This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011Q0622(03)
Amendments to the Rules of Procedure of the European Union Civil Service Tribunal
Emendi għar-regoli tal-proċedura tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea
Emendi għar-regoli tal-proċedura tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 162, 22.6.2011, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2014; Imħassar b' 32014Q0714(01)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007Q0829(01) | abolizzjoni | artikolu 99 P2L1 | 01/07/2011 | |
Modifies | 32007Q0829(01) | Żieda | artikolu 99 P3 | 01/07/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32014Q0714(01) |
22.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/19 |
EMENDI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li ra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 257 tiegħu,
Wara li ra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b’mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Wara li ra l-Artikolu 7(1) tal-Anness I tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,
Wara li ra l-approvazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja,
Billi kkunsidra li hija meħtieġa emenda ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura sabiex il-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali jkunu jistgħu jsiru b’mezzi elettroniċi, mingħajr ma jkun meħtieġ li dawn l-operazzjonijiet jiġu kkonfermati b’komunikazzjonijiet postali u mingħajr ma tkun meħtieġa l-preżentata fiżika ta’ dawn l-atti,
Bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fit-13 ta’ Mejju 2011.
JADOTTA L-EMENDI SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TIEGĦU:
Artikolu 1
Ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 225 tad-29 ta’ Awwissu 2007, p. 1) (1) huma emendati kif ġej:
1. |
Fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 99(2), għandhom jitħassru l-kliem “jew jekk l-att li għandu jiġi nnotifikat huwa sentenza jew digriet”. |
2. |
Minnufih wara l-paragrafu (2) tal-Artikolu 99, għandu jidħol il-paragrafu (3) li ġej: “It-Tribunal jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom att proċedurali jista’ jiġi nnotifikat b’mezzi elettroniċi. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
Artikolu 2
Dawn l-emendi għar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku inkonformità mal-Artikolu 7(2) tal-Anness I tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tagħhom.
Adottat fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Mejju 2011.
(1) Emendati fl-14 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 24 tat-28 ta’ Jannar 2009, p. 10) u fis-17 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 92 tat-13 ta’ April 2010, p. 17).