This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0755
Council Implementing Regulation (EU) No 755/2011 of 1 August 2011 implementing Regulation (EU) No 442/2011 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 755/2011 tal- 1 ta’ Awwissu 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 755/2011 tal- 1 ta’ Awwissu 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 199, 2.8.2011, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2012; Imħassar b' 32012R0036
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0442 | Emenda | anness II | 02/08/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32012R0036 |
2.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/33 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 755/2011
tal-1 ta’ Awwissu 2011
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/488/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), persuni oħrajn għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.
(2) Ara paġna 74 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Persuni msemmija fl-Artikolu 1
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data tat-twelid, post tat-twelid…) |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Is-Sur Mohammad Mufleh |
|
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-belt ta' Hama, implikat fir-ripressjoni kontra l-manifestanti. |
1.8.2011 |
2. |
Maġġur Ġeneral Tawfiq Younes |
|
Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
1.8.2011 |
3. |
Is-Sur Mohammed Makhlouf (magħruf ukoll bħala Abu Rami) |
Imwieled f'Latakia, Sirja 19.10.1932 |
Soċju mill-qrib u z-ziju matern ta' Bashar u Mahir al-Assad Soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf. |
1.8.2011 |
4. |
Ayman Jabir |
Imwieled f'Latakia |
Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-koordinazzjoni tal-grupp tal-milizja ta' Shabiha |
1.8.2011 |
5. |
Ġeneral Ali Habib Mahmoud |
Imwieled f'Tartous, 1939. Maħtur Ministru tad-Difiża fit-3 ta' Ġunju 2009 |
Ministru tad-Difiża. Responsabbli għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati Sirjani involuti fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
1.8.2011 |