This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1014
Commission Regulation (EU) No 1014/2010 of 10 November 2010 on monitoring and reporting of data on the registration of new passenger cars pursuant to Regulation (EC) No 443/2009 of the European Parliament and of the Council Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal- 10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal- 10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021; Imħassar b' 32021R0392
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32010R1014R(01) | (IT) | |||
Modified by | 32012R0429 | Żieda | artikolu 9.3 | 26/05/2012 | |
Modified by | 32012R0429 | Żieda | artikolu 9.5 | 26/05/2012 | |
Modified by | 32012R0429 | Żieda | artikolu 9.4 | 26/05/2012 | |
Modified by | 32013R0396 | Sostituzzjoni | artikolu 3.7 | 08/05/2013 | |
Modified by | 32013R0396 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 08/05/2013 | |
Modified by | 32013R0396 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 08/05/2013 | |
Modified by | 32013R0396 | Sostituzzjoni | anness I | 08/05/2013 | |
Modified by | 32013R0396 | Sostituzzjoni | anness II | 08/05/2013 | |
Modified by | 32017R1153 | Tħassir | artikolu 6 | 27/07/2017 | |
Modified by | 32017R1153 | Sostituzzjoni | anness I | 27/07/2017 | |
Modified by | 32017R1153 | Sostituzzjoni | artikolu 5 punt (b) | 27/07/2017 | |
Modified by | 32017R1153 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 3 | 27/07/2017 | |
Modified by | 32017R1153 | Żieda | artikolu 9a | 27/07/2017 | |
Modified by | 32017R1231 | Żieda | anness I TABL Test | 28/07/2017 | |
Repealed by | 32021R0392 | 01/03/2021 |
11.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2010
tal-10 ta’ Novembru 2010
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 l-Istati Membri għandhom kull sena jirreġistraw u jittrażmettu ċertu dejta lill-Kummissjoni dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri fit-territorju tagħom fis-sena ta’ qabel. Billi dik id-dejta għandha sservi ta’ bażi għad-determinazzjoni tal-mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-manifatturi ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, u sabiex jiġi vvalutat jekk il-manifatturi jikkonformawx jew le ma’ dawk il-miri, huwa meħtieġ li r-regoli dwar il-ġbir u r-rappurtar ta’ dik id-dejta jiġu armonizzati. |
(2) |
Sabiex issir valutazzjoni sħiħa dwar jekk kull manifattur jikkonformax jew le mal-mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO2, stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009, u sabiex tinkiseb l-esperjenza meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni teħtieġ dejta dettaljata f’livell ta’ manifattur għal kull serje ta’ vettura definita skont it-tip, varjant u verżjoni. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li dejta bħal din tiġi rreġsitrata u trażmessa lill-Kummissjoni flimkien mad-dejta aggregata skont l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Skont l-Artikoli 18 u 26 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (2), manifattur għandu jiżgura li kull karozza ġdida tal-passiġġieri li tinħareġ fis-suq fl-UE tkun akkumpanjata minn ċertifikat validu ta’ konformità u Stat Membru ma jistax jirreġistra t-tali vettura jekk din ma jkollhiex dan iċ-ċertifikat ta’ konformità. Għalhekk jagħmel sens li ċ-ċertifkat tal-konformità għandu jkun is-sors ewlieni tal-informazzjoni li l-Istati Membri jeħtiġilhom jirreġistraw, li jqegħduha wkoll għad-dispożizzjoni tal-manifattur skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u li tiġi rrapportata lill-Kumissjoni. Sabiex l-Istati Membri jitħallew jużaw l-informazzjoni minn sorsi oħra minbarra dik taċ-ċertifikat ta’ konformità, kif indikat fil-Premessa 26 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, sabiex jitlesta l-proċess ta’ reġistrazzjoni u tad-dħul fis-servizz ta’ karozza ġdida tal-passiġġieri, huwa xieraq li jiġi stabbilit liema dokumenti oħra jipprovdu preċiżjoni ekwivalenti u liema minn dawn għandhom jiġu awtorizzati għall-użu mill-Istati Membri. |
(4) |
