EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1084

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1084/2011 tas- 27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

ĠU L 281, 28.10.2011, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1084/oj

28.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1084/2011

tas-27 ta’ Ottubru 2011

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1235/2008 (2) jipprovdi li l-lista tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti għandu jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kull pajjiż terz biex tippermetti li jiġi vverifikat jekk il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kinux soġġetti għas-sistema ta’ kontroll tal-pajjiż terz rikonoxxut skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. It-Tuneżija ttrażmettiet emenda għall-ispeċifikazzjonijiet rilevanti pprovduti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 wara li twaqqfet direzzjoni ġenerali ġdida inkarigata mill-biedja organika fid-dipartiment tal-agrikoltura, li sar l-awtorità kompetenti l-ġdida responsabbli għas-sitsema ta’ kontroll fit-Tuneżija.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2011 (3) daħħal test ġdid relatat mal-Kanada fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-punt “1. Kategoriji tal-prodotti” ta’ dak it-test fih żball billi stabbilixxa punt separat (c) għall-“għalf” bħala waħda mill-kategoriji, filwaqt li dan tabilħaqq jikkostitwixxi wieħed mill-użi possibbli ta’ “prodotti agrikoli pproċessati” msemmija fil-punt 1(b) tal-imsemmi test.

(3)

Il-Kanada informat lill-Kummissjoni li l-lista tal-korpi ta’ kontroll inkluża fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 tinkludi żball ieħor, peress li l-korp ta’ kontroll “Control Union Certifications” mhuwiex akkreditat mill-Aġenzija Kanadiża għall-Ispezzjoni tal-Ikel biex jipprovdi servizzi ta’ ċertifikazzjoni fil-Kanada.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu għalhekk jiġi emendat u kkoreġġut kif xieraq.

(5)

Għall-fini taċ-ċertezza legali, id-dispożizzjoni ta’ korrezzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 590/2011.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet emendatorji

Fit-test dwar it-Tuneżija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Awtorità kompetenti: Direction générale de l’Agriculture Biologique (Ministère de l’Agriculture et de l’Environnement); www.agriportail.tn”.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ta’ korrezzjoni

It-test dwar il-Kanada fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 1, il-punti (b) u (c) huma mibdula b’dan li ġej:

“(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel u għalf;”.

(2)

Fil-punt 5, jitneħħa s-sitt inċiż “Control Union Certifications (CUC), www.controlunion.com”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.

(3)  ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9.


Top