This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0313
2011/313/EU: Commission Decision of 26 May 2011 adjusting the weightings applicable from 1 February , 1 March , 1 April , 1 May and 1 June 2010 to the remuneration of officials, temporary staff and contract staff of the European Union serving in third countries
2011/313/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Mejju 2011 dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Frar 2010 , l- 1 ta’ Marzu 2010 , l- 1 ta’ April 2010 , l- 1 ta’ Mejju 2010 u l- 1 ta’ Ġunju 2010 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi
2011/313/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Mejju 2011 dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta’ Frar 2010 , l- 1 ta’ Marzu 2010 , l- 1 ta’ April 2010 , l- 1 ta’ Mejju 2010 u l- 1 ta’ Ġunju 2010 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi
ĠU L 140, 27.5.2011, p. 56–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Mejju 2011
dwar l-adattament tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2010, l-1 ta’ Marzu 2010, l-1 ta’ April 2010, l-1 ta’ Mejju 2010 u l-1 ta’ Ġunju 2010 għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jwettqu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi
(2011/313/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 336 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2), tal-Anness X tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 768/2010 (2) u bl-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, ġew stabbiliti l-koeffiċjenti korrettivi li mill-1 ta’ Lulju 2009, jaffettwaw ir-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi, imħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn dawn ikunu ġew assenjati. |
(2) |
Jeħtieġ li jiġu adattati, f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Frar 2010, l-1 ta’ Marzu 2010, l-1 ta’ April 2010, l-1 ta’ Mejju 2010 u l-1 ta’ Ġunju 2010, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li minn statistika li għandha l-Kummissjoni, jidher li f’ċerti pajjiżi terzi, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skont il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, qabżet il-5 % (minn meta ġiet stabbilita l-aħħar, jew mill-adattament preċedenti tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/790/UE (3)), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjonijiet tal-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jaqdu dmirijiethom fil-pajjiżi terzi, u li huma mħallsin fil-valuta tal-pajjiż fejn ikunu ġew assenjati, huma adattati għal ċerti pajjiżi indikati fl-Anness. Dan l-Anness jinkludi ħames tabelli ta’ kull xahar li jindikaw b’eżattezza liema huma l-pajjiżi kkonċernati kif ukoll liema huma d-dati suċċessivi ta’ applikabilità f’kull pajjiż (l-1 ta’ Frar 2010, l-1 ta’ Marzu 2010, l-1 ta’ April 2010, l-1 ta’ Mejju 2010 u l-1 ta’ Ġunju 2010).
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrespondu mad-dati differenti indikati fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Catherine ASHTON
Viċi-President
(2) ĠU L 228, 31.8.2010, p. 1.
(3) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 50.
ANNESS
FRAR 2010
Pajjiżi ta’ assenjament |
Paritajiet ekonomiċi Frar 2010 |
Rati tal-kambju Frar 2010 (*) |
Koeffiċjenti korrettivi Frar 2010 (**) |
L-Armenja |
368,8 |
534,71 |
69,0 |
Barbados |
2,937 |
2,7998 |
104,9 |
Il-Kroazja |
5,989 |
7,321 |
81,8 |
L-Eġittu (1) |
3,825 |
7,68385 |
49,8 |
L-Eritrea (2) |
14,6 |
21,6393 |
67,5 |
Il-Gana (3) |
1,155 |
2,002 |
57,7 |
Ħaiti |
55,97 |
59,3743 |
94,3 |
Il-Laos (4) |
9 400 |
12 001,5 |
78,3 |
Il-Madagaskar (5) |
2 319 |
2 920,63 |
79,4 |
In-Norveġja |
10,69 |
8,179 |
130,7 |
Is-Sjerra Leone (2) |
4 557 |
5 524,5 |
82,5 |
Is-Sudan (Kartum) (3) |
2,314 |
3,31285 |
69,8 |
It-Tajlandja (4) |
30,08 |
46,316 |
64,9 |
Trinidad u Tobago |
6,966 |
8,8894 |
78,4 |
Il-Jemen |
201,3 |
297,283 |
67,7 |
MARZU 2010
Pajjiżi ta’ assenjament |
Paritajiet ekonomiċi Marzu 2010 |
Rati tal-kambju Marzu 2010 (***) |
Koeffiċjenti korrettivi Marzu 2010 (****) |
L-Angola |
133,3 |