Huwa importanti li d-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri tkun preċiża u li tkun tista’ tiġi pproċessata b’mod effettiv sabiex tiġi stabbilita mira speċifika tal-emissjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Il-manifatturi għandhom għalhekk jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l-ismijiet u l-ewwel taqsima tan-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura lill-Kummissjoni, kif speċifikat fid-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE 18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (3), li jintużaw fuq iċ-ċertifkati ta’ konformità fl-Istati Membri tar-reġistrazzjoni differenti. Permezz ta’ dik l-informazzjoni l-Kummissjoni tkun tista’ tipprovdi lill-Istati Membri l-lista aġġornata tal-ismijiet tal-manifatturi magħżula li għandha tintuża għall-għan ta’ rapportar tad-dejta. |
(5) |
L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jirrapportaw informazzjoni dwar vetturi li jkun għadhom kif ġew irreġistrati u li jkunu ddisinjati li jużaw fjuwils alternattivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa li tinkludi il-proporzjon tal-pompi tal-fjuwil fit-territorju tagħhom u, fejn applikabbli, ta’ dawk li jipprovdu il-fjuwil etanol (E85) li jissodisfaw l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/28/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (4) u fl-Artikolu 7b tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/70/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (5), sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tqis it-tnaqqis għall-mira tal-emissjonijiet speċifika minħabba l-użu tal-fjuwil tal-etanol (E85) skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
(6) |
L-Artikoli 23 u 24 tad-Direttiva 2007/46/KE jipprovdu għal proċedura tal-approvazzjoni simplifikata li għaliha mhux meħtieġ li jinħareġ ċertifikat ta’ konformità. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw in-numru ta’ vetturi reġistrati skont dawk il-proċeduri sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-impatt tagħhom fuq il-proċess ta’ monitoraġġ u fuq l-ilħiq tal-medja tal-mira tal-UE tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta l-ġdida ta’ karozzi tal-passiġġieri. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip” tfisser id-dokument li jinkludi dejta speċifikata fit-tielet kolonna tat-Tabella stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament; |
(2) |
“dejta aggregata ta’ monitoraġġ” tfisser id-dejta aggregata speċifikata fl-ewwel tabella fit-Parti C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 443/2009; |
(3) |
“dejta dettaljata ta’ monitoraġġ” tfisser id-dejta dettaljata speċifikata fit-tieni tabella fil-Taqsima C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 443/2009 li hija disaggregata (spjegata fid-dettal) mill-manifattur u s-serje tal-vettura kif definit mit-tip, varjant u verżjoni. |
(4) |
“vettura ta’ bażi” hija kif definita fl-Artikolu 3(18) tad-Direttiva 2007/46/KE; |
(5) |
“vettura li tieħu żewġ fjuwils” u “vettura flex fuel li tieħu l-etanol” huma kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6); |
Artikolu 2
Trażmissjoni tad-dejta
Id-dejta ta’ monitoraġġ aggregata flimkien mad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandhom jiġu trażmessi mill-Istat Membru permezz ta’ trasferiment elettroniku tad-dejta għar-Repożitorju tad-Dejta Ċentrali ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni meta d-dejta tiġi trażmessa.
Artikolu 3
Sorsi ta’ dejta
1. Irrispettivament mis-sors tad-dejta użat minn kull Stat Membru sabiex jipprepara d-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, din id-dejta kollha għandha tiġi bbażata fuq l-informazzjoni li tkun tinsab fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-karozza tal-passiġġieri rilevanti jew id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III u fl-Annes VIII għad-Direttiva 2007/46/KE kif speċifikat fit-tabella fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
2. Il-parametru “total tan-numru tar-reġistrazzjonijiet ġodda” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandu jiġi determinat mit-total tan-numru tar-rekords tar-reġistrazzjoni li jinħoloq kull sena u li jkun rilevanti għal kull vettura.
