Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0752

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/752/PESK tal- 24 ta’ Novembru 2011 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

    ĠU L 310, 25.11.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/752/oj

    25.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/752/PESK

    tal-24 ta’ Novembru 2011

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 42(4) u 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl- 4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2).

    (2)

    Fid-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/445/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK billi żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri n-nefqa tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (“EULEX KOSOVO”) sal-iskadenza tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK.

    (3)

    Fit-8 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (4), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estendietha għal perijodu ta’ sentejn sal-14 ta’ Ġunju 2012.

    (4)

    L-ammont attwali ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sal-14 ta’ Diċembru 2011. L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi ammont ġdid ta’ referenza finanzjarja għall-perijodu mill-15 ta’ Diċembru 2011 sal-14 ta’ Ġunju 2012.

    (5)

    Il-EULEX KOSOVO ser tiġi kondotta fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ twaqqaf milli jintlaħqu l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 16(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK huwa b’dan sostitwit kif ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2010 għandu jkun ta’ EUR 265 000 000.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ottubru 2010 sal-14 ta’ Diċembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 165 000 000.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Diċembru 2010 sal-14 ta’ Ġunju 2012 għandu jkun ta’ EUR 72 800 000.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. PAWLAK


    (1)  Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).

    (2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

    (3)  ĠU L 148, 11.6.2009, p. 33.

    (4)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.


    Top