Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0151

    2011/151/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għall-perjodu 2007 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta’ nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1289)

    ĠU L 62, 9.3.2011, p. 32–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/151(1)/oj

    9.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 62/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-3 ta’ Marzu 2011

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għall-perjodu 2007 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta’ nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fond

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1289)

    (It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

    (2011/151/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE tal-25 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 u l-Artikolu 33(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-dawl tal-esperjenza miksuba minn mindu ġie varat il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, huwa xieraq li jiġu kkjarifikati l-obbligi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/457/KE (2) marbutin mat-trasparenza, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni waqt it-twettiq ta’ proġetti.

    (2)

    L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ċċarat liema informazzjoni għandhom jipprovdu l-Istati Membri.

    (3)

    Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u jkun hemm ċertezza legali akbar, jeħtieġ li r-regoli dwar l-eliġibbilta tan-nefqa ta’ azzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu ssimplifikati u kkjarifikati.

    (4)

    Il-biċċa l-kbira tat-tibdiliet introdotti permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw minnufih. Madanakollu, minħabba li l-programmi annwali tal-2009 u tal-2010 għadhom għaddejjin, ir-regoli riveduti dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa ta’ azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Integrazzoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi għandhom japplikaw mill-programm annwali tal-2011 ’l hemm. Minkejja dan, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw dawk ir-regoli aktar kmieni taħt ċerti kundizzjonijiet.

    (5)

    Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit huwa marbut bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni.

    (6)

    Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda hija marbuta bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni.

    (7)

    Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta b’din id-Deċiżjoni u lanqas m’hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat komuni “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji (3).

    (9)

    Id-Deċiżjoni 2008/457/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2008/457/KE tiġi emendata kif ġej:

    1.

    Fl-Artikolu 9(1), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

    “Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandha tiġi pubblikata fl-istess kundizzjonijiet.”.

    2.

    L-Artikolu 11 hu mibdul b’dan li ġej:

    “Artikolu 11

    Il-kuntratti ta’ implimentazzjoni

    Meta jagħtu kuntratti għat-twettiq tal-proġetti, l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi rregolati mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn awtorità jew awtoritajiet minn dawn jew diversi korpi minn dawn irregolati mil-liġi pubblika għandhom jaġixxu skont il-liġi u l-prinċipji applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku.

    Entitajiet minbarra dawk imsemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom jagħtu kuntratti għat-twettiq tal-proġetti wara li tkun saret pubbliċità xierqa sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament indaqs. Kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 100 000 jistgħu jingħataw dment li l-entità konċernata titlob għal mill-inqas tliet offerti. Bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali, il-kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 5 000 m’għandhom ikunu suġġetti għall-ebda obbligi proċedurali.”.

    3.

    Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   L-awtorità responsabbli għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, permezz ta’ ittra formali, bi kwalunkwe bidla sostanzjali fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll u għandha tibgħat deskrizzjoni rriveduta tas-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli u mhux iktar tard minn meta kwalunkwe bidla bħal din tkun daħlet fis-seħħ.”.

    4.

    Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “3.   It-tabelli finanzjarji marbuta mar-rapporti ta’ progress u mar-rapporti finali għandhom jippreżentaw tqassim tal-ammonti kemm skont il-prijorità kif ukoll skont il-prijorità speċifika, kif ġie definit fil-linji ta’ gwida strateġiċi”.

    5.

    L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

    “Kwalunkwe tibdil fl-istrateġija ta’ verifika sottomessa fir-rigward tal-Artikolu 28(1)(c) tal-att bażiku u aċċettat mill-Kummissjoni għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. L-istrateġija ta’ verifika riveduta għandha tkun stabbilita skont il-mudell fl-Anness VI, li timmarka r-reviżjonijiet imdaħħla.”

    (b)

    Il-Paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   Mill-2010, l-awtorità ta’ verifika għandha tressaq pjan ta’ verifika annwali qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena, ħlief meta kull wieħed mill-aħħar żewġ programmi annwali adottati mill-Kummissjoni jikkorrispondi għal kontribuzzjoni Komunitarja annwali taħt EUR 1 miljun. Il-pjan ta’ verifika għandu jitwaqqaf skont il-mudell fl-Anness VI. l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jerġgħu jissottomettu l-istrateġija ta’ verifika meta jissottomettu l-pjanijiet ta’ verifika annwali. Fil-każ ta’ strateġija ta’ verifika kombinata, kif ġie provdut fl-Artikolu 28(2) tal-att bażiku, jista’ jitressaq pjan ta’ verifika annwali kombinata.”.