3. Meta jkun hemm iktar minn isem ta’ manifattur wieħed fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità jew tad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip, l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-manifattur dwar il-vettura bażi.
4. Il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 li għandhom jiġu rrapportati skont il-parametru “Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandhom jittieħdu mill-entrata “ikkombinat” fiċ-ċertifikat ta’ konformità jew fid-dokumentazzjoni approvata tat-tip, ħlief fil-każ fejn tapplika l-entrata għal “ippeżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) u kkombinat”.
5. Fir-rapportar dwar vetturi bi fjuwil alternattiv fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi t-tip u l-modalità tal-fjuwil kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
6. Fil-każ ta’ vetturi li jieħdu żewġ fjuwils jew vettura flex fuel li tieħu l-etanol l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta il-valuri tal-emmissjonijiet tas-CO2 li ġejjin taħt il-parametru “Emissjonijiet speċifiċi tas- CO2 (g/km)” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljat:
(a) |
għal vetturi li jieħdu żewġ gassijiet ta’ fjuwil li jużaw il-petrol u fjuwils gassużi, il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-gass tal-petroleum likwifikat (LPG) jew għall-gass naturali (NG) skont il-punt 2 fil-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 443/2009; |
(b) |
Għal vetturi flex fuel li jieħdu l-etanol li jużaw petrol u fjuwil tal-etanol (E85) imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-valur tal-emissjoni tas-CO2 għall-petrol. |
Fil-każ tal-punt (b), L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-valur tal-petrol u anke meta l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ma jiġux sodisfatti. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw ukoll il-valur E85.
7. Fejn il-vettura jkollha distanzi bejn il-fusien ta’ wisa’ differenti, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-wisa’ massimu tal-fus taħt il-parametru “ Impronta (Footprint) - wisa’ ta’ bejn ir-roti (mm)” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata.
8. Meta d-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata jittieħdu mid-dokumentazzjini approvata tat-tip, u meta dik id-dejta tinkludi firxiet ta’ valuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rrappurtata tipprovdi preċiżjoni adegwata, u li hija konformi mad-dejta li tinsab fiċ-ċertifikat ta’ konformità.
Artikolu 4
Żamma u kontroll tad-dejta
L-Istati Membri għandhom jiżguraw iż-żamma, il-ġbir, il-kontroll, il-verifika u t-trażmissjoni tad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u tad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata.
Artikolu 5
Preparazzjoni tad-dejta mill-Istati Membri
1. Sabiex tiġi kkalkulata l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 li għandha tiġi inkluża fid-dejta ta’ monitoraġġ aggregata, l-ebda valur/i minn dawn li ġejjin, ma għandhom jitqiesu mill-Istati Membri:
(a) |
il-perċentwali stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; |
(b) |
is-superkrediti stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; |
(c) |
it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mogħti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; |
(d) |
it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżulta permezz ta’ teknoloġiji innovattivi ikkunsidrati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
2. Sabiex tiġi kkalkulata il-medja tal-massa u l-impronta li għandhom jiġu inklużi fid-dejta ta’ monitoraġġ aggregata, l-ebda valur/i minn dawn li ġejjin ma għandhom jitqiesu mill-Istati Membri:
(a) |
il-perċentwali stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; |
(b) |
is-superkrediti stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; |
3. Meta jagħtu id-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, l-Istati Membri għandhom jinkludu:
(a) |
għal kull vettura b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta’ anqas minn 50 g CO2/km, in-numru tal-vetturi reġistrati mingħajr ma jiġu applikati il-fatturi ta’ multiplikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 (KE) tar-Regolament Nru 443/2009; |
(b) |
għal kull vettura ddisinjata li hija kapaċi taħdem bil-fjuwil etanol (E85), l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis ta’ 5 % tal-emissjonijiet tas-CO2 mogħti li dawn il-vetturi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; |
(c) |
għal kull vettura mgħammra b’teknoloġiji innovattivi, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 mingħajr ma jitqies it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 permezz ta’ teknoloġiji innovattivi mogħti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
4. Id-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandha tiġi rrapportata bil-preċiżjoni stabbilita fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Rapportar tal-pompi tal-fjuwil li jfornu l-fjuwil tal-etanol (E85)
1. L-informazzjoni dwar il-proporzjon tal-pompi tal-fjuwil fit-territorju rispettiv tal-Istati Membri li jfornu l-fjuwil tal-etanol (E85) li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà għal bijofjuwils stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikolu 7b tad-Direttiva 98/70/KE għandha tiġi pprovduta b’mod elettroniku lill-Kummissjoni flimkient mad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata.
