-pjanti li jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesul-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar imazakwin, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-27 ta’ Settembru 2011.

In-notifikatur għandu jippreżenta informazzjoni ta’ konferma fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

aktar dejta dwar l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

(b)

l-impatt possibbli tal-proporzjon tal-isomeru varjabbli fil-materjal tekniku u tad-degradazzjoni u/jew konverżjoni preferenzjali tat-taħlita ta’ isomeri fuq il-valutazzjoni tar-riskju għall-ħaddiema, il-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi u fuq l-ambjent.

In-notifikatur għandu jippreżenta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità, l-informazzjoni stabbilita fil-punt (a) sal-31 ta’ Mejju 2012 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (b) fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-gwida speċifika.”


(*)  1-[2-[2-kloro-4-(4-kloro-fenossi)-feniyl]-2-1H-[1,2,4]triażol-il]-etanol.


Top