This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0581
Regulation (EU) No 581/2011 of the European Parliament and of the Council of 8 June 2011 amending Council Regulation (EC) No 55/2008 introducing autonomous trade preferences for the Republic of Moldova
Regolament (UE) Nru 581/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova
Regolament (UE) Nru 581/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova
ĠU L 165, 24.6.2011, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R0055 | Sostituzzjoni | artikolu 16 L2 | 01/07/2011 | |
Modifies | 32008R0055 | Sostituzzjoni | anness I 1 | 01/07/2011 |
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/5 |
REGOLAMENT (UE) Nru 581/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ġunju 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 (2) daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Jannar 2008 u ġie applikat mill-1 ta’ Marzu 2008. Dak ir-Regolament jintroduċi skema speċifika ta’ preferenzi awtonomi għall-kummerċ (ATPs) għar-Repubblika tal-Moldova (minn hawn il quddiem “il-Moldova”). Huwa jipprovdi aċċess liberu għas-swieq tal-Unjoni għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-Moldova, ħlief għal ċerti prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tiegħu, li għalihom ingħataw konċessjonijiet limitati jew f’forma ta’ eżenzjoni mid-dazji doganali fil-limitu tal-kwoti tariffarji jew fil-forma ta’ tnaqqis ta’ dazji doganali. |
(2) |
Fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), il-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV UE-Moldova, u s-Sħubija tal-Lvant, il-Moldova adottat aġenda ambizzjuża ta’ assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika ulterjuri mal-Unjoni. In-negozjati dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġdid bdew f’Jannar 2010. Il-Moldova qed tagħmel ukoll progress qawwi fuq l-approssimazzjoni regolatorja li twassal għal konverġenza mal-liġijiet u l-istandards tal-Unjoni fil-preparazzjoni għal negozjati futuri dwar żona ta’ kummerċ ħieles profonda u komprensiva (DCFTA) bejn l-Unjoni u l-Moldova, fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni futur. |
(3) |
Kull sena mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 55/2008, il-kwota tariffarja għall-inbid ġiet użata kollha xhur qabel it-tmiem tas-sena. |
(4) |
L-ekonomija tal-Moldova hija affettwata sew mill-effetti negattivi tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. Is-settur tal-inbid jimpjega madwar 300 000 ħaddiem, u l-esportazzjonijiet ta’ inbid huma sors importanti ta’ dħul mill-esportazzjoni. |
(5) |
Sabiex jiġu appoġġjati l-isforzi tal-Moldova, f’konformità mal-PEV u s-Sħubija tal-Lvant, u sabiex jiġi pprovdut suq attraenti u affidabbli għall-esportazzjonijiet tal-inbid tal-Moldova, huwa propost li tiżdied il-kwota tariffarja eżistenti għall-inbid għas-sena 2011 minn 100 000 ettolitru għal 150 000 ettolitru, għas-sena 2012 minn 120 000 ettolitru għal 180 000 ettolitru, u mis-sena 2013 ’il quddiem għal 240 000 ettolitru fis-sena. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 japplika sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
(7) |
In-negozjati dwar id-DCFTA futur bejn l-Unjoni u l-Moldova huma għan komuni għaż-żewġ partijiet, bil-kondizzjoni li l-Moldova turi li lesta sabiex tinnegozja u ssostni l-effetti ta’ impriża daqshekk ambizzjuża. Sabiex jingħata żmien biżżejjed għall-preparazzjonijiet xierqa u n-negozjar ta’ DCFTA, huwa meħtieġ li l-validità tar-Regolament (KE) Nru 55/2008 tiġi estiża lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2012. |
(8) |
L-estensjoni tal-validità tar-Regolament (KE) Nru 55/2008 għandha tiġi deċiża ħafna qabel id-data tat-tmiem tiegħu, sabiex jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi tal-Moldova fi żmien xieraq b’reġim kummerċjali trasparenti u prevedibbli għall-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2012. Il-validità ta’ dak ir-Regolament għalhekk għandha tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2015. |
(9) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba taħt l-iskema ATP preżenti, u sabiex jiġi appoġġjat aktar l-iżvilupp tal-ekonomija tal-Moldova u l-proċess ta’ approssimazzjoni regolatorja li jwasslu għal konverġenza mal-liġijiet u l-istandards tal-Unjoni fil-kuntest tas-Sħubija tal-Lvant, huwa xieraq li jiġi revedut il-livell tal-kwoti tariffarji ta’ xi prodotti koperti mill-ATPs preżenti. |
(10) |
Biex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, il-preferenzi li jinsabu f’dan ir-Regolament għandhom isiru kondizzjonali fuq il-kontinwità jew tiġdid tar-rinunzja eżistenti mill-obbligi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ miksuba mill-Unjoni. |
(11) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 16, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2015. Il-preferenzi previsti f’dan ir-Regolament ma għandhomx jibqgħu japplikaw, fl-intier tagħhom jew parti minnhom, kemm-il darba ma jkunux permessi, fl-intier tagħhom jew parti minnhom, minħabba rinunzja mogħtija mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dawk il-preferenzi għandhom ma jibqgħux japplikaw mill-jum li fih ir-rinunzja ma tibqax effettiva. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien suffiċjenti qabel dik id-data, tippubblika notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex tgħarraf lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti b’ dan. In-notifika għandha tispeċifika liema preferenzi previsti f’dan ir-Regolament ma jibqgħux japplikaw u d-data li fiha ma jibqgħux japplikaw.”. |
2. |
It-Tabella 1 tal-Anness I hija sostitwita bit-tabella li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
GYŐRI E.
