Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0198

2011/198/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/44/UE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2023) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 85, 31.3.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/198/oj

31.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/44/UE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2023)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/198/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

F’Jannar 2011, fil-Bulgarija, ġie kkonfermat każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-ħnieżer selvaġġi u numru ta’ tifqigħat tal-istess marda fil-bhejjem. Għaldaqstant, il-Bulgarija ħadet miżuri fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (3).

(2)

Barra minn hekk, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (4), billi kien meħtieġ li l-miżuri ta’ kontroll meħuda mill-Bulgarija jissaħħu. Dik id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2011.

(3)

Fid-19 ta’ Marzu 2011, il-Bulgarija rrappurtat tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-bhejjem imrobbija għaċ-ċanga fil-muniċipalità ta’ Sredets, li tinsab fir-reġjun ta’ Burgas, fil-Punent tal-muniċipalità ta’ Malko Tarnovo fejn l-aħħar tifqigħa ġiet irrappurtata fil-31 ta’ Jannar 2011.

(4)

Huwa għalhekk neċessarju li jiġu estiżi l-miżuri, kif preskritti fid-Deċiżjoni 2011/44/UE, sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(5)

Id-Deċiżjoni 2011/44/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/44/UE, id-data “31 ta’ Marzu 2011” għandha tiġi sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2011”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 19, 22.1.2011, p. 20.


Top