    6.

    L-Artikolu 26 hu mibdul b’dan li ġej:

    “Artikolu 26

    Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni

    1.   Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament ta’ prefinanzjament ieħor imsemmija fl-Artikolu 37(4) tal-att bażiku għandha titfassal u tiġi trażmessa lill-Kummissjoni mill-awtorità responsabbli fil-format tal-Anness VIII.

    2.   Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament finali imsemmija fl-Artikolu 38(1)(a) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa mill-awtorità responsabbli lill-Kummissjoni fil-format tal-Anness IX.”.

    7.

    L-Artikolu 37 hu mibdul b’dan li ġej:

    “Artikolu 37

    L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

    Minbarra l-verżjonijiet fuq il-karti debitament iffirmati tad-dokumenti msemmija fil-Kapitolu 3, l-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi”.

    8.

    L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    1.   Il-punti minn 1 sa 7 tal-Artikolu 1 u l-punti minn 1 sa 5 tal-Anness għandhom japplikaw mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    2.   Punt 6 tal-Anness għandu japplika minn tal-inqas mill-implimentazzjoni tal-programmi annwali tal-2011.

    3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness fir-rigward ta’ proġetti li għadhom għaddejin jew dawk fil-futur mill-programmi annwali tal-2009 u 2010 b’konsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, trasparenza u nondiskriminazzjoni. F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli ġodda fl-intier tagħhom għall-proġett ikkonċernat u, fejn ikun neċessarju, għandhom jemendaw il-ftehim tal-għotja. Fir-rigward tal-infiq għal assistenza teknika biss, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness mill-programm annwali tal-2008.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Cecilia MALMSTRÖM

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 168, 28.6.2007, p. 18.

    (2)  ĠU L 167, 27.6.2008, p. 69.

    (3)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.


    ANNESS

    L-Annessi ta' mad-Deċiżjoni 2008/457/KE huma emendati kif ġej:

    1.

    L-Anness III huwa emendat kif ġej:

    1.1.

    Il-punt 2 qiegħed jitħassar.

    1.2.

    Il-punt 4.2 qiegħed jitħassar.

    2.

    L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

    2.1.

    Fil-Parti A, il-punt 1.2 hu mibdul b’dan li ġej:

    “1.2

    Deskrizzjoni tal-proċess li jikkonċerna s-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom”;

    2.2.

    F’Parti A, punt 2, tabella 1, l-aħħar kolonna, l-kelma “eliġibbli” hi mħassra;

    3.

    L-Anness V, il-Parti A, hija emendata kif ġej:

    3.1.

    Il-Punt 1.2 jinbidel b’dan li ġej:

    “1.2.

    Aġġornament mir-rapport ta’ progress dwar id-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tas-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom, fejn hu xieraq”

    3.2.

    Jiddaħħal il-punt 1.8 segwenti:

    “1.8.

    Konferma li l-ebda bidla sostanzjali għas-sistema ta’ Ġestjoni u kontroll ma saret mill-aħħar reviżjoni notifikata lill-Kummissjoni fil- …”

    3.3.

    Il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

    “4.   IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA

    Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

    Tabella 1

    Rapport finanzjarju dettaljat

     

    Stat membru: […]

     

    Programm annwali kkonċernat: […]

     

    Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]


    (iċ-ċifri kollha f’euro)

    Programmati mill-Istati Membri (bħal fil-programm annwali approvat mill-Kummissjoni)

    Impenjati fil-livell tal-Istati Membri

    Iċ-ċifri attwali aċċettati mill-Awtorità Responsabbli

    (l-ispejjeż magħmlua mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni finali tal-KE)

    Azzjonijiet

    Proġetti

    Ref. prijorità

    Ref.: prijorità speċifika (1)

    Total tal-ispejjeż ipprogrammati

    (a)

    Kontrbuzzjoni tal-KE

    (b)

