This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0909
Commission Regulation (EU) No 909/2010 of 11 October 2010 establishing the allocation coefficient to be applied to applications for export licences for cheese to be exported to the United States of America in 2011 under certain GATT quotas
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2010 tal- 11 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2010 tal- 11 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT
ĠU L 268, 12.10.2010, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32010R0928 | anness | 16/10/2010 |
12.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/27 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 909/2010
tal-11 ta’ Ottubru 2010
li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-Artikolu 23 (1), l-ewwel premessa u (3), l-ewwel premessa tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 635/2010 tad-19 ta' Lulju 2010 li jibda proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT (3) jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għall-ġobon għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont il-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni għal ċerti kwoti u gruppi ta’ prodotti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2011. Għandhom għaldaqstant jiġu ffissati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009. |
(3) |
Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati għall-kwantitajiet inferjuri minn dawk disponibbli, huwa xieraq, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009, li tiġi pprovvduta l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdallhom lill-applikanti fil-proporzjon tal-kwantitajiet applikati mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-kommunikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati. |
(4) |
Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 635/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 635/2010 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-“16-Tokyo, 16-, 17-, 18-, 20- u l-21-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna ta’ dan l-Anness.
Artikolu 2
L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 635/2010 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati minn “22- u 25- Tokyo, 22- u 25-Uruguay” fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba.
Il-liċenzji ta’ esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fiż-żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.
(3) ĠU L 186, 20.7.2010, p. 16.
ANNESS
L-identifikazzjoni tal-grupp skond in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti |
Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota |
Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2011 (f’tunnellati) |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1 |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2 |
|
In-numru tan-nota |
Grupp |
||||
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
16 |
Not specifically provided for (NSPF) |
16-Tokyo |
908,877 |
0,2409568 |
|
16-Uruguay |
3 446,000 |
0,1832277 |
|
||
17 |
Blue Mould |
17-Uruguay |
350,000 |
0,0542064 |
|
18 |
Cheddar |
18-Uruguay |
1 050,000 |
0,3125000 |
|
20 |
Edam/Gouda |
20-Uruguay |
1 100,000 |
0,1776486 |
|
21 |
Italian type |
21-Uruguay |
2 025,000 |
0,0851556 |
|
22 |
Swiss or Emmenthaler cheese other than with eye formation |
22-Tokio |
393,006 |
|
4,9125750 |
22-Uruguay |
380,000 |
|
4,7500000 |
||
25 |
Swiss or Emmenthaler cheese with eye formation |
25-Tokio |
4 003,172 |
|
4,2262326 |
25-Uruguay |
2 420,000 |
|
2,5548447 |