EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0439

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2011 tas- 6 ta’ Mejju 2011 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinanti li jintuża għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni Ewropea

ĠU L 119, 7.5.2011, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/439/oj

7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 439/2011

tas-6 ta’ Mejju 2011

dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinanti li jintuża għall-finijiet tal-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [tal-Komunità] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 89 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 (3) il-Kap Verde ngħata deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li permezz tagħha seta’ jqis ċerti prodotti tas-sajd magħmulin fil-Kap Verde minn ħut li mhux ta’ oriġini bħala li joriġinaw fil-Kap Verde. Din id-deroga skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2010.

(2)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 894/2010 (4) il-Kap Verde ngħata żieda fil-kwantitajiet stipulati fl-2010 fir-rigward ta’ tnejn mit-tliet kategoriji ta’ prodotti tas-sajd koperti mir-Regolament (KE) Nru 815/2008. Il-kwantitajiet tad-deroga tqajmu skont dan għal 2 500 tunnellata għal qatgħat tal-Kavalli ppreparati u ppreservati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta’ Tumbrell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreservati.

(3)

Permezz tal-ittra ddatata l-21 ta’ Ottubru 2010 il-Kap Verde ressaq talba għal estensjoni ta’ din id-deroga. B’ittri ddatati t-3 u l-21 ta’ Diċembru 2010, u l-14 ta’ Jannar 2011 huwa ressaq informazzjoni komplementari b’appoġġ għal din it-talba.

(4)

It-talba hija estensjoni għal sena u volum ta’ 2 500 tunnellata għal qatgħat tal-Kavalli ppreparati u ppreservati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta’ Tumbrell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreservati.

(5)

Bejn l-2008 u l-2010 l-kwantitajiet annwali totali mogħtija oriġinalment ikkontribwixxew, sa ċertu punt sinifikanti, għat-titjib tas-sitwazzjoni fis-settur għall-ipproċessar tal-ħut u, sa ċertu punt, għat-tiġdid tal-flotta mhux industrijali tal-Kap Verde, li hija ta’ importanza vitali għal dak il-pajjiż. Madankollu, sabiex il-flotta tal-Kap Verde tiġġedded kompletament għal-livell previst jeħtieġ żieda fil-kapaċità disponibbli sabiex tiġi pprovduta biżżejjed materja prima oriġinarja lill-industriji għall-ipproċessar tal-ħut tal-Kap Verde.

(6)

It-talba turi li, mingħajr id-deroga, l-abbiltà tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal- Kap Verde sabiex tkompli tesporta lejn l-Unjoni tista’ tiġi affetwata b’mod sinifikanti, li tista’ tkun ta’ deterrent għal aktar żvilupp tal-flotta tal-Kap Verde għal sajd żgħir pelaġiku.

(7)

Id-deroga sservi biex tagħti lill-Kap Verde biżżejjed ħin sabiex iħejji lilu nnifisu sabiex jikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali. Huwa meħtieġ perjodu sabiex jiġi żgurat li l-isforzi sabiex tiġġedded il-flotta tas-sajd lokali jibqgħu għaddejin u b’hekk il-Kap Verde jttejjeb l-abbiltà tiegħu li jipprovdi lis-settur lokali għall-ipproċessar tal-ħut b’ħut ta’ oriġini.

(8)

Peress li l-estensjoni hija mitluba għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2011, sabiex tiġi żgurata kontinwità tal-importazzjoni mill-Kap Verde lejn l-Unjoni, għandha tingħata deroga ġdida b’effetti retroattivi mill-1 ta’ Jannar 2011.

(9)

Sabiex jingħata permess li d-deroga temporanja tiġi limitata għall-perjodu meħtieġ sabiex il-Kap Verde jikseb konformità mar-regoli, id-deroga għandha tingħata għal perjodu ta’ sena fir-rigward ta’ 2 500 tunnellata għal qatgħat tal-Kavalli ppreparati u ppreservati u għal 875 tunnellata għal qatgħat ta’ Tumbrell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) ippreparati u ppreservati.

(10)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Kap Verde, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga konċessa b’dan ir-Regoalment.

(11)

Sabiex jiġi permess monitoraġġ aktar effiċjenti tal-operat tad-deroga, huwa meħtieġ li jiġi stipulat l-obbligu għall-awtoritajiet tal-Kap Verde, skont l-Artikolu 89(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, sabiex jibagħtu b’mod regolari lill-Kummissjoni dettalji taċ-ċertifikati ta’oriġini tal-Formola A li ngħataw.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz tad-deroga mill-Artikoli 72, 73, 75 sa 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-kavalli, it-tumbrell u qatgħat ta’ Tumbrell (Auxis Thazard u Auxis Rochei) bil-kodiċi NM 1604 15 11 u ex 1604 19 98 prodotti fil-Kap Verde minn ħut mhux oriġinanti għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fil-Kap Verde skont l-arranġamenti stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal prodotti esportati mill-Kap Verde u ddikjarati għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, fejn ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011, sal-kwantitajiet elenkati fl-Anness meta mqabbla ma’ kull prodott importat.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet doganali tal-Kap Verde għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2.   Dan li ġej għandu jitniżżel fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat tal-oriġini Formola A maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kap Verde skont dan ir-Regolament: “Deroga — Regolament (KE) Nru 439/2011”.

3.   Kull tliet xhur l-awtoritajiet kompetenti tal-Kap Verde għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li nħarġulhom ċertifikati tal-oriġini Formola A skont dan ir-Regolament u n-numri ta ‘serje ta’ dawn iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 220, 15.8.2008, p. 11.

(4)  ĠU L 266, 9.10.2010, p. 39.


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Perjodu

Kwanità (f’piż nett ta’ tunnellati)

09.1647

1604 15 11

ex 1604 19 98

Kavalli (Scomber Colias, Scomber Japonicus, Scomber Scombrus) qatgħat, ippreparati jew ippreservati

1.1.2011 sal-31.12.2011

2 500

09.1648

ex 1604 19 98

Tumbrell (Auxis thazard, Auxis Rochei) qatgħat, ippreparati jew ippreservati

1.1.2011 sal-31.12.2011

875


Top