    % Kontribuzzjoni tal-KE

    (c = b/a)

    Total tal-ispejjeż eliġibbli

    (d)

    Kontribuzzjoni tal-KE

    (e)

    % Kontribuzzjoni tal-KE

    (f = e/d)

    Total tal-ispejjeż eliġibbli

    (g)

    Kontribuzzjoni tal-KE

    (h)

    % Kontribuzzjoni tal-KE

    (i = h/g)

    Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    (j)

    Irċevuti ġġenerati mill-proġett

    (k)

    Il-ħlas/l-Irkupru għandu jsir mir-RA

    (l)

    Azzjoni 1: […]

    proġett 1: […]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    proġett N: […]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total Azzjoni 1

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Azzjoni …: […]

    proġett 1: […]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    proġett N: […]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total Azzjoni …: […]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Azzjoni N: […]

    proġett 1: […]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    proġett N: […]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total Azzjoni N

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Assitenza teknika

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Operazzjonijiet oħrajn (1)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

    0

    0

    0 %

    0

    0

    0 %

    0

    0

    0 %

    0

     

     

    3.4.

    Il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

    “6.   ANNESSI

    Infiq eliġibbli għall-proġett u konformità tad-dħul mar-regola dwar nuqqas ta’ qligħ u deskrizzjoni fil-qosor tal-proġett.

    Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

    Tabella 6 A

    L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett u sorsi ta’ dħul. Konformità mal-prinċipju li ma jsirx qligħ kif preskritt fil-partita I.3.3 tal-Anness XI

    Sitwazzjoni fi: jum/xahar/sena


     

    Spejjeż eliġibbli

    Sorsi ta’ dħul

     

    Spejjeż diretti

    Spejjeż indiretti

    Spiża totali eliġibbli

    Kontribuzzjoni mill-UE

    Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

    Irċevuti ġġenerati mill-proġett

    Dħul Totali

    (kif stipulat fil-partita I.3.3 tal-Anness XI)

     

    (a)

    (b)

    (c) = (a) + (b)

    (e)

    (f)

    (g)

    (h)= (e) + (f) +(g)

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    eċċ.

     

     

     

     

     

     

     

    TOTALI AZZJONI 1

     

     

     

     

     

     

     

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    eċċ.

     

     

     

     

     

     

     

    TOTALI AZZJONI 2

     

     

     

     

     

     

     

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    Referenza tal-proġett

     

     

     

     

     

     

     

    eċċ.

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL AZZJONI N

     

     

     

     

     

     

     

    ASSISTENZA TEKNIKA

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL PROGRAMM ANNWALI

     

     

     

     

     

     

     

    Image

    Test ta 'immaġni

    4.

    L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

    4.1.

    It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

    MUDELL TA’ VERIFIKA GĦAT-TIENI PREFINANZJAMENT

    4.2.

    Fin-nota ta’ qigħ il-paġna nru 1, il-kelma “eliġibbli” titħassar;

    4.3.

    Il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

    “2.

    l-infiq iddikjarat sar fir-rigward tal-azzjonijiet magħżula għal finanzjament skont il-kriterji applikabbli għall-programm annwali;”

    5.

    Fl-Anness IX, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

    MUDELL TA’ ĊERTIFIKAZZJONI GĦAL ĦLAS FINALI

    6.

    L-Anness XI huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS XI

    REGOLI DWAR L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA FOND GĦALL-INTEGRAZZJONI

    I.   Il-Prinċipji Ġenerali

    I.1.   Prinċipji Bażiċi

    1.

    Skont l-att bażiku, biex in-nefqa tkun eliġibbli, din trid tkun:

    (a)

    fl-ambitu tal-Fond u fil-limitu tal-għanijiet tiegħu, kif deskritti fl-Artikoli 1, 2 u 3 tal-att bażiku;

    (b)

    fl-limitu tal-azzjonijiet eleġibbli elenkati fl-Artikolu 4 tal-att bażiku;

    (c)

    meħtieġa sabiex jitwettqu l-attivitajiet koperti mill-proġett, li jifforma parti mill-programmi multiannwali u annwali, kif approvati mill-Kummissjoni;

    (d)

    raġonevoli u konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, b'mod partikolari, il-valur għall-flus u l-użu effikaċi tal-fondi;

    (e)

    saret mill-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett, li għandhom ikunu stabbiliti u rreġistrati fi Stat Membru, ħlief fil-każ ta' organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali imwaqqfa permezz ta' ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar. Dwar l-Artikolu 39(2) ta' din id-Deċiżjoni, ir-regoli li japplikaw għall-benefiċjarju finali għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-imsieħba fil-proġett;

    (f)

    marbut mal-gruppi mmirati ddefiniti fil-qafas tal-att bażiku;

    (g)

    saret skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehim tal-għotja.