Il-proporzjon tal-pompi tal-fjuwil għandu jiġi speċifikat f’intervalli ta’ mill-inqas 5 % u għandhom jitqarrbu għal-limitu l-iktar baxx tal-intervall.
2. F’każijiet fejn il-proporzjon ta’ pompi tal-fjuwil li jfornu l-fjuwil tal-etanol (E85) ikun iktar minn 30 %, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-total tan-numru tal-pompi tal-fjuwil li jfornu l-fjuwil etanol (E85) li jkun disponibbli bl-istess mod bħal fjuwil likwidu tal-idrokarburi u dak li jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà imsemmija fil-paragrafu 1.
3. L-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi mressqa lill-Kummissjoni sat-28 ta’ Frar kull sena.
F’każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandu japplika t-tnaqqis provdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Artikolu 7
Vetturi li mhumiex koperti mill-approvazzjoni tat-tip KE
1. F’każijiet fejn il-karozzi tal-passiġġieri jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ serje żgħira skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE jew għal approvazzjonijiet individwali skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar in-numri rispettivi ta’ dawn il-karozzi rreġistrati fit-territorju tagħhom.
2. Fil-proċess tal-ġbir tad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata, l-awtorità kompetenti għandha tindika dan li ġej minflok l-isem tal-manifattur:
(a) |
“AA-IVA” fir-rapportar ta’ tipi ta’ vetturi approvati individwalment; |
(b) |
“AA-NSS” fir-rappurtar ta’ tipi ta’ vetturi approvati f’serje żgħira b’mod nazzjonali. |
L-Istati Membri jistgħu jiġbru wkoll id-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata minn dawn il-vetturi, u għandhom f’dak il-każ jużaw id-denominazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).
Artikolu 8
Lista tal-manifatturi
1. Il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissoni b’li ġej sal-15 ta’ Diċembru 2010
(a) |
l-ismijiet li jindikaw jew li għandhom ħsieb li jindikaw fuq iċ-ċertifikati ta’ konformità; |
(b) |
l-ewwel taqsima ta’ kull Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura kif speċifikat fid-Direttiva 76/114/KEE li jindikaw jew li jkollhom ħsieb li jindikaw fuq iċ-ċertifikati ta’ konformità. |
Huma għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar tibdiliet fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b). Il-manifatturi l-ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. Fil-ġbir tad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-ismijiet tal-manifatturi meħudin mil-lista li għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni abbażi tal-ismijiet notifikati skont il-paragrafu 1. Din il-lista għanda tiġi ppubblikata fuq l-Internet għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 2010 u għandha tiġi aġġornata regolarment.
3. Fil-każ li l-isem tal-manifattur ma jkunx inkluż f’dik il-lista, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-isem ta’ fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità jew tad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip sabiex id-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata jkunu jistgħu jinġabru.
Artikolu 9
Informazzjoni addizzjonali li trid tingħata mill-manifatturi
1. Għal għan tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-indirizz rilevanti tal-persuna ta’ kuntatt li għaliha trid tiġi indirizzata n-notifika.
Fil-każ li jkun hemm xi tibdil fid-dejta provduta, il-manifattur għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Manifatturi ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar id-dettalji tal-kuntatt.
