Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0539

    2011/539/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUMM Georgia/2/2011 tal- 14 ta’ Settembru 2011 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

    ĠU L 238, 15.9.2011, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/09/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/539/oj

    15.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUMM GEORGIA/2/2011

    tal-14 ta’ Settembru 2011

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

    (2011/539/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta’ Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK li stabbilixxiet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (“EUMM Georgia”).

    (2)

    Fl-1 ta’ Lulju 2011, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) adotta d-Deċiżjoni EUMM/1/2011 (2) li taħtar lis-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUMM Georgia sal-14 ta’ Settembru 2011.

    (3)

    Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK (3), il-KPS hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUMM Georgia, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ bħala Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia, huwa b’dan estiż sal-14 ta’ Settembru 2012.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    O. SKOOG


    (1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

    (2)  ĠU L 175, 2.7.2011, p. 27.

    (3)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.


    Top