    2.

    Fil-każ ta' azzjonijiet multiannwali fis-sens tal-Artikolu 13(6) tal-att bażiku, parti biss mill-azzjoni kofinanzjata minn programm annwali hi meqjusa bħala proġett għall-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ta' eliġibbiltà.

    3.

    Il-proġetti appoġġjati mill-Fond ma għandhomx ikunu ffinanzjati minn sorsi oħra koperti mill-baġit Komunitarju. Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu kofinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati.

    I.2.   Il-baġit ta' proġett

    Il-baġit ta' proġett għandu jkun ippreżentat kif ġej:

    In-nefqa

    Dħul

    +

    Spejjeż diretti (DC)

    +

    Spejjeż indiretti (persentaġġ fissat ta’ DC, definit fil-ftehim tal-għotja)

    +

    Kontribuzzjoni mill-KE (iddefinita bħala l-aktar wieħed baxx mit-tliet ammonti indikati fl-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni)

    +

    Kontribuzzjoni mill-benefiċjarju finali u l-imsieħba fil-proġett

    +

    Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

    +

    Irċevuti ġġenerati mill-proġett

    =

    Spejjeż Totali Eliġibbli (TEC)

    =

    Dħul Totali (TI)

    Il-baġit għandu jkun ibbilanċjat: L-Ispiża Totali Eliġibbli għandha tkun daqs id-Dħul Totali.

    I.3.   Id-Dħul u l-Prinċipju tan-Nuqqas ta’ Qligħ

    1.

    Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu ta’ natura li ma jagħmlux qligħ. Jekk, fl-aħħar tal-proġett, is-sorsi ta’ dħul, inklużi l-irċevuti, jeċċedu l-infiq, il-kontribuzzjoni lejn il-proġett mill-Fond għandha titnaqqas f’dan is-sens. Is-sorsi kollha tad-dħul għall-proġett għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet tal-benefiċjarju finali jew fid-dokumenti tat-taxxa, u għandhom ikunu identifikabbli u kontrollabbli.

    2.

    Id-dħul mill-proġett għandu jiġi mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mogħtija lill-proġett mill-Fond, minn sorsi pubbliċi u privati, inkluża l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess, u minn kwalunkwe rċevuta ġġenerata mill-proġett. ‘Irċevuti’ għall-għanijiet ta’ din ir-regola jkopru dħul irċevut minn proġett matul il-perjodu tal-eliġibbiltà kif deskritt fil-punt I.4, minn bejgħ, kiri, servizzi, abbonament/tariffi jew kwalunkwe dħul ieħor ekwivalenti.

    3.

    Il-kontribuzzjoni Komunitarja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju li ma jsirx qligħ, kif imsemmi taħt l-Artikolu 12(c) ta’ din id-Deċiżjoni, tkun l-‘ispejjeż totali eliġibbli’ bit-tnaqqis tal-‘kontribuzzjoni minn partijiet terzi’ u l-‘irċevuti ġġenerati mill-proġett’.

    I.4.   Il-Perjodu tal-Eliġibbiltà

    1.

    L-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati u l-ħlasijiet rispettivi (ħlief għad-diprezzament) li saru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena għandhom ikunu msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibilità huwa sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N (*) + 2, jiġifieri li l-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati qabel din id-data.

    2.

    Issir eċċezzjoni għall-perjodu ta’ eleġibbiltà previst fil-paragrafu 1 għal:

    (a)

    proġetti sostnuti mill-programm annwali għall-2007, skont l-Artikolu 33(3) tal-att bażiku;

    (b)

    assistenza teknika għall-Istati Membri (irreferi għall-punt IV.3.).

