Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1220

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1220/2010 tas- 17 ta’ Diċembru 2010 dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għat-tlettax-il stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

    ĠU L 335, 18.12.2010, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1220/oj

    18.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 335/50


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1220/2010

    tas-17 ta’ Diċembru 2010

    dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għat-tlettax-il stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

    (2)

    Skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fid-dawl tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa għal kull ċereali u għal kull Stat Membru prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx.

    (3)

    Fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu għat-tlettax-il stedina individwali għal sejħa għall-offerti, ġie deċiż li għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċertu ċereali u għal ċerti Stati Membri u ma għandux ikun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċereali oħra u għal Stati Membri oħra.

    (4)

    Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għat-tlettax-il stedina individwali għal sejħa għall-offerti għall-bejgħ taċ-ċereali fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fir-rigward ta’ liema, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ sejħiet għall-offerti skada fil-15 ta’ Diċembru 2010, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull ċereali u għal kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.

    (3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


    ANNESS

    Deċiżjonijiet dwar bejgħ

    (EUR/tunnellata)

    Stat Membru

    Il-prezz minimu tal-bejgħ

    Qamħ komuni

    Xgħir

    Qamħirrun

    Kodiċi tan-NM 1001 90

    Kodiċi tan-NM 1003 00

    Kodiċi tan-NM 1005 90 00

    Il-Belġju

    X

    X

    X

    Il-Bulgarija

    X

    X

    X

    Ir-Repubblika Ċeka

    222,18

    175,10

    X

    Id-Danimarka

    X

    X

    Il-Ġermanja

    X

    185

    X

    L-Estonja

    X

    175

    X

    L-Irlanda

    X

    X

    X

    Il-Ġreċja

    X

    X

    X

    Spanja

    X

    X

    X

    Franza

    X

    X

    L-Italja

    X

    X

    X

    Ċipru

    X

    X

    X

    Il-Latvja

    X

    X

    X

    Il-Litwanja

    X

    174,50

    X

    Il-Lussemburgu

    X

    X

    X

    L-Ungerija

    X

    175,50

    X

    Malta

    X

    X

    X

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    X

    X

    X

    L-Awstrija

    X

    X

    X

    Il-Polonja

    X

    X

    X

    Il-Portugall

    X

    X

    X

    Ir-Rumanija

    X

    X

    X

    Is-Slovenja

    X

    X

    X

    Is-Slovakkja

    X

    175,21

    X

    Il-Finlandja

    X

    175,20

    X

    L-Isvezja

    X

    184,50

    X

    Ir-Renju Unit

    X

    199,42

    X

    (—)

    L-ebda prezz minimu tal-bejgħ iffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

    (°)

    L-ebda offerta

    (X)

    L-ebda ċereali ma huma disponibbli għall-bejgħ

    (#)

    Mhux applikabbli


    Top