2. Fil-każ li grupp ta’ intrapriżi marbutin flimkien jiffurmaw għaqda, dawn għandhom jipprovdu evidenza tar-rabta ta’ bejn il-membri tal-grupp sabiex tkun tista’ tiġi ddeterminata l-applikabbiltà tal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont il-kriterji stabbiliti mill-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(4) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(5) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.
(6) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.
ANNESS I
Sorsi ta’ dejta
Parametru |
Ċertifikat ta’ konformità (Parti 1, Mudell B stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE) |
Dokumentazzjoni approvata tat-tip (Direttiva 2007/46/KE) |
Manifattur |
Taqsima 0.5 |
Taqsima 0.5 tal-Parti 1 tal-Anness III |
Tip |
Taqsima 0.2 |
Taqsima 0.2 tal-Parti 1 tal-Anness III |
Varjant |
Taqsima 0.2 |
Taqsima 3 tal-Anness VIII |
Verżjoni |
Taqsima 0.2 |
Taqsima 3 tal-Anness VIII |
Għamla |
Taqsima 0.1 |
Taqsima 0.1 tal-Parti 1 tal-Anness III |
Isem kummerċjali |
Taqsima 0.2.1: |
Taqsima 0.2.1 tal-Parti 1 tal-Anness III |
Kategorija ta’ vettura tat-tip approvat |
Taqsima 0.4 |
Taqsima 0.4 tal-Parti 1 tal-Anness III |
Massa (kg) |
sad-29 ta’ April 2010: Taqsima 12.1 mit-30 ta’ April 2010: Taqsima 13 |
Taqsima 2.6 tal-Parti 1 tal-Anness III (1) |
Impronta – it-tul bejn il-fusien (Wheel base) (mm) |
sad-29 ta’ April 2010: Taqsima 3 mit-30 ta’ April 2010: Taqsima 4 |
Taqsima 2.1 tal-Parti 1 tal-Anness III (2) |
Impronta – il-wisa’ bejn ir-roti (Track width) (mm) |
sad-29 ta’ April 2010: Taqsima 5 mit-30 ta’ April 2010: Taqsima 30 |
Taqsima 2.3.1 u 2.3.2 tal-Parti 1 tal-Anness III (3) |
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km) (4) |
sad-29 ta’ April 2010: Taqsima 46.2 mit-30 ta’ April 2010: Taqsima 49.1 |
Taqsima 3 tal-Anness VIII |
Tip ta’ fjuwil |
sad-29 ta’ April 2010: Taqsima 25 mit-30 ta’ April 2010: Taqsima 26 |
Taqsima 3.2.2.1 tal-Parti 1 tal-Anness III |
Modalità tal-fjuwil |
mit-30 ta’ April 2010: Taqsima 26.1 |
Taqsima 3.2.2.4 tal-Parti 1 tal-Anness III |
(1) skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament.
(2) skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament.
(3) skont l-Artikoli 3(7) u 3(8) ta’ dan ir-Regolament.
(4) skont l-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament.
ANNESS II
Tabelli dwar il-preċiżjoni tad-dejta
Tabella 1
Il-preċiżjoni meħtieġa għad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 2
CO2 (g/km) |
skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 |
Massa (kg) |
numru sħiħ |
Impronta (m2) |
jiġi aġġustat sal-eqreb tliet ċifri deċimali |
Tabella 2
Il-preċiżjoni meħtieġa għad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata li għandha tiġi rrappurtata skont l-Artikolu 2
CO2 (g/km) |
numru sħiħ |
Massa (kg) |
numru sħiħ |
Impronta – it-tul bejn il-fusien (Wheel base) (mm) |
numru sħiħ |
Impronta – il-wisa’ bejn ir-roti (Track width) (mm) |
numru sħiħ |
Tnaqqis tal-emissjonijiet permezz tat-teknoloġiji innovattivi (g/km) |
jiġi aġġustat sal-eqreb punt deċimali |