    I.5.   Rekord tal-infiq

    1.

    L-infiq għandu jikkorrispondi għall-ħlasijiet magħmula mill-benefiċjarju finali. Dawn għandhom ikunu fil-forma ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji (kontanti), ħlief għad-diprezzament.

    2.

    Bħala regola, l-infiq għandu jkun iġġustifikat minn fatturi uffiċjali. Fejn dan ma jistax isir, l-infiq għandu jkun appoġġjat minn dokumenti taż-żamma tal-kotba jew dokumenti ta’ sostenn ta’ valur probatorju ekwivalenti.

    3.

    L-infiq għandu jkun identifikabbli u verifikabbli. Partikolarment,

    (a)

    għandu jkun irreġistrat fir-rekords taż-żamma tal-kotba tal-benefiċjarju finali;

    (b)

    għandu jkun iddeterminat skont l-istandards applikabbli taż-żamma tal-kotba tal-pajjiż fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju finali u bil-prattiki normali taż-żamma tal-kotba skont l-ispejjeż tal-benefiċjarju finali; kif ukoll

    (c)

    għandu jiġi ddikjarat skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar it-taxxa u dik soċjali.

    4.

    Skont kif ikun meħtieġ, il-benefiċjarji finali huma obbligati jżommu kopji ċċertifikati tad-dokumenti taż-żamma tal-kotba li jiġġustifikaw id-dħul u l-infiq li jkun sar mill-isħab fir-rigward tal-proġett ikkonċernat.

    5.

    Il-ħażna u l-ipproċessar ta’ dawn ir-rekords mogħtija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom ikunu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

    I.6.   Skop territorjali

    1.

    L-infiq għall-azzjonijiet deskritti fl-Artikoli 4 tal-att bażiku għandu jkun:

    (a)

    magħmul mill-benefiċjarji finali definiti fil-punt I.1.1.(e); kif ukoll

    (b)

    magħmul fit-territorju tal-Istati Membri, ħlief għall-azzjonijiet ta’ qabel it-tluq imsemmija fl-Artikolu 4.1(c) tal-att bażiku, li jista’ jkun sar fit-territorju tal-Istati Membri jew fil-pajjiż tal-oriġini.

    2.

    Imsieħba fil-proġett irreġistrati u stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fi proġetti biss fuq bażi mingħajr nefqa, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali mwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar.

    II.   Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli (fuq il-livell tal-proġett)

    II.1.   L-ispejjeż diretti eliġibbli

    L-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett huma spejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fil-parti I, huma identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett. L-ispejjeż diretti għandhom ikunu inklużi fl-istima totali tal-baġit għall-proġett.

    Dawn l-ispejjeż diretti li ġejjin huma eliġibbli:

    II.1.1.   Spejjeż dwar il-persunal

    1.

    L-ispejjeż dwar il-persunal assenjati għall-proġett, magħmula minn salarji attwali u spejjeż ta’ sigurtà soċjali, u spejjeż statutorji oħra għandhom ikunu eliġibbli, kemm-il darba dawn jikkorrispondu mal-politika normali tal-benefiċjarju dwar il-ħlas.

    2.

    Fil-każ ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, l-ispiża eliġibbli tal-persunal tista’ tinkludi dispożizzjonijiet biex jiġu koperti obbligi statutarji u drittijiet relatati mar-rimunerazzjoni.

    3.

    L-ispejjeż tas-salarji korrispondenti tal-persunl ta’ korpi pubbliċi jkunu eliġibbli sakemm ikunu relatati mal-ispiża ta’ attivitajiet li l-korp pubbliku rilevanti ma jkunx wettaq kieku l-proġett ikkonċernat ma tteħidx; dan il-persunal għandu jiġi ssekondat jew assenjat għall-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub tal-benefiċjarju finali.

    4.

    L-ispejjeż dwar il-persunal għandhom ikunu dettaljati fil-baġit bil-quddiem, bl-indikazzjoni ta’ funzjonijiet u n-numru ta’ persunal.

    II.1.2.   Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza

    1.

    Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza huma eliġibbli bħala spejjeż diretti għall-persunal jew persuni oħra li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-proġett u li l-ivvjaġġar tagħhom hu neċessarju għall-implimentazzjoni tal-proġett.

