This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0404
2011/404/EU: Commission Implementing Decision of 7 July 2011 on a financial contribution from the Union towards emergency measures to combat avian influenza in Germany in November 2010 (notified under document C(2011) 4773)
2011/404/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Lulju 2011 dwar kontribut finanzjarju mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja f’Novembru 2010 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4773)
2011/404/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Lulju 2011 dwar kontribut finanzjarju mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja f’Novembru 2010 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4773)
ĠU L 180, 8.7.2011, pp. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
8.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/50 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Lulju 2011
dwar kontribut finanzjarju mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja f’Novembru 2010
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4773)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2011/404/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tat-tjur u għasafar oħra mrobbija b’impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u li toħloq xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni stess u għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra tat-tjur f’dak l-Istat Membru, iżda anki fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew fil-prodotti tagħhom. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (2) tistipula miżuri li f’każ ta’ tifqigħa għandhom jiġu implimentati b’urġenza minnufih mill-Istati Membri biex jiġi evitat aktar tixrid tal-vajrus. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw kontribut finanzjarju għall-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda tal-influwenza avjarja. |
|
(5) |
L-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxu r-regoli dwar il-perċentwali tan-nefqa mġarrba mill-Istat Membru li tista’ tkun koperta mill-kontribut finanzjarju tal-Unjoni. |
|
(6) |
Il-ħlas ta’ kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-influwenza avjarja huwa suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3). |
|
(7) |
F’Novembru tal-2010, fil-Ġermanja kien hemm it-tifqigħat tal-influwenza avjarja. Il-Ġermanja ħadet il-miżuri konformi mad-Direttiva 2005/94/KE biex tiġġieled dawn it-tifqigħat. |
|
(8) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi setgħu juru, permezz ta’ rapporti pprovduti fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u s-sottomissjoni kontinwa ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-qagħda tal-marda, li implimentaw b’mod effiċjenti l-miżuri ta’ kontroll previsti fid-Direttiva 2005/94/KE li wasslu għal trażżin rapidu tal-marda. |
|
(9) |
L-awtoritajiet Ġermaniżi għalhekk issodisfaw l-obbligi tekniċi u amministrattivi kollha tagħhom fir-rigward tal-miżuri previsti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni lill-Ġermanja
1. Kontribut finanzjarju mill-Unjoni għandu jingħata lill-Ġermanja għan-nefqa li ġarrab dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja f’Novembru 2010.
2. L-ammont tal-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ffissat f’deċiżjoni sussegwenti li għandha tiġi adottata mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.
Artikolu 2
Id-Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.