122,909 |
108,5 |
Il-Ginea (Konakry) |
4 699 |
6 677 |
70,4 |
Il-Gżejjer Fiġi |
1,668 |
2,65851 |
62,7 |
Il-Kazakistan (Astana) |
171,5 |
201,56 |
85,1 |
Il-Madagaskar (6) |
2 167 |
2 932,3 |
73,9 |
Il-Malawi |
168,2 |
205,737 |
81,8 |
Il-Możambik |
29,06 |
40,925 |
71,0 |
In-New Zealand |
1,777 |
1,9539 |
90,9 |
Is-Surinam (7) |
2,019 |
3,87 |
52,2 |
Il-Venezwela (8) |
3,596 |
5,79305 |
62,1 |
Iż-Żambja (7) |
4 436 |
6 409,68 |
69,2 |
APRIL 2010
Pajjiżi ta’ assenjament |
Paritajiet ekonomiċi April 2010 |
Rati tal-kambju April 2010 (*****) |
Koeffiċjenti korrettivi April 2010 (******) |
L-Arabja Sawdija |
3,892 |
5,1109 |
76,2 |
Il-Belarus |
2 574 |
4 003,28 |
64,3 |
Kuba |
USD 1,033 |
USD 1,3482 |
76,6 |
L-Eġittu (9) |
4,02 |
7,4149 |
54,2 |
L-Eritrea (10) |
15,78 |
20,6343 |
76,5 |
Il-Gambja |
27,06 |
35,75 |
75,7 |
Il-Ġeorġja |
1,78 |
2,3181 |
76,8 |
Il-Kirgiżistan |
46,22 |
60,5611 |
76,3 |
Il-Moldova |
10,04 |
16,6048 |
60,5 |
Il-Kaledonja Ġdida |
134,3 |
119,332 |
112,5 |
Il-Pakistan |
52,55 |
112,284 |
46,8 |
Il-Paragwaj |
4 086 |
6 269,56 |
65,2 |
Is-Sjerra Leone (10) |
4 893 |
5 192,25 |
94,2 |
Timor Leste |
USD 1,147 |
USD 1,3482 |
85,1 |
MEJJU 2010
Pajjiżi ta’ assenjament |
Paritajiet ekonomiċi Mejju 2010 |
Rati tal-kambju Mejju 2010 (*******) |
Koeffiċjenti korrettivi Mejju 2010 (********) |
Il-Korea t’ Isfel |
1 574 |
1 477,79 |
106,5 |
Il-Gana (11) |
1,232 |
1,89235 |
65,1 |
Il-Gwatemala |
7,732 |
10,5915 |
73,0 |
L-Indoneżja (Ġakarta) |
8 940 |
11 948,3 |
74,8 |
Il-Ġamajka |
109,8 |
117,328 |
93,6 |
Il-Filippini |
44,72 |
59,186 |
75,6 |
Is-Sudan (Kartum) (11) |
2,481 |
3,13891 |
79,0 |
It-Turkija |
1,923 |
1,9673 |
97,7 |
Il-Venezwela (12) |
3,939 |
5,69299 |
69,2 |
ĠUNJU 2010
Pajjiżi ta’ assenjament |
Paritajiet ekonomiċi Ġunju 2010 |
Rati tal-kambju Ġunju 2010 (*********) |
Koeffiċjenti korrettivi Ġunju 2010 (**********) |
Il-Kongo (Brazzaville) |
762,4 |
655,957 |
116,2 |
L-Eritrea (13) |
17,17 |
18,8793 |
90,9 |
Il-Laos (14) |
8 881 |
10 190,5 |
87,1 |
Mali |
636,9 |
655,957 |
97,1 |
Is-Sjerra Leone (13) |
5 227 |
4 850,16 |
107,8 |
Is-Surinam (15) |
2,132 |
3,63 |
58,7 |
It-Tajlandja (14) |
31,89 |
40,328 |
79,1 |
Iż-Żambja (15) |
4 830 |
6 261,24 |
77,1 |
(*) 1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali.
(**) Brussell = 100.
(1) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ April 2010.
(2) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat tliet darbiet: għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar ta’ April u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.
(3) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Mejju 2010.
(4) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.
(5) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Marzu 2010.
(***) 1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali.
(****) Brussell = 100.
(6) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Marzu 2010.
(7) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.
(8) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Mejju 2010.
(*****) 1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste.
(******) Brussell = 100.
(9) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ April 2010.
(10) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat tliet darbiet: għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar ta’ April u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.
(*******) 1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali.
(********) Brussell = 100.
(11) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Mejju 2010.
(12) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Mejju 2010.
(*********) 1 EURO = x unitajiet tal-munita nazzjonali.
(**********) Brussell = 100.
(13) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat tliet darbiet: għax-xahar ta’ Frar, għax-xahar ta’ April u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.
(14) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.
(15) Il-koeffiċjent għal dan il-pajjiż ġie adattat darbtejn: għax-xahar ta’ Marzu u għax-xahar ta’ Ġunju 2010.