    2.

    L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali li saru. Ir-rati tal-ħlas lura għandhom ikunu bbażati fuq l-orħos forma ta’ transport pubbliku u t-titjiriet għandhom, bħala regola, ikunu permessi biss għal vjaġġi itwal minn 800 km (vjaġġ tar-ritorn), jew fejn id-destinazzjoni ġeografika tiġġustifika l-ivvjaġġar bl-ajru. Fejn tintuża karozza privata, il-ħlas lura normalment isir jew fuq bażi tal-ispejjeż tat-trasport pubbliku, jew ir-rati tal-mili skont ir-regoli uffiċjali ppubblikati fl-Istat Membru kkonċernat jew użati mill-benefiċjarju finali.

    3.

    L-ispejjeż tas-sussistenza għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi ta’ spejjeż reali jew gratifika għas-sussistenza għal kuljum. Fejn organizzazzjoni għandha r-rati tagħha ta’ kuljum (ħlasijiet ta’ sussistenza), dawn għandhom jiġu applikati fil-limiti stabbiliti mill-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. Il-ħlasijiet tas-sussistenza huma normalment miftiehma li jkopru transport lokali (inklużi taksis), akkomodazzjoni, ikel, telefonati lokali u spejjeż ġenerali.

    II.1.3.   Tagħmir

    II.1.3.1.   Regoli Ġenerali

    1.

    Spejjeż relatati mal-akkwist ta’ tagħmir huma eliġibbli biss jekk huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett. It-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jħarsu r-regoli u l-istandards applikabbli.

    2.

    L-għażla bejn lokazzjoni, kera jew xiri dejjem għandha tkun ibbażata fuq l-għażla li hija l-inqas għalja. Madankollu, jekk il-lokazzjoni jew il-kera mhix possibbli minħabba t-terminu qasir tal-proġett jew id-diprezzament mgħaġġel fil-valur, ix-xiri huwa aċċettat.

    II.1.3.2.   Il-kera u l-lokazzjoni

    L-infiq relatat mal-operat tal-kera u l-lokazzjoni huwa eliġibbli għall-kofinanzjament suġġett għar-regoli stabbiliti fl-Istat Membru, il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali u t-terminu tal-kera jew lokazzjoni għall-għan tal-proġett.

    II.1.3.3.   Ix-xiri

    1.

    Fejn jinxtara t-tagħmir qabel jew matul il-ħajja tal-proġett, il-baġit irid jispeċifika jekk humiex inklużi l-ispejjeż kollha jew inkella hux inkluż biss is-sehem tad-deprezzament tat-tagħmir li jikkorrispondi għal kemm idum jintuża għall-proġett u r-rata ta’ użu attwali għall-proġett. Din tal-aħħar għandha tiġi kkalkulata skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

    2.

    It-tagħmir li nxtara qabel il-ħajja tal-proġett, iżda li jintuża għall-għan tal-proġett, huwa eliġibbli fuq il-bażi tad-diprezzament. Iżda dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli jekk it-tagħmir kien oriġinarjament inxtara permezz ta’ għotja Komunitarja.

    3.

    Għall-oġġetti individwali li għandhom prezz ta’ inqas minn EUR 20 000, il-prezz sħiħ tax-xiri huwa eliġibbli, kemm-il darba t-tagħmir jinxtara qabel l-aħħar tliet xhur tal-proġett. Oġġetti individwali li jiswew EUR 20 000 jew iktar huma eliġibbli biss fuq il-bażi tad-deprezzament.

    II.1.4.   Il-proprjetà immobbli

    II.1.4.1.   Regoli Ġenerali

    It-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jħares ir-regoli u l-istandards applikabbli.

    II.1.4.2.   Kiri

    Il-kiri tal-proprjetà immobbli huwa eliġibbli għall-finanzjament konġunt fejn hemm rabta ċara bejn il-kera u l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

    (a)

    il-proprjetà ma tkunx inxtrat permezz ta’ għotja Komunitarja;

    (b)

    il-proprjetà immobbli tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-proġett. Jekk le, huwa biss is-sehem tal-ispejjeż li jikkorrispondi għall-użu tal-proġett li huwa eliġibbli.

