Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0081

    2011/81/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 2002/741/KE, 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2003/200/KE, 2005/341//KE u 2005/343/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (notifikata bid-dokument numru C(2011) 523) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 31, 5.2.2011, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/06/2011; Impliċitament imħassar minn 32011D0081

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/81(1)/oj

    5.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/50


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-4 ta' Frar 2011

    li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 2002/741/KE, 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2003/200/KE, 2005/341//KE u 2005/343/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 523)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/81/UE)

    Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u partikolarment il-paragrafu 3 (c) tal-Artikolu 8 tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Bord għall-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/741/KE tal-4 ta' Settembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lil karta għall-ikkuppjar u karta grafika u li temenda d-Deċiżjoni 1999/554/KE (2) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/747/KE tad-9 ta' Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-premjazzjoni tà ekotikketta Komunitarja għall-bozoz tal-elettriku u li temenda d-Deċiżjoni 1999/568/KE (3) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/31/KE tad-29 ta' Novembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għad-deterġenti tal-magni għall-ħasil tal-platti u li temenda d-Deċiżjoni Nru 1999/427/KE (4) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE tal-14 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja għal deterġenti tal-londri u li temenda d-Deċiżjoni 1999/476/EC (5) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/341/KE tal-11 ta' April 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi [u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika marbutin magħhom] għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għall-kompjuters portabbli (6) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/343/KE tal-11 ta' April 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi [u r-rekwiżiti relatati ta' evalwazzjoni u verifika] għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għall-kompjuters personali (7) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010.

    (7)

    B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 66/2010, saret reviżjoni f’waqtha tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet.

    (8)

    Minħabba l-istadji differenti tal-proċess tar-reviżjoni għal dawk id-Deċiżjonijiet, huwa xieraq li jittawlu l-perjodi ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika li huma jistabbilixxu. Il-perjodu ta' validità għad-Deċiżjonijiet 2003/31/KE u 2003/200/KE għandu jittawwal sat-30 ta' April 2011. Il-perjodu ta' validità għad-Deċiżjonijiet 2002/741/KE, 2005/341/KE u 2005/343/KE għandu jittawwal sat-30 ta' Ġunju 2011. Il-perjodu ta' validità għad-Deċiżjoni Nru 2002/747/KE għandu jittawwal sal-31 ta' Awwissu 2011.

    (9)

    Id-Deċiżjonijiet 2002/741/KE, 2002/747/KE, 2003/31/KE, 2003/200/KE, 2005/341/KE, 2005/343/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/741/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘karta għall-ikkuppjar u karta grafika’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2011.”

    Artikolu 2

    L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2002/747/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘bozoz tal-elettriku’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Awwissu 2011.”

    Artikolu 3

    L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/31/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘deterġenti għall-magni għall-ħasil tal-platti’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-30 ta' April 2011.”

    Artikolu 4

    L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2003/200/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘deterġenti tal-londri’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-30 ta' April 2011.”

    Artikolu 5

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2005/341/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kompjuters personali’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2011.”

    Artikolu 6

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2005/343/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' ‘kompjuters portabbli’, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2011.”

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  ĠU L 237, 5.9.2002, p. 6.

    (3)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 44.

    (4)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 11.

    (5)  ĠU L 76, 22.3.2003, p. 25

    (6)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 1.

    (7)  ĠU L 115, 4.5.2005, p. 35.


    Top