This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0709
2011/709/: Council Decision of 20 October 2011 on the conclusion of the Agreement on certain aspects of air services between the European Union and the United Mexican States
2011/709/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Ottubru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti Messikani
2011/709/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Ottubru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti Messikani
ĠU L 283, 29.10.2011, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/709/oj
29.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Ottubru 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti Messikani
(2011/709/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem l-Unjoni, Ftehim mal-Istati Uniti Messikani dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru ("il-Ftehim") f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fil-15 ta' Diċembru 2010, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ’il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/94/UE (1). |
(4) |
Il-Ftehim għandu jkun approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti Messikani ("Il-Ftehim") huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU L 38, 12.2.2011, p. 33.
(2) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 38, 12.2.2011, p. 34 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.