    II.1.5.   Il-konsumabbli, il-proviżjonijiet u s-servizzi ġenerali

    L-ispejjeż tal-konsumabbli, tal-proviżjonijiet u tas-servizzi ġenerali huma eliġibbli kemm-il darba huma identifikabbli u direttament meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett.

    II.1.6.   Is-sottokuntrattar

    1.

    Bħala regola ġenerali, il-benefiċjarji finali għandu jkollhom il-kapaċità li jimmaniġġjaw il-proġetti huma stess. L-ammont li jikkorrispondi għal biċċiet ta’ xogħol li jkunu se jiġu sottokuntrattati bħala parti mill-proġett se jkollhom ikunu mmarkati b’mod ċar fil-ftehim dwar l-għotja.

    2.

    L-infiq relatat mas-sottokuntrattar segwenti mhux eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Fond:

    (a)

    is-sottokuntrattar tal-kompiti għall-ġestjoni globali tal-proġett;

    (b)

    sottokuntrattar li jżid l-ispiża tal-proġett mingħajr ma jżid l-ebda valur proporzjonali miegħu;

    (c)

    sottokuntrattar ma’ intermedjarji jew konsulenti li fihom il-ħlas ikun imfisser bħala perċentwal tal-ispiża kollha tal-proġett, sakemm dan il-ħlas ma jkunx ġustifikat mill-benefiċjarju finali b’referenza għall-valur attwali tax-xogħol jew servizzi li jkunu provduti.

    3.

    Għas-sottokuntratti kollha, is-sottokuntratturi għandhom jintrabtu li jipprovdu lill-korpi ta’ awdituri u kontroll, l-informazzjoni kollha meħtieġa konnessa mal-attivitajiet sottokuntrattati.

    II.1.7.   L-ispejjeż li jkunu ġejjin direttament mir-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni

    L-ispejjeż meħtieġa sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni, bħall-pubbliċità, it-trasparenza, l-evalwazzjoni tal-proġett, il-verifika esterna, il-garanziji bankarji, l-ispejjeż tat-traduzzjoni, eċċ., huma eliġibbli bħala spejjeż diretti.

    II.1.8.   It-tariffi tal-esperti

    L-ispejjeż tal-konsulenza legali, tariffi notarili u spejjeż tal-esperti tekniċi u finanzjarji huma eliġibbli.

    II.1.9.   Spejjeż speċifiċi b’rabta ma’ persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fl-ambitu tal-Fond

    1.

    Għall-finijiet ta’ assistenza, xirjiet magħmulin mill-benefiċjarju finali għal persuni b’nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu fl-ambitu tal-Fond kif iddefinit fl-Att Bażiku u rifużjonijiet mill-benefiċjarju finali ta’ spejjeż magħmulin minn dawn il-persuni huma eliġibbli taħt il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

    (a)

    il-benefiċjarju finali għandu jżomm l-informazzjoni u l-provi meħtieġa li juru li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirċievu din l-assistenza jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-Fond kif definit fl-Att Bażiku għall-perjodu mitlub skont l-Artikolu 41 tal-Att Bażiku;

    (b)

    il-benefiċjarju finali għandu jżomm il-provi għall-appoġġ mogħti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (bħal fatturi u rċevuti) matul il-perjodu li jipprovdi għalih l-Artikolu 41 tal-Att Bażiku.

    2.

    Fil-każ ta’ azzjonijiet li jitolbu l-attendenza (ngħidu aħna kors ta’ taħriġ) ta’ persuni li jaqgħu fl-ambitu tal-Fond, jistgħu jitqassmu inċentivi żgħar fi flus kontanti bħala għajnuna kumplimentarja dment li t-total ma jaqbiżx il-EUR 25 000 għal kull proġett u li jitqassam lil kull persuna għal kull avveniment, kors jew ħaġa oħra. Il-benefiċjarju aħħari għandu jżomm lista tal-persuni, tal-ħin u tad-data tal-ħlas u għandu jiżgura li jsir segwitu adegwat sabiex jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju u użu ħażin ta’ fondi.

    II.2.   Spejjeż indiretti eliġibbli

    1.

    L-ispejjeż indiretti eliġibbli għall-azzjoni huma dawk l-ispejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà deskritti fil-punt I.1.1., mhumiex identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi marbuta b’mod dirett mat-twettiq tal-proġett.

