Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0267

    2011/267/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-Afrika t’Isfel fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet tagħhom li minnhom l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina hija awtorizzata (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2959) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 114, 4.5.2011, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/267/oj

    4.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 114/5


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-3 ta’ Mejju 2011

    li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-Afrika t’Isfel fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet tagħhom li minnhom l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina hija awtorizzata

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2959)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/267/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi [equidae] (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(1), u l-frażi preliminari u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kondizzjonijiet applikabbli għal importazzjonijiet ta’ annimali, semen, ova u embrijuni. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (2)

    Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-moviment bejn l-Istati Membri u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae ħajjin. Skont dik id-Direttiva, l-equidae jridu jiġu minn pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (3), tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tagħhom, u tindika l-kondizzjonijiet l-oħra applikabbli għal importazzjonijiet bħal dawn. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. Iż-żona metropolitana ta’ Cape Town hija nkluża f’dik il-lista.

    (4)

    F’Marzu 2011, l-Afrika t’Isfel għarrfet tifqigħ tal-marda Afrikana taż-żwiemel fil-konfini bejn iż-żona ta’ sorveljanza u ż-żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel fiż-żona metropolitana ta’ Cape Town, stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/698/KE tat-8 ta’ Awwissu 2008 dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Afrika t’Isfel (4).

    (5)

    Dik is-sitwazzjoni tista’ ssawwar riskju serju fuq is-saħħa tal-annimali għall-popolazzjoni ekwina fl-Unjoni u għaldaqstant, id-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawn iż-żwiemel u semen miġbur minn żwiemel reġistrati miż-żona metropolitana ta’ Cape Town, għandhom jiġu sospiżi.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel tinbidel b’dan li ġej:

    “ZA

    L-Afrika t’Isfel

    ZA-0

    Il-pajjiż kollu

     

    ZA-1

    Iż-żona metropolitana ta’ Cape Town (ara l-kaxxa 2 għad-dettalji)

    F

    Id-Deċiżjoni 2008/698/KE”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

    (2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

    (3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 235, 2.9.2008, p. 16.


    Top