EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0049

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 49/2011 tal- 20 ta’ Jannar 2011 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat fis-sena 2011

ĠU L 18, 21.1.2011, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/49(1)/oj

21.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 49/2011

tal-20 ta’ Jannar 2011

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat fis-sena 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (2), (titolu mhux uffiċjali) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji min-naħa tal-importaturi tradizzjonali u/jew importaturi ġodda bejn l-1 u is-7 ta’ Jannar 2011 skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi (3) jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li ġejjin miċ-Ċina u minn pajjiżi oћra.

(2)

Għaldaqstant, jaqbel li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2011,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqa skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 bejn l-1 u is-7 ta’ Jannar 2011 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2011, għandhom jintlaqgħu b’rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegћu f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 91.


ANNESS

L-oriġini tal-prodotti

Il-perċentwali tal-assenjazzjoni

Iċ-Ċina

Pajjiżi terzi oħrajn barra ċ-Ċina

importaturi tradizzjonali

[Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006]

91,458435  %

100  %

importaturi ġodda

[Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006]

17,262928  %

“—”

:

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


Top