    2.

    B’deroga mill-punt I.1.1.(e) u mill-punt I.5., l-ispejjeż indiretti li jsiru fit-twettiq tal-azzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament b’rata fissa stabbilita għal mhux aktar minn 7 % tal-ispejjeż diretti totali eliġibbli.

    3.

    Organizzazzjonijiet li jirċievu għotja għall-ħidma mill-baġit tal-Unjoni ma jistgħux jinkludu spejjeż indiretti fil-baġit bil-quddiem tagħhom.

    III.   Nefqa ineliġibbli

    L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

    (a)

    VAT, ħlief fejn il-benefiċjarju finali jista’ juri li ma jistax jirkupraha;

    (b)

    dħul lura fuq kapital, dejn u spejjeż tas-servizzi tad-dejn, kummissjonijiet tal-iskambju u telf fl-iskambju, provvedimenti għal telf jew responsabbiltajiet futuri potenzjali, interessi dovuti, djun dubjużi, multi, penali finanzjarji, spejjeż ta’ litigazzjoni u nfiq eċċessiv jew traskurat;

    (c)

    spejjeż tad-divertiment esklussivament għall-persunal tal-proġett; spejjeż raġonevoli tal-ospitalità fi ġrajjiet soċjali ġġustifikati mill-proġett, bħal avvenimenti fl-aħħar tal-proġett jew laqgħat tal-kumitat li jmexxi l-proġett, huma permessi;

    (d)

    spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju finali u koperti minn proġett ieħor jew programm ta’ xogħol li jirċievi għotja Komunitarja;

    (e)

    xiri ta’ art u x-xiri, il-kostruzzjonu u r-rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli;

    (f)

    kontribuzzjonijiet mhux fi flus.

    IV.   L-assistenza teknika fuq inizzjattiva tal-istati membri

    1.

    L-ispejjeż kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Fond mill-awtorità responsabbli, l-awtorità delegata, l-awtorità ta’ verifika, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni jew korpi oħra li jassistu l-funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 huma eliġibbli taħt l-assistenza teknika fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 15 tal-att bażiku.

    2.

    Dawn jinkludu l-miżuri li ġejjin:

    (a)

    infiq relatat mal-preparazzjoni, l-għażla, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet;

    (b)

    infiq relatat mal-verifiki u l-verifiki għall-għarrieda ta’ azzjonijiet jew proġetti;

    (c)

    infiq relatat ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

    (d)

    infiq relatat ma’ informazzjoni, disseminazzjoni u trasparenza relatati mal-azzjonijiet;

    (e)

    infiq fuq il-kisba, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fondi;

    (f)

    infiq fuq laqgħat ta’ kumitati u sottokumitati tal-monitoraġġ relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjonijjiet; dan l-infiq jista’ wkoll jinkludi l-ispejjeż ta’ esperti u parteċipanti oħrajn f’dawn il-kumitati, inklużi parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijjiet;

    (g)

    infiq għar-rinforz tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond.

    3.

    L-attivitajiet marbuta mal-assistenza teknika għandhom jitwettqu u l-ħlasijiet korrispondenti isiru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament li tkun approvat il-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibbiltà jdum sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.

    4.

    Kwalunkwe akkwist għandu jsir skont ir-regoli nazzjonali dwar l-akkwisti stabbiliti fl-Istati Membri.

    5.

    L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ assistenza teknika għal dan il-Fond flimkien ma’ miżuri ta’ assistenza teknika għal xi ftit mill-erba’ Fondi, jew għalihom kollha. Iżda, f’dak il-każ huwa biss is-sehem tal-ispejjeż użati għall-implimentazzjoni tal-miżura komuni li tikkorrispondi għal dan il-Fond li tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt dan il-Fond, u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

    (a)

    is-sehem tal-ispejjeż għall-miżuri komuni jiġi llevat fuq il-Fond korrispondenti b’mod raġonevoli u verifikabbli; kif ukoll

    (b)

    ma hemm ebda finanzjament doppju tal-ispejjeż.”


    (1)  Jekk ikun applikabbli.”

    (*)  Fejn ‘N’ hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.


    Top