This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0428
Commission Regulation (EU) No 428/2011 of 27 April 2011 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2011 tas- 27 ta’ April 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2011 tas- 27 ta’ April 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 113, 3.5.2011, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
3.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 428/2011
tas-27 ta’ April 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li tkun provduta informazzjoni tariffarja vinkolanti li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fi ħdan il-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhix konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||
|
8509 80 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3(b) tal-Kapitolu 85 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 8509 u 8509 80 00 . Minħabba li l-apparat innifsu la jipproġetta, jifrex u lanqas jisprejja imma sempliċiment jattiva l-mekkaniżmu tal-isprej tal-bott tal-ajrusol, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8424 hija eskluża. L-apparat huwa tagħmir elettromekkaniku b'mutur ġo fih taħt l-intestatura 8509 li huwa tat-tip li jintuża b'mod komuni għal skopijiet domestiċi. Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8509 80 00 . |
||||||||||||
|
8509 80 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3(b) tal-Kapitolu 85 u bil-kliem tal-Kodiċi NM 8509 u 8509 80 00 . Il-komponent li jagħti s-sett il-karattru essenzjali tiegħu huwa d-distributur tal-ajrusol minħabba li huwa użat b'mod permanenti filwaqt li l-bott tal-ajrusol irid jinbidel meta jiżvojta. Minħabba li l-apparat innifsu la jipproġetta, jifrex u lanqas jisprejja imma sempliċiment jattiva l-mekkaniżmu tal-isprej tal-bott tal-ajrusol, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8424 hija eskluża. L-apparat huwa tagħmir elettromekkaniku b'mutur ġo fih taħt l-intestatura 8509 li huwa tat-tip li jintuża b'mod komuni għal skopijiet domestiċi. Għaldaqstant is-sett għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 8509 80 00 . |