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2011.
ANNESS
“Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
2008 (1) |
2009 (1) |
2010 (1) |
2011 (1) |
2012 (1) |
2013 (1) |
2014 (1) |
2015 (1) |
09.0504 |
0201 sa 0204 |
Laħam frisk, imkessaħ u friżat ta’ annimali bovini, majjal domestiċ u nagħaġ u mogħoż |
3 000 (2) |
3 000 (2) |
4 000 (2) |
4 000 (2) |
4 000 (2) |
4 000 (2) |
4 000 (2) |
4 000 (2) |
09.0505 |
ex 0207 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel tat-tjur taħt it-titolu 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat, minbarra fwied xaħmi taħt it-titolu 0207 34 |
400 (2) |
400 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
09.0506 |
ex 0210 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel tal-majjali u annimali bovini, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat; dqiq u smida li jittieklu mil-laħam jew mill-fdalijiet tal-laħam jew ġewwieni tal-laħam tal-majjal domestiku jew annimali bovini |
400 (2) |
400 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
500 (2) |
09.4210 |
0401 sa 0406 |
Prodotti tal-ħalib |
1 000 (2) |
1 000 (2) |
1 500 (2) |
1 500 (2) |
1 500 (2) |
1 500 (2) |
1 500 (2) |
1 500 (2) |
09.0507 |
0407 00 |
Bajd tal-għasafar, fil-qoxra |
90 (3) |
95 (3) |
100 (3) |
110 (3) |
120 (3) |
120 (3) |
120 (3) |
120 (3) |
09.0508 |
ex 0408 |
Bajd tal-għasafar, mhux fil-qoxra u isfar tal-bajd, minbarra dak mhux tajjeb għall-konsum uman |
200 (2) |
200 (2) |
300 (2) |
300 (2) |
300 (2) |
300 (2) |
300 (2) |
300 (2) |
09.0509 |
1001 90 91 1001 90 99 |
Spelt ieħor (minbarra dak għaż-żrigħ), qamħ komuni u meslin |
25 000 (2) |
30 000 (2) |
35 000 (2) |
40 000 (2) |
50 000 (2) |
55 000 (2) |
60 000 (2) |
65 000 (2) |
09.0510 |
1003 00 90 |
Xgħir |
20 000 (2) |
25 000 (2) |
30 000 (2) |
35 000 (2) |
45 000 (2) |
50 000 (2) |
55 000 (2) |
60 000 (2) |
09.0511 |
1005 90 |
Qamħirrum |
15 000 (2) |
20 000 (2) |
25 000 (2) |
30 000 (2) |
40 000 (2) |
45 000 (2) |
50 000 (2) |
55 000 (2) |
09.0512 |
1601 00 91 u wkoll 1601 00 99 |
Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti |
500 (2) |
500 (2) |
600 (2) |
600 (2) |
600 (2) |
600 (2) |
600 (2) |
600 (2) |
ex 1602 |
Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat, ġewwieni tal-laħam jew demm:
|
|||||||||
09.0513 |
1701 99 10 |
Zokkor Abjad |
15 000 (2) |
18 000 (2) |
22 000 (2) |
26 000 (2) |
34 000 (2) |
34 000 (2) |
34 000 (2) |
34 000 (2) |
09.0514 |
2204 21 u 2204 29 |
Inbid mill-għeneb frisk, ħlief inbid effervexxenti |
60 000 (4) |
70 000 (4) |
80 000 (4) |
150 000 (4) |
180 000 (4) |
240 000 (4) |
240 000 (4) |
240 000 (4) |
(1) Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, ħlief għall-2008, li għaliha japplikaw il-kwoti tariffarji, mill-ewwel jum tal-applikazzjoni tar-Regolament sal-31 ta’ Diċembru.
(2) Tunnellati (piż nett).
(3) Miljun unità.
(4) Ettolitri.”