EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1094

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1094/2011 tat- 28 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2011/2012

ĠU L 283, 29.10.2011, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1094/oj

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1094/2011

tat-28 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż [alkoħoliku] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 huwa previst li l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, ippeżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Dan il-koeffiċjent jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet totali mqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata ta’ dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta’ dan l-ispirtu tax-xorb.

(2)

Abbażi tat-tagħrif ipprovdut mir-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010, dan il-perjodu medju taż-żmien ta’ maturazzjoni fl-2010 kien ta’ tmien snin għall-iScotch whisky.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1113/2010 tal-1 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2010/2011 (3) eżawrixxa l-effetti tiegħu minħabba li jirrigwarda l-koeffiċjenti applikabbli għas-sena 2010/2011. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeskludi l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn il-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2011/2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012, il-koeffiċjenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-fabbrikazzjoni tal-iScotch whisky huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.

(3)  ĠU L 316, 2.12.2010, p. 2.


ANNESS

Il-koeffiċjenti applikabbli fir-Renju Unit

Perjodu ta’ applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir ipproċessat f’malt utilizzat fil-produzzjoni tal-malt whisky

għaċ-ċereali użati fil-produzzjoni tal-grain whisky

Mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012

0,296

0,229


Top