This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0496
2011/496/EU: Commission Implementing Decision of 9 August 2011 on the compliance of standard EN 16156:2010 ‘Cigarettes — Assessment of the ignition propensity — Safety requirement’ and of standard EN ISO 12863:2010 ‘Standard test method for assessing the ignition propensity of cigarettes’ with the general safety requirement of Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the Council and publication of the references of standard EN 16156:2010 ‘Cigarettes — Assessment of the ignition propensity — Safety requirement’ and of standard EN ISO 12863:2010 ‘Standard test method for assessing the ignition propensity of cigarettes’ in the Official Journal of the European Union (notified under document C(2011) 5626) Text with EEA relevance
2011/496/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Awwissu 2011 dwar il-konformità tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” bir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u tal-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5626) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/496/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Awwissu 2011 dwar il-konformità tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” bir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u tal-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5626) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 205, 10.8.2011, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 09/10/2019; Imħassar b' 32019D1698
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32019D1698 | 10/10/2019 |
10.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/31 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta’ Awwissu 2011
dwar il-konformità tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” bir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u tal-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5626)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/496/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1) u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,
Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti mwaqqaf skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi tar-regoli u dwar is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jobbliga lill-produtturi li jqiegħdu biss prodotti siguri fis-suq. |
(2) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sigur, safejn għandhom x’jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva. |
(3) |
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, l-istandards Ewropej għandhom jiġu stabbiliti minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni skont mandati stipulati mill-Kummissjoni. |
(4) |
Skont l-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni trid tippubblika r-referenzi ta’ dawn l-istandards. |
(5) |
F’Ġunju 2008, il-Kummissjoni ħarġet il-Mandat M/425 lis-CEN (il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni) biex ifassal abbozz ta’ standard dwar is-sigurtà Ewropea biex jindirizza r-riskju tan-nar fis-sigaretti. |
(6) |
Is-CEN adotta l-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti — Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu — Rekwiżit tas-sigurtà” bi tweġiba għall-Mandat tal-Kummissjoni. Dan l-Istandard jirreferi għall-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” Għalhekk, għandha ssir referenza wkoll għall-istandard EN ISO meta tkun qiegħda tiġi ppubblikata r-referenza għall-EN 16156:2010. |
(7) |
EN ISO 12863:2010 ġie emendat permezz ta’ rettifika teknika (3). Ir-rettifika ġiet approvata mis-CEN mingħajr modifika (4) u għalhekk ġiet inkluża fl-istandard EN 16156:2010. |
(8) |
L-istandards EN 16156:2010 u EN ISO 12863:2010 jissodisfaw il-Mandat M/425 u jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(9) |
Sabiex tkun żgurata introduzzjoni b’suċċess tal-istandards, l-industrija għandha tingħata biżżejjed żmien biex jaddattaw il-produzzjoni tagħhom għal-livell ta’ sigurtà previst fl-istandards. Il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards fil-Ġurnal Uffiċjali 12-il xahar wara li s-CEN ħarġet l-istandards għad-disponibbiltà fis-17 ta’ Novembru 2010 hija maħsuba biex tiżgura li wara dan, fl-Istati Membri kollha, il-preżunzjoni tas-sigurtà tan-nar tkun imsejsa fuq kriterji komuni. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali fis-suq intern, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri kollha għandhom iqisu l-istandards Ewropej imsemmijin fil-premessa (8) meta jivvalutaw is-sigurtà kontra li jieħdu n-nar is-sigaretti, inkluż fl-istadju tal-bejgħ tas-sigaretti lill-konsumaturi. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont id-Direttiva 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti — Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu — Rekwiżit tas-sigurtà” u l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskju li jkopru.
Artikolu 2
Ir-referenzi tal-istandards EN 16156:2010 u EN ISO 12863:2010 għandhom jiġu ppubblikati fil-parti C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(3) Ir-rettifika teknika 1. Numru ta’ referenza ISO 12863:2010/Cor.1:2011(E).
(4) Referenza: EN ISO 12863